Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21049 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja u l-Governanza — konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni - nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21048 u jelenka kemm intefqu flus mill-Ministeru tiegħu u kull entità u dipartiment li jaqa’ taħtu, għal konsulenza fuq public relations jew komunikazzjoni, minn Marzu 2013 sal-jum li fih din l-interpellanza tkun imwieġba, maqsuma sena b’sena?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

SenaAmmont mħallas fuq PR dik is-sena 2019 - 2021€48,340.7 2021€46,027.7
Leg 13 PQ #22159 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2012 ma kelli l-ebda Ministeru.
Leg 13 PQ #22160 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: DAVID THAKE To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (CARUANA, CLYDE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari 20990.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li, fl-2012 ma kelli l-ebda kariga Ministerjali.

Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli interpellant biex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija numru 20991.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima t l-Ippjanar — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu fl-2012 u kemm kien l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li fl-2012 ma kelli l-ebda Ministeru.

Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar — Persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm Persons of Trust fil-Ministeru tiegħu bħalissa u kemm hu l-ammont totali ta’ dawn il-pagi u benefiċċji?

Response (FARRUGIA, AARON)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 20982.

Tarxien – Triq Birżebbugia – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq Birżebbugia, Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol fi Triq Birzebbugia attwalment diġa nbeda. Dan jinkludi tibdil tal-bankini u resurfacing tat-triq.

Tarxien – Triq Simmons — xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol hemm bżonn li jsir u meta ser isir fi Triq Simmons, Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li x-xogħol jinkludi tibdil tal-bankini fejn hemm il-ħtieġa u resurfacing tat-triq. Ix-xogħol se jibda wara li titlesta Triq Birzebbugia.

Ħal Tarxien – spazju quddiem l-iskola Sekondarja – xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħol qiegħed isir fl-ispazju quddiem l-Iskola Sekondarja f’Ħal Tarxien?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Tarxien li l-ispazju quddiem l-Iskola Sekondarja qed jiġi trasformat f’parkeġġ ta’ 120 karozza. Ser ikun hemm ukoll charging pillars u parkeġġi għall-persuni b’di¿abbilità. Dan ix-xogħol qed isir minn Infrastructure Malta.

Ħal Tarxien – servizzi bankarji

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20366, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk sarux rappreżentazzjonijiet ma’ banek kummerċjali sabiex ġewwa Ħal Tarxien ikun hemm servizzi bankarji adegwati, almenu ATM?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-allokazzjoni ta’ ATMs ġewwa Malta u Għawdex minn banek kummerċjali liċenzjati mill-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta (MFSA) hija deċiżjoni kummerċjali f’idejn kull bank liċenzjat f’Malta. L-MFSA, il-Bank Ċentrali ta’ Malta, u ebda awtorità oħra, m’għandhom is-setgħa legali sabiex il-banek kummerċjali joffru servizz ta’ ATM, u wisq anqas li joffruh f’xi belt jew raħal partikolari tal-pajjiż.

Korp tal-Pulizija – ħlas ta’ overtime

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ħlas ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija xahar b'xahar fis-sena 2020 kollha u minn Jannar 2021 sa Awwissu 2021 xahar b'xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ammont ta’ ħlas ta’ overtime fil-Korp tal-Pulizija li sar fil-perjodi ta’ ħlas matul is-sena 2020 u minn Jannar 2021 sa Awwissu 2021, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Pay Period Amount For OT Pay 1.2020 834415.63 Pay 2.2020 1013550.54 Pay 3.2020 869492.69 Pay 4.2020 774542.83 Pay 5.2020 873731.48 Pay 6.2020 739476.24 Pay 7.2020 64645.5 Pay 8.2020 737491.93 Pay 9.2020 702909.18 Pay 10.2020 772498.89 Pay 11.2020 730213.73 Pay 12.2020 723282.43 Pay 13.2020 760730.68 Pay 1.2021 819996.97 Pay 2.2021 772348.08 Pay 3.2021 747867.93 Pay 4.2021 870050.47 Pay 5.2021 829273.28 Pay 6.2021 797278.81 Pay 7.2021 3436.8 Pay 8.2021 811815

Korp tal-Pulizija – ħlasijiet ta’ extra duties

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru ħlasijiet ta’ extra duties lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fis-sena 2020 xahar b'xahar u minn Jannar 2021 sa Awwissu 2021 xahar b’xahar?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Infurmat illi l-ħlas li saru lill-Membri tal-Korp tal-Pulizija għall-extra duties fil-perjodi ta’ ħlas minn Jannar 2020 sa Awwisu 2021, kien kif jidher fit-tabella hawn taħt: Pay Period Extras Pay 1.2020 267278.6 Pay 2.2020 597334.6 Pay 3.2020 307804.2 Pay 4.2020 178627.3 Pay 5.2020 307798.5 Pay 6.2020 268155.7 Pay 7.2020 265843.7 Pay 8.2020 86447.39 Pay 9.2020 211170.2 Pay 10.2020 268304.7 Pay 11.2020 244497.2 Pay 12.2020 102749.8 Pay 13.2020 201113.2 Pay 1.2021 246423.6 Pay 2.2021 196995.1 Pay 3.2021 264904.4 Pay 4.2021 485438.7 Pay 5.2021 363777.4 Pay 6.2021 -69.29 Pay 7.2021 263479.1 Pay 8.2021 200694.8
Leg 13 PQ #22255 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex — Roundabouts

