Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2251 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Attendenza ta’ Ministri oħra għall-konferenza ta’ kumpanija dwar l-IIP

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk qatt kienx hemm Ministru ieħor tal-Gvern, apparti hu stess, li qatt mar għall-konferenza tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-IIP? U jekk hu l-każ, min kien il-Ministru u meta u fejn mar?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpelant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija din : 2013 L-Onor Edward Zammit Lewis Stati Uniti 2016 L-Onor Edward Zammit Lewis u l-Onor Dr George Vella Libanu 2016 L-Onor Owen Bonnici Renju Unit 2017 L-Onor Julia Farrugia Portelli Emirati Għarab Magħquda

Ħaddiema tal-Gvern — reati fuq minuri - proċeduri legali u amministrattivi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il-darba humiex jittieħdu l-proċeduri amministrattivi u legali sabiex ħaddiema li jaħdmu mal-Gvern u li nstabu ħatja li kkomettew reati fuq minuri, ma jkunux jistgħu jaħdmu fi skejjel primarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi fil-każ fejn Uffiċjali Pubbliċi li jkunu nstabu ħatja li kkommettew reati fuq minuri, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol jieħu dawk il-proċeduri neċessarji skont kif ġej: 1. Dwar proċeduri amministrativi u legali konnessi mal-applikazzjoni tal-Att dwar Reġistrazzjoni għall-Protezzjoni tal-Minuri Kapitolu 518 tal-Liġijiet ta’ Malta, il-Ministeru jagħmel il-proċeduri kif titlob il-liġi billi jitlob lis-Sezzjoni ta’ Ġurisdizzjoni Volontarja tal-Qorti Ċivili (Prim’Awla), bħala "l-qorti kompetenti", informazzjoni li tista’ tkun reġistrata fir-Reġistru mwaqqaf skont l-Artikolu 3 tal-att imsemmi, dwar kull persuna li jkun bi ħsiebu jimpjega billi jissottometti rikorsi fejn jiġi notifikat l-Avukat Ġenerali. Kemm ilhom isiru dawn ir-rikorsi ma jirriżultax li kien hemm xi każ dwar xi persuna mniżżla fuq dan ir-reġistru li l-Ministeru kien bi ħsiebu jimpjega. 2. Fil-każ fejn Kap ta’ Dipartiment isir jaf li uffiċjal pubbliku taħt ir-responsabbiltà tiegħu jkun allegatament wettaq reat li jista' jkun ta’ natura kriminali, bħalma huma reati fuq minuri, tiġi applikata l-proċedura skont kif imniżżla fir-Regolament 13 tar-Regolamenti tal-2017 tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. 3. Fil-każ meta persuna tkun instabet mill-Qorti jew mill-Qorti tal-Appell ħatja ta’ reat kriminali, il-proċedura li tiġi applikata hi skont kif imniżżel fir-Regolament 15 tar-Regolamenti tal-2017 tal-Proċedura ta’ Dixxiplina tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. F’dan ir-rigward meta impjegat ikun instab ħati ta’ reati serji bħal dawn, fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku l-impjegat, kif ġara f’ċerti każijiet, jista’ jkollu l-impjieg tiegħu mas-Servizz Pubbliku itterminat. Ninforma wkoll li bil-ħidma sfieqa mwettqa mis-sezzjoni responsabbli mill-Akkreditar fi ħdan id-Direttorat għall-Kwalità u l-iStandards fl-Edukazzjoni, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol qed iħares li kull skola tal-Knisja u Indipendenti qed tassigura li kull impjegat, inkluż iżda mhux limitat għall-edukaturi, għandu/ha kondotta nadifa u mhux qiegħed/qiegħda imniżżla fir-reġistru ta' min ikkommetta reat fuq minuri. Din l-istess sezzjoni tieħu wkoll ir-responsabbiltà li ta’ kull sena tfakkar lill-Kapijiet tal-iskejjel tal-Knisja u dawk Indipendenti sabiex josservaw il-Legal Notice 206 tal-2016. Barra minn hekk, kull meta l-istess Direttorat jasallu rapport mill-Forzi tal-Ordni, mill-iskejjel stess, jew minn oħrajn dwar reati, jew allegazzjonijiet ġodda, minnufih jiġi stabbilit kuntatt mal-mexxejja tal-iskola sabiex b’rispett sħiħ lejn id-drittijiet ta’ kull individwu, jitħarsu l-interessi tal-minuri fdati lill-kommunità rispettiva.

