Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #1957 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 95 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.

Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 96 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. Kien hemm persuna waħda li minn partajmer inqalbet fultajmer fil-perjodu inkwistjoni.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 97 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi zmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 98 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.
Leg 13 PQ #2023 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li huma l-binja tal-Kummissarju Għas-Simplifikazzjoni u t-Tnaqqis tal-Burokrazija, l-binja tal -Information Management Unit (IMU) u l-binja tad-Dipartiment tal-Verifika Interna u Investigazzjonijiet li mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li qed issir ħidma anki teknika biex dawn isiru aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Uħud minn dawn il-binjiet ilhom iservu funzjonijiet pubbliċi differenti għal żmien twil.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira tal-postijiet fid-dekasteru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Pereżempju, l-binja tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol li tinkludi wkoll Dipartimenti u Direttorati hija kompletament aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. L-istess, l-MCAST huwa kompletament aċċessibbli bir-rampi u lifts li hemm installati fil-kampus. Hekk ukoll il-faċilitajiet sportivi kollha ta' SportMalta huma aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità. Din l-aċċessibilità teżisti wkoll f'entitajiet oħra fid-dekasteru tiegħi fosthom il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazjoni Avvanzata u Ogħla, l-Institute for Education, in-National Employment Authority u Aġenzija Żgħażagħ. Madankollu, infurmat li mhux il-postijiet kollha fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol huma aċċessibbli. Uħud huma aċċessibbli parzjalment. Fejn m'hemmx aċċessibilità, hemm ippjanat xogħlijiet biex l-aċċessibilità tiżdied.

Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-postijiet fl-Entitajiet/Dipartimenti fid-dekasteru tiegħi huma kollha aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Fir-Rigward tal-Enemalta plc, il-bini ewlieni tal-Kumpanija li jinsab fil-Marsa u li fih hemm l-uffiċju tal-Customer Care huwa ukoll aċċessibli għall-persuni b’diżabilità. Madankollu l-Enemalta plc għandha diversi postijiet tax-xogħol oħra u stallazzjonijiet tal-Ġenerazzjoni u Distribuzzjoni tal-elettriku li mhux neċessarjament jistgħu jkunu aċċessibli minħabba n-natura teknika tagħhom. Kull Entità u Dipartimenti li jaqgħu taħti huma mpenjati li dejjem ikomplu jtejjbu l-aċċessibilita’ tal-postijiet tagħhom fejn hu teknikament possibli.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, tista’ tgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (DALLI, HELENA)

Infurmata li fi ħdan id-dekasteru tiegħi hemm xi numru ta’ postijiet li għadhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità, li jinkludu l-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, l-EU Secretariat – l-iStrategy and Implimentation Division, il-Managing Authority (EU Funds) u waħda miż-żewġ binjiet tad-DIER. Il-kumplament tal-binjiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħi huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Tajjeb nirrimarka l-fatt li ċertu postijiet mhumiex aċċessibbli minħabba n-natura storika tagħhom. Madanakollu hemm ippjanati inizjattivi sabiex fejn hu possibbli tiżdied l-aċċessibilità.
Leg 13 PQ #2028 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu/tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Malta Libraries – xiri ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm inxtraw kotba inkluż e-books minn Malta Libraries għal-libreriji pubbliċi fl-2016? Kemm kienet in-nefqa għax-xiri ta’ dawn il-kotba?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ kotba li nxtraw inkluż e-books minn Malta Libraries għal-libreriji pubbliċi fl-2016 kien kif se nsemmi: E-books: 390 Kotba mixtrija: 11,301 In-nefqa totali għax-xiri ta’ dawn il-kotba kienet ta’ €87,658.76

Libreriji pubbliċi – self ta’ kotba

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi statistika ta’ kemm kotba ġew mislufa mil-libreriji pubbliċi f’dawn l-aħħar ħames snin, lokalità b’lokalità?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra statistika dwar self ta' kotba mil-libreriji pubbliċi f'dawn l-aħħar ħames snin, lokalità b’lokalità.