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fir-roundabouts ta’ Għawdex, minn Ġunju 2017 sal-lum: a. Kemm sar armar differenti s’issa?; b. Għal liema okkażjonijiet saru?; c. Fejn qed jitwaħħlu? Liema huma l-postijiet speċifiċi?; d. Kemm huma stmati li ġew jiswew?; e. Min awtorizza dawn il-ħlasijiet?; f. X’armar hu previst għall-kumplament tas-sena?; g. Wara li jiżżarmaw, x’qed isir minn dan l-armar u fejn qed jitpoġġa?; u h. Kemm hemm ħaddiema jaħdmu fuq dan l-armar tar- roundabouts u x’inhu l-grad tagħhom?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Ir-Rabat Għawdex — Triq Pompeii - traffic management

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21860 li oriġinarjament saret lill-Ministru għal Għawdex u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid min ħa d-deċiżjoni li Triq Pompeii fir-Rabat, Għawdex issir one way bit-traffiku kollu li jkun ġej minn erba' toroq arterjali jintefa' ġo triq sekondarja u dejqa bħalma hi Triq Pompeii? Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux xi traffic counts jew xi tip ta studji oħra u jpoġġihom fuq il-Mejda tal-Kamra qabel ġie deċiż li Triq Pompeii, triq sekondarja u dejqa, jibda jgħaddi t-traffic kollu li jkun ġej minn erba’ toroq arterjali? Jista' jgħid jekk il-Ministeru tiegħu kellux ilmenti mir-residenti u jekk huwa ltaqax mal-istess residenti? Jista' jgħid ukoll jekk hux se jieħu passi biex itaffi l-konsegwenzi koroh, inkluż duħħan u arja ħażina, li qed isoffru r-residenti ta' din it-triq? Jaf li hemm anzjani li spiċċaw ma jistgħux joħorġu minn djarhom bl-ammont enormi tat-traffiku li ntefa' f'din it-triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Awtorità tat-Trasport li l-awtorizzazzjoni għat-tibdil imsemmi ħarġet minn Transport Malta wara konsultazzjoni ma l-istakeholders kkonċernati. Id-direzzjoni ta’ traffiku fi Triq Pompej baqgħet kif kienet u ma hemm l-ebda impozizzjoni biex it-traffiku kollhu jgħaddi minn din it-triq. F’dan il-każ, Triq Pompej kienet diġa qiegħda tintuża bħala alternative route waqt ix-xogħlijiet ta’ tisbieħ fuq Pjazza San Franġisk u għaldaqstant is-sistema kienet diġa ġiet pruvata. Transport Malta diġa ħadet miżuri biex jonqos it-traffiku minn Triq Pompej billi neħħiet rotta tal-linja minn din it-triq waqt li żiedet is-sinjali tat-traffiku.

Uffiċini fil-Gozo Innovation hub — ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21884 u jgħid fil-preżent kemm hemm ħaddiema jaħdmu fl-uffiċini fil-Gozo Innovation Hub u kemm minnhom huma ħaddiema impjegati maċ-Ċivil u kemm minnhom huma impjegati mal-privat? Dawk impjegati mal-privat liema tip ta' xogħol qed jagħmlu?

Response (SCHEMBRI, SILVIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, li hemm b'kollox ħmistax ir-ruħ ingaġġati fl-amminastrazzjoni u l-manteniment tal-Gozo Innovation Hub. Tnejn minn dawn huma impjegati ta' INDIS Malta Limited. Il- Kumplament huma ingaġġati min kuntratturi privati.
Leg 13 PQ #22258 Sitting 494 2021-10-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Park and Ride għal Għawdxin li jridu jiġu Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex waslu l-koordinamenti u jekk ġewx finalizzati u x'fadal isir bejn il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u l-Ministeru għal Għawdex 'sabiex jibda jiġi offrut servizz ferm importanti u bżonnjuż ta’ Park & Ride għall-Għawdxin li jridu jaqsmu lejn Malta, sabiex possibbilment jibda jingħata servizz ta’ trasport lill-istudenti Għawdxin minn lokalitajiet oħrajn għall-Imġarr' permezz tas-sitt coaches li jaħdmu bl-elettriku li nxtraw mill-Ministeru għal Għawdex b'fondi tal-Unjoni Ewropea u li waslu Għawdex f’nofs Ġunju tas-sena 2020 u li sal-lum qatt ma ntużaw?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-diskussjonijiet dwar x’servizzi jistgħu jingħataw permezz tas-sitt coaches għadhom għaddejjin.