Rapport f’gazzetta Taljana — Inkjesta interna

Question

Fid-dawl tar-rapport li deher fil-gazzetta Taljana “Il Sole 24 Ore” u tal-inkjesta interna mħabbra minnu fit-8 ta Novembru 2017, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min ser titmexxa din l-inkjesta u x’terms of reference għandha?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, malli ħarġu l-allegazzjonijiet li dehru fil-gazzetta (online) ‘www.ilsole24ore.com’, bil-firma ta’ Ivan Cimmarusti fl-artiklu intitolat “Business illecito di gasolio libico: I presunti rapporti fra i traffricanti e il Ministero degli Esteri di Malta”, jiena tlabt li ssir investigazzjoni dwar dawn l-istess allegazzjonijiet.Dan kien magħruf fi stqarrija maħruġa fit-8 ta’ Novembru 2017.Għaldaqstant ħtart Bord ta’ Inkjesta skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) li l-membri tiegħu huma tliet Segretarji Permanenti. It-terms of reference ta’ dan il-Bord huma wesgħin u għandu d-dritt li jinvestiga kull allegazzjoni li saret fl-artiklu. Il-Bord se jkun qed jinvestiga jekk ġewx imħarsa l-proċeduri u l-prattiċi fil-proċess tal- legalizzazzjoni ta’ ċertifikati, il-komunikazzjonijiet li saru jew li setgħu saru bejn l-uffiċjal jew uffiċjali tal-Ministeru kif allegat fl-artiklu, u dwar jekk setax kien hemm xi ksur ta’ proċeduri, regoli jew liġijiet f’dan ir-rigward. Il-Bord se jkollu kull dritt li jinvestiga kif jidhirlu u lil min jidhirlu kif ukoll li jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet tiegħu skont l-istess Att dwar l-Inkjesti li diġa` għamilt referenza għalih.
Leg 13 PQ #2264 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Tribunal għas-Sanzjonijiet Kummerċjali

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il seduta nżammet mit-Tribunal għas-Sanzjoniet Kummerċjali tul din is-sena (2017)? Jista’ il-Ministru jgħid ukoll kemm-il persuna jew kumpanija dehru quddiem dan it-Tribunal u kemm ġew blacklisted?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-Tribuanl għas-Sanzjonijiet Kummerċjali sa llum 9 ta’ Novembru ltaqa’ għaxar (10) darbiet. It-Tribunal għandu żewġ (2) każijiet imressqa quddiemu u li għadhom taħt proċess ta’ investigazzjoni. Għalhekk s’issa ma kien hemm l-ebda blacklisting.

Skejjel Primarji u Sekondarji – studenti visually impaired

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hemm studenti visually impaired fl-iskejjel Primarji u Sekondarji f’din is-sena akkademika u kemm hemm għalliema għalihom?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 66 studenti visually impaired fl-iskejjel Primarji u Sekondarji tal-iStat, tal-Knisja u Indipendenti f’din is-sena skolastika u hemm tliet għalliema għalihom.

Għawdex – Qrati tal-Ġustizzja – kawżi pendenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid preżentament kemm hu l-ammont ta' kawżi pendenti quddiem il-Qrati tal-Ġustizzja f'Għawdex kemm dawk ta' Ġurisdizzjoni Superjuri, kif ukoll dawk tal-Familja, Ġurisdizzjoni Inferjuri, fil-qrati kollha ta' kompetenza kriminali, fit-tribunal tat-talbiet iż-żgħar eċċ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Għawdex – persuni li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex f'kull parti tar-reġistru? Dan in-numru ta’ persuni kemm iġib bħala persentaġġ tan-numru ta’ persuni li jirreġistraw fil-pajjiż kollu? Għal dawk il-persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f'Għawdex, jista' jgħid kemm minnhom ilhom anqas minn 6 xhur jirreġistraw għax-xogħol, dawk li ilhom anqas minn sena, u dawk li ilhom iżjed minn sena jirreġistraw għax-xogħol?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha Jobsplus, in-numru ta’ persuni li qed jirreġistraw għax-xogħol f’Għawdex fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru sal-aħħar ta’ Settembru 2017 hu kif muri fit-tabella t’hawn taħt: Parti tar-reġistru 1 2 Total ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol Għawdex 347 20 367 Il-persentaġġ ta’ persuni li jirreġistraw f’Għawdex fuq it-total ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex (li jinkludi l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru) huwa ta’ 15%. Fl-ewwel parti tar-reġistru l-persuni li jirreġistraw f’Għawdex huwa ta’ 14%, filwaqt li għal dawk fit-tieni parti l-persentaġġ huwa ta’ 1%. In-numru ta’ persuni li ilhom anqas minn 6 xhur, anqas minn sena (imma aktar minn 6 xhur), u 'l fuq minn sena jirreġistraw għax-xogħol fl-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru f'Għawdex huwa kif ġej: Parti tar-reġistru 1 2 Total ta’ persuni li jirreġistraw għax-xogħol Anqas minn 6 xhur 82 20 102 Anqas minn sena 34 0 34 Iżjed minn sena 231 0 231 Total 347 20 367
Leg 13 PQ #2268 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex – Triq l-Imġarr — periklu