Servizz Għożża — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħidma ta’ Servizz Għożża u kemm-il persuna ġiet megħjuna matul dawn l-aħħar 12-il xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Servizz Għożża joffri għadd ta’ programmi fosthom: A. Programm Għat-tfajliet Tqal Minorenni Dan il-programm juża approċ ħolistiku bl-għan li jagħti aktar fiduċja lit-tfajla tqila billi jiffoka fuq għadd ta’ lezzjonijiet tal-PSCD li jittrattaw kemm fuq żvilupp personali kif ukoll kwistjonijiet ta’ tqala. B. Grupp ta’ sapport għall-omm u t-tarbija Il-Mother and Baby Group jiltaqa’ darba fil-ġimgħa kull nhar ta’ Ġimgħa. Il-programm huwa ddisinjat biex joffri lill-ommijiet żgħar ambjent protettiv u edukattiv, fejn jistgħu jitgħallmu dwar ir-responsabbiltà tat-trobbija u d-dmir tagħhom li jgħożżu u jedukaw lit-tfal. Ċ. Programmi ta’ Prevenzjoni: 1. Nifhmu ’l Uliedna fil-Bidliet L-għan ta’ din it-taħdita huwa biex il-ġenituri tal-istudenti tal-Form 1 isiru aktar konxji tal-bidliet fiżiċi, sesswali u psikoloġiċi li jesperjenzaw it-tfal meta jilħqu l-pubertà. 2. Bandiera Bajda?! Dan il-programm tħejja għall-istudenti fit-tielet sena tal-iskola sekondarja. L-istudenti jkollhom l-opportunità jieħdu sehem f’seminar ta’ tliet sigħat li jiffoka fuq l-edukazzjoni sesswali b’attenzjoni speċifika fuq ir-rwol u r-responsabbiltà ta’ ġenitur żagħżugħ. 3. #openrelationship#teenparent Dan il-programm tħejja għall-istudenti fl-iskejjel Post-Sekondarji bil-għan li jinħoloq għarfien ikbar dwar relazzjonijiet u esperimentazzjoni sesswali. 4. Servizzi ta’ Outreach fl-iskejjel Programm ta’ prevenzjoni għal gruppi speċifiċi ta’ studenti fejn tingħata għajnuna iktar individwali lill-istudenti li jkunu qed jesperimentaw sesswalment. Dawn l-istudenti jingħataw informazzjoni u edukazzjoni fi gruppi żgħar jew individwali bl-għan li jkunu kapaċi jieħdu deċiżjonijiet iktar infurmati. Fis-sena 2017 (Jan-Ottubru) it-total ta’ tfajliet megħjuna minn Servizz Għożża kien: Età Nru. ta’ Tfajliet Tqal 13 1 14 7 15 3 16 8 17 19 18 13 18+ 3 Total 54 Fis-sena skolastika 2016-2017 il-programmi ta’ prevenzjoni fl-iskejjel kienu: Programmi ta’ Prevenzjoni Skejjel tal-Istat Skejjel tal-Knisja Numru ta’ studenti li ħadu sehem fi programm ta’ Prevenzjoni għal studenti fit-tielet sena sekondarja (Co-ed) 412 Numru ta’ ġenituri li ħadu sehem fi programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tal-istudenti fl-ewwel sena skolastika 336 205 Numru ta’ ġenituri li ħadu sehem fi programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tat-tfajliet tqal 6 Program ta’ Outreach (3 sezzjonijiet) 25 Fis-sena skolastika 2017-2018 (sa Novembru), il-programmi ta’ prevenzjoni kienu: Programmi ta’ Prevenzjoni Skejjel tal-Istat Skejjel tal-Knisja Numru ta’ studenti li ħadu sehem fi programm ta’ Prevenzjoni għal studenti fit-tielet sena sekondarja (Co-ed) 57 Numru ta’ ġenituri li ħadu sehem fi programm ta’ Prevenzjoni għall-ġenituri tal-istudenti fl-ewwel sena skolastika 70

Inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ” — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħidma matul dawn l-aħħar 12-il xahar tal-inizjattiva “Aqra Kemm Tiflaħ”?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li minn Settembru 2016 sa Settembru 2017, l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu bis-saħħa tal-programm ‘Aqra kemm tiflaħ’ qassmet madwar 23,770 ktieb fi 63 skola primarja. 11-il skola primarja tal-istat, jiġifieri, l-iskejjel taż-Żurrieq, Pembroke, San Ġwann A, Paola A, il-Belt Valletta, Birkirkara, Santa Venera, il-Fgura A, Marsaskala, is-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ ingħataw 100 ktieb (50 bil-Malti u 50 bl-Ingliż) f’kull klassi tal-ewwel, it-tieni u t-tielet klassi tal-primarja. Apparti minn hekk, il-bqija tal-iskejjel primarji tal-istat ingħataw top up ta’ kotba biex b’hekk qabel bdiet din is-sena skolastika, il-klassijiet kollha tal-ewwel, it-tieni u t-tielet sena tal-iskejjel tal-istat, li kienu ġa ngħataw xi kotba s-sena ta’ qabel, ingħatawlhom il-bqija tal-kotba li kienu jeħtieġu biex ikollhom mija. Il-libreriji tal-klassijiet tal-lingwi fl-iskejjel medji ta’ Bormla u l-Iskola Nazzjonali tal-Isport komplew jissaħħu, billi ngħataw madwar 150 ktieb bil-Malti u Ingliż kull skola. Biex il-programm ‘Aqra kemm tiflaħ’ iħalli l-impatt meħtieġ u t-tfal jaqraw aktar, l-Aġenzija qiegħda tkompli tippromwovi l-qari bħala esperjenza pjaċevoli u pożittiva billi toħloq riżorsi diġitali u stampati abbinati mal-kotba mqassma. Dawn ir-riżorsi jintużaw mill-għalliema u l-istudenti qabel, waqt u wara l-qari u wieħed isibhom fil-paġna tal-pjattaforma diġitali tal-Fronter ‘Aqra Stejjer u Kotba Diġitali’. B’kollox inħolqu mas-700 riżorsa. Matul dan il-perjodu wkoll, bl-għajnuna tal-kumpanija GO, l-Aġenzija qassmet 40 xkaffa tal-kotba tal-programm ‘Aqra kemm Tiflaħ’ fil-klassijiet tal-ewwel, it-tieni u tielet sena tal-iskejjel primarji ta’ Tas-Sliema, San Ġiljan, l-Imsida, ix-Xgħajra, ir-Rabat, Għawdex, Birżebbuġa, il-Birgu, Ħal Qormi San Bastjan u Ta’ Sannat, Għawdex. Ma’ dan ix-xogħol, wieħed irid iżid ix-xogħol ta’ tħejjija li sar mit-tim ta’ ‘Aqra kemm Tiflaħ’ biex minn din is-sena skolastika (2017-18) jibdew jitqassmu l-kotba fil-klassijiet tar-raba’, il-ħames u s-sitt sena tal-iskejjel primarji tal-istat. Dan ix-xogħol jikkonsisti fl-għażla, ix-xiri, il-livellar u l-ipproċessar tal-istess kotba, kif ukoll laqgħat u taħditiet ma’ edukaturi fl-iskejjel li se jibbenifikaw mill-għoti tal-istess kotba.

Skejjel tal-Istat — għalliema

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm hu n-numru ta’ għalliema fl-iskejjel tal-Istat fil-bidu ta’ din is-sena skolastika? X’persentaġġ minnu huma supply teachers?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni li ngħatajt fit-2 ta' Novembru 2017 bi tweġiba għal din il-mistoqsija hi li n-numru ta’ għalliema fl-iskejjel tal-istat huwa 3903 u li minnhom 233 huma supply teachers, jiġifieri 6%.

