Sptar Monte Carmeli – trasferiment ta’ pazjent marid bil-Legionella
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti d-data ta’ meta ġie infurmat is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika fuq il-każ u meta l-pazjent li kellu l-Legionella ġie trasferit mill-Isptar Monte Carmeli għall-Isptar Mater Dei?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-imsemmi pazjent ġie trasferit mill-isptar Monte Carmeli għall-isptar Mater Dei fit-22 t’Awwissu 2017.
Fit-30 t’Awwissu meta l-pazjent kien Mater Dei irriżulta li kellu
PCR test
għal-Leġjonella pożittiv.
Skont prattiċi stabbiliti is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika kinet infurmata immedjatament u bdiet investigazzjoni fil-31 t’Awwissu.
Bħala parti mir-rakkomandazzjonijiet tal-investigazzjoni, saru trattamenti tal-ilma fil-post kkonċernat kif ukoll inbiddlu u għadhom qed jinbidlu s-sistemi tal-ilma.
Forzi Armati ta’ Malta – operazzjoni ta’ salvataġġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ saru fuq il-baħar minn membri tal-Forzi Armati ta’ Malta fejn matulhom ġew salvati nies fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2228, l-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-FAM wetqet operazzjonijiet ta’ salvataġġ u salvat persuni kif elenkat:
Sena
Operazzjonijiet ta’ salvataġġ
Persuni salvati
2013
76
1854
2014
34
602
2015
48
1273
2016
57
1251
2017
(sa 7.11.17)
42
732
Total
257
5712
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni ta’ salvataġġ kien hemm li kienet tinvolvi membri tal-Korp tal-Pulizija fejn matulhom ġew salvati nies fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Kemm ġew salvati nies f’dawn l-operazzjonijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
'Ninsab infurmat illi ma tinżammx statistika elettronika dwar "operazzjonijiet ta’ salvataġġ" li involvew membri tal-Korp tal-Pulizija fejn ġew salvati nies fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Ottubru 2017. Madankollu verifiki manwali juru illi f'dan il-perjodu, il-Pulizija "taw assistenza" lil diversi persuni li konsegwentement ġew salvati jew tnaqqset il-ħsara li setgħet saritilhom. Dan ġara l-aktar f'każijiet bħal attentati ta' suwiċidju fejn il-persuni kkonċernati ġew imwaqqfa, konsegwenza ta' negozjar ma’ membri tal-Korp, oħrajn ġew megħjuna wara inċidenti tat-traffiku jew inċidenti oħra fejn l-azzjoni tal-pulizija evitat illi l-inċidenti kienu fatali, ħafna drabi flimkien ma’ aġenziji oħra, bħal timijiet mediċi jew dawk tal-Protezzjoni Ċivili, fost ċirkostanzi oħra. L-ammont ta' dawn il-każi kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt'.
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Ottubru
Drabi li l-pulizija assistew
81
133
123
117
53
Persuni salvati
84
138
143*
133
53
*Ammont ta' nies assistiti f'każ minn din is-sena mhux magħruf
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il talba kien hemm lill-Protezzjoni Ċivili għall-għajnuna fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid x’kienu t-talbiet għall-għajnuna? Jista’ jgħid, fejn applikabbli, kemm ġew salvati nies?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ma jżommx statistika ta’ kemm ġew salvati nies. Lista’ ta’ każijiet li għalihom intalbet l-għajnuna qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Peress li l-istatistika tinżamm kull 3 xhur, l-informazzjoni mitluba tkopri sal-aħħar ta’ Settembru 2017.
2013
2014
2015
2016
2017 sa Settembru
5122
4843
5084
4840
4440
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-Qorti fuq drink driving fl-2013, fl-2014, fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija f’Malta u f’Għawdex b’mod separat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u sa Ottubru 2017, l-ammont ta' persuni li ttellgħu l-Qorti fuq drink driving f’Malta u f’Għawdex kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt.
2013
2014
2015
2016
2017
sal-aħħar ta’ Ottubru
Malta
180
213
183
190
177
Gozo
6
6
5
13
4
Persuni li ġabu d-divorzju b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, minn meta daħal id-divorzju f’pajjiżna, kemm kienu l-persuni li ġabu d-divorzju b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin, sena b’sena, f’Malta u f’Għawdex b’mod separat, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Dawn huma t-talbiet għal divorzju milqugħa minn Ottubru 2011 sal-lum fil-Qrati Maltin:
SenaTalba għal divorzju milqugħa
Malta
2011(Minn Ottubru sa Diċembru)42
2012432
2013349
2014320
2015354
2016367
2017(sas-7 ta’ Novembru) 261
Total2125
SenaTalba għal divorzju milqugħa
Għawdex
2011 (mill-1 ta’ Ottubru)2
201218
201311
20145
201522
2016 12
2017 (sas-6 ta’ Novembru)13
Total83
Peress li qegħdin isiru ħafna allegazzjonijiet fis-sens li f'Malta hawn kriżi istituzzjonali sistemika li ġejja mill-fatt li l-Avukat Ġenerali għandu rwol kemm ta’ prosekutur ewlieni kif ukoll rwol ta’ konsulent legali ewlieni tal-Gvern, jista' l-Ministru jiċċara jekk ir-rwol tal-Avukat Ġenerali bħala konsulent legali tal-Gvern ifissirx li huwa b'xi mod obbligat li jagħti pariri personali lill-Ministri jew lill-uffiċjali pubbliċi f'materja li tmiss kwistjonijiet personali jew il-liġi kriminali?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Avukat Ġenerali jagħti pariri lill-Gvern bħala istituzzjoni u ma għandu ebda rwol f’ kwistjonijiet ta’ natura personali ta' Ministri jew ta' impjegati oħra tal- Gvern. Dan tant hu hekk illi anke meta impjegat pubbliku jitressaq quddiem qorti krimnali minħabba xi ħaġa magħmula fil-kors tax-xogħol tiegħu huwa dejjem jigi dirett biex iqabbad avukat privat.