Question

Tista' l-Ministru tgħid x'passi qed jittieħdu mill-Ministeru tagħha sabiex fi Triq l-Imġarr fin-Nadur jitneħħa l-periklu li hemm peress li parti mit-triq qed iċċedi u hemm diżlivell bejn naħa u oħra tat-triq f'iżjed minn post wieħed tal-istess triq? Tista' tgħid x'qed isir mill-Ministeru tagħha biex ir-riħa qawwija ta' drenaġġ li jkun hemm fl-istess triq kull tant żmien, tiġi eliminata?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpelant li l-Ministeru qed iħejji t-terms of reference għall-istudju meħtieġ biex isiru l-interventi f’din it-triq.
Leg 13 PQ #2269 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq ippjanati b’ko-finanzjament tal-fondi tal-Unjoni Ewropea

Question

B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 2157, issa li kkonfermat li għas-sena li ġejja (2018) mhu ser isir l-ebda xogħol fuq toroq f'Għawdex b'kofinanzjament Ewropew, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx pjanijiet biex fis-snin 2019 u 2020 isiru toroq f'Għawdex b'fondi Ewropej u jekk iva liema ser ikunu dawn it-toroq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Ministeru għal Għawdex ħejja pjan ta’ diversi studji li ser jiġu kkummissjonati fuq l-istat tat-toroq ġo Għawdex u ser ikun qed jesplora wkoll l-possiblita’ ta’ akkwist ta’ fondi, anke b'kofinanzjament Ewropew, biex isiru x-xogħolijet meħtieġa.
Leg 13 PQ #2270 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur Għawdex — Triq it-Tiġrija - Użu ta’ dar u art

Question

B'referenza għar-risposta tal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali għall-mistoqsija parlamentari 1773, tista’ l-Ministru tgħid jekk hemmx ftehim iffirmat bejn il-Ministeru għal Għawdex u d-Djoċesi ta’ Għawdex u/jew il-Parroċċa tan-Nadur dwar l-użu ta' dar u art magħha fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur, Għawdex? Jekk hemm ftehim tista' tpoġġi kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa għaddejjin diversi diskussjonijiet fuq dan il-proġett. Sa issa, ġie ffirmat Memorandum of Understanding mad-Djoċesi t’Għawdex f’sens aktar wiesgħa. Dan l-Memorandum of Understanding ġie mqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra mat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1772.
Leg 13 PQ #2271 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – parroċċi li ngħataw kontribuzzjonijiet jew għajnuna mill-Ministeru

Question

B'referenza għar-risposta tagħha għall-mistoqsija parlamentari 1799, tista’ l-Ministru tgħid f'kull każ ta' kull kontribuzzjoni jew għajnuna fi flus li ngħataw lill-parroċċi f'Għawdex skont l-iskeda ppreżentata mar-risposta, taħt liema skema ngħataw dawn il-flus u min ħa d-deċiżjoni finali jekk kellhiex tingħata għajnuna u kemm kellha tkun l-għajnuna li tingħata f'kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2272 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

ITS – trasferiment lejn faċilità oħra

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk l-Istitut għall-Istudji Turistiċi (ITS) hux se jiġi trasferit lejn il-faċilità tal-catering il-qadima, ġo Ħal Luqa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qegħdin fl-aħħar fażi ta’ diskussjonijiet ma’ Smart City dwar l-art fejn ser ikollna l-kampus tal-ITS. Fil-ġimgħat li ġejjin ser inkunu qed inħabbru dettalji dwar dan, kif ukoll l-istrateġija u l-pjan li ser naddottaw.

Unjonijiet Ċivili

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew reġistrati unjonijiet ċivili u kemm minnhom kienu ta’ koppji ta’ sess differenti maqsuma skont il-perjodi kif ġejjin: mill-15 ta’ April 2014 sat-30 ta’ April 2015, mill-1 ta’ Mejju 2015 sat-30 ta’ April 2016 u mill-1 ta’ Mejju 2016 sat-30 ta’ April 2017?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoggi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #294 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Swiss Leaks – lista ta’ politically exposed persons

Question

Peress li f'Marzu 2015 il-Prim Ministru kien wiegħed li l-Gvern kien ser jippubblika l-lista ta' politically exposed persons imniżżla tal-hekk imsejjaħ Swiss Leaks wara li l-Gvern kien ġab il-lista kompluta, jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser jonora l-wegħda li huwa kien għamel fl-2015?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ġejt infurmat mill-Kummissarju tat-Taxxi Interni li l-investigazzjonijiet minn naħa tiegħu għadhom għaddejin u ma jinsabx f'pożizzjoni li jippubblika din il-lista.
Leg 13 PQ #295 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 171
Leg 13 PQ #296 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 295.
Leg 13 PQ #297 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – Segretarjat Parlametari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni – konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari 295.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — konsulenzi minn individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entità fid-dekasteru tiegħi ma tagħat xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tiegħu.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Tista’ l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 93 u tagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partimers saru fulltimers fil-perjodu inkwistjoni.
Leg 13 PQ #1956 Sitting 50 2017-11-08 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 94 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn part-timers saru full-timers fil-perjodu inkwistjoni.