SkolaSajf — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar il-ħidma ta’ SkolaSajf din is-sena? Kemm kien hemm tfal li applikaw?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ tfal reġistrati għal Skolasajf 2017 li nżamm bejn is-17 ta’ Lulju u s-7 ta’ Settembru, 2017 kien ta’ 12,190. Kien hemm b’kollox 56 Ċentru (fosthom 9 ċentri f’Għawdex, 3 ċentri ta’ Riżorsa, u Sannat Special Unit). Il-ħin tal-ftuħ kien bejn it-8.30 ta’ filgħodu u n-nofsiegħa (12.30hrs) ta’ wara nofsinhar. Iżda fit-30 ċentru li ġejjin il-ħin kien jestendi mis-7 ta’ filgħodu sal-5.30 ta’ filgħaxija. Attard Luqa Pembroke St Venera Birzebbugia Mellieħa Qormi SĠ Valletta Birkirkara Mġarr Rabat Ħaż-Żabbar Cospicua Mosta San Ġwann Ħaż-Żebbuġ Fgura Marsascala Siġġiewi Żejtun Floriana Naxxar Sliema Żurrieq Ħamrun GP Paola St Julians Xagħra St Paul’s Bay Victoria It-temi li ġew diskussi matul dan is-sajf kienu maqsumin fi tnejn: Skolasajf 2017 ‘Education for All’ – Kinder Programme 1. I know about......MYSELF 2. I know about......MY FAMILY AND FRIENDS 3. I know about...... STORIES 4. I know about...... MUSIC AND RHYTHM FUN 5. I know about...... HOW THINGS WORK 6. I know about...... THE WORLD AROUND US 7. I know about...... HELPING OUT Skolasajf 2017 ‘Education for All’ – Primary Programme 1. My Communication (Languages...) 2. My numbers (Maths.....counting, calculation, maths in real life) 3. My well being ( Health Education...eating, physical activity) 4. My curiosity (Science and ICT) 5. My humanity ( Ethical education) 6. My responsibility (Citizenship Education) 7. My creativity (Expressive Arts Education) Iċ-ċentri kienu wkoll imħeġġa jagħmlu attivitajiet flimkien mal-Kunsilli Lokali sabiex inressqu lit-tfal aktar viċin ix-xogħol li jsir fil-komunità. Iċ-ċentri organizzaw ukoll attività b’riżq il-Malta Community Chest Fund. Għat-tielet sena ħdimna man-National Literacy Agency u kellna l-programm ‘Aqra fis-Sajf’. Kien hemm ukoll inizjattivi oħra bħal Klabb Sajf fiċ-ċentri ta’ Paola, Ħaż-Żabbar, Mosta u San Pawl il-Baħar; kif ukoll il-kampanja ‘Bil-Qari u l-Kitba Niskorja’ (Footballers Read and Write Summer Programme), immirata għal tfal ta’ bejn it-8 u l-10 snin. Attivitajiet oħra kienu: - Sports – sessjonijiet ta’ P.E. kif ukoll Sports Days f’kull ċentru, u kompetizzjoni sportiva bejn iċ-ċentri kollha - Kwizz edukattiv ibbażat fuq it-temi msemmija tal-Primarja. Kompetizzjonijiet li ġew organizzati waqt Skolasajf: - The Pet in My Family – Animal Welfare Directorate - Peacelab Competition - Aqra fis-Sajf Bookmark Competition - Mascot Competition mal-ARPA Tfal minn diversi ċentri pparteċipaw ukoll fl-attivitajiet li ġejjin: - Arraiolos 2017 Forum – Miftuħa għal tfal bejn it-8 snin u l-10 snin: 13-il ċentru tellgħu esebizzjoni dwar il-pajjiżi li ħadu sehem f’dan il-forum u ltaqgħu u tkellmu mal-media barranija u mal-Kapijiet tal-iStati li attendew. - Public Speaking Workshop – Miftuħa għal tfal bejn it-8 snin u l-10 snin li ħadu sehem f’Public Speaking Workshops matul is-sajf, u attendew għal attività fil-foyer tal-Parlament fejn tkellmu u ddiskutew mal-ispeaker tal-Kamra u ma’ diversi Membri Parlamentari. - Coding Programme – dan kien proġett pilota li kien ta’ suċċess kbir, u ttella’ b’kollaborazzjoni sħiħa mal-Malta Communcations Authority u d- Digital Literacy and Transversal Skills Directorate. - Valletta 18 – tfal minn ħames ċentri ngħataw taħriġ dwar il-proġett ‘Ibni Kultura’ u waqt li tgħallmu dwar is-sisien ta’ soċjetà b’saħħitha, żviluppaw huma stess kultura u soċjetà fittizja u għamlu preżentazzjoni tagħha. - Laqgħat mal-Kummisarju għat-Tfal, li għamlet żjarat f’żewġ ċentri u wara li daret il-klassijiet, kienet involuta f’diskussjoni mat-tfal fuq diversi temi. Kellna ’il fuq minn 40 imsieħba minn entitajiet governattivi, NGOs, kumpaniji privati, u ambaxxati, li taw sehemhom fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programm billi offrew sessjonijiet f’ċentri differenti ta’ Skolasajf jew attivitajiet barra miċ-ċentri.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fi snin indikati ġew mogħttija żewgt (2) direct orders minn Transport Malta w erba’ (4) direct orders mill-Planning Authority għal servizzi ta’ konsulenza.
Leg 13 PQ #2180 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – konsulenzi minn individwu

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu, minn Mejju 2003 sa Frar 2008 u minn Marzu 2008 sa Frar 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi sena b’sena? Ix-xogħol ingħata b’tender jew inkella b’direct order?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fil-perjodu msemmi, ma kien hemm l-ebda xogħol jew konsulenzi legali mill-individwu msemmi jew mid-ditta legali tiegħu.
Leg 13 PQ #2182 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: CLAYTON BARTOLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorità Maltija għat-Turiżmu – investiment fuq il-bajjiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-bajjiet li wara l-investiment li sar mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu żdiditilhom l-aċċessibilità fihom? Kemm ammonta dan l-investiment u fiex sarraf?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li l-bajjiet li żdiditilhom l-aċċessiblità fihom huma dawn: • Little Armier – rampi tal-injam • Armier Bay – Tapit sintetiku • Golden Sands – Tapit sintetiku u rampi tal-injam • Ġnejna Bay – Rampi tal-injam • Ta’ Fajtata M’Scala – Rampi tal-injam • Pretty Bay B’Buġa – Tapit sintetiku. Barra minn hekk, l-Awtorita’ tat-Turiżmu pprovdiet ukoll żewġ hoists fil-lokalitajiet tal-Għadira u tal-Fajtata f’M’Scala . B’kollox l-MTA investiet aktar minn €43,500.