F’każijiet hekk il-Gvern jidhol biss biex jiggarantixxi d-difiża tal-impjegat bi ħlas ta’ ammont ragjonevoli ta spejjez. Pero jekk il-akkuza tkun dwar nuqqas li ma jkollux x jaqsam mat-twettiq ta' dmirijiet pubbliċi l-Gvern ma jidħol xejn.
Infakkar li l-Ufficju ta' l-Avukat Generali spiss jigi sottomess ghal skrutinju minn entitajiet internazzjonali bhall-GRECO u l-Kummissjoni Ewropea u qatt ma ġie senjalata din id-diffikulta' li qed titqanqal minn xi whud. Wara kollox huma diversi l-gurisdizzjonijiet u pajjizi bi storja ta' demokrazija u rule of law b'saħħithom ħafna li għandhom l-istess sistema bħal tagħna.
Residenzi ta’ San Vinċenz u Sptar Monte Carmeli — Huntington’s Chorea
Question
Peress li l-marda Huntington’s chorea hi ereditarja u li twassal għal konsegwenzi fejn is-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem tant tmur għall-agħar li l-ħajja soċjali tgħib u l-konsegwenzi huma kbar u ta’ piż fuq il-familja, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm pazjenti li jbatu b’Huntington’s Chorea li huma residenti ta’ San Vincent De Paule? Jista’ jgħid kemm huma dawk li huma kkurati fiċ-ċentru tad-Dementia? Jista’ jgħid ukoll kemm hemm pazjenti li jbatu b’Huntington’s Chorea li huma residenti fis-swali li jaqgħu taħt il-kura tal-anzjani fl-Isptar Monte Carmeli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lil Onorevoli Interpellant li, ġewwa r-Residenza San Vincenz de Paul hemm 14-il pazjent li jbagħti bil-Huntington’s Chorea. L-ebda pazjent ġewwa ċ-Ċentru tad-Dementia tar-Residenza ma jbagħti mill-kundizzjoni li qed issir referenza għaliha. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, l-Ministeru ma għandux taħt ir-responsabbilta’ tiegħu swali għal kura tal-anzjani fl-Isptart Monte Carmeli.
Peress li l-marda Huntington’s chorea hija ereditarja u li twassal għal konsegwenzi fejn is-saħħa fiżika u mentali tal-bniedem tant tmur għall-agħar li l-ħajja soċjali tgħib u l-konsegwenzi huma kbar u ta’ piż fuq il-familja, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm pazjenti li huma residenti fl-Isptar Monte Carmeli u li jbatu b’Huntington’s Chorea?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-isptar Monte Carmeli hemm 15 –il pazjent li jbati minn Huntington’s Chorea. Xi uhud minnhom ilhom f’ Monte Carmeli għal numru ta’ snin.
Ħaż-Żebbuġ – bypass ma’ Triq M.A Sapiano u Triq il-Buskett
Question
Peress li sa mis-sena 2005 kien ippjanat li l-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ li tagħqad Triq M.A. Sapiano ma’ Triq il-Buskett titkompla, u li m’hemmx dubju li din tgħin biex tissolva l-konġestjoni tat-traffiku fi Triq il-Kbira u Triq Mitħna, jista’ l-Ministru jara li ssir din it-triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq imsemmija qegħdin fuq lista ta’ prioritajiet li bħala dettalji jiġu mħabbra aktar il-quddiem meta jkollna data definittiva.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu t-tfal li bbenefikaw mis-servizz b’xejn ta’ child care li beda joffri l-Gvern fl-1 ta’ April tal-2014, fl-2014 fl-2015, fl-2016 u fl-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija, sena b’sena b’mod separat? X’kienet in-nefqa fl-istess perjodu fuq din il-miżura sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant li fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 (l-1 ta’ Jannar sad-9 ta’ Novembru) in-numru ta’ tfal li bbenefikaw mill-Free Childcare Scheme huwa kif muri f’din it-tabella:
Sena
Perjodu
Nru. ta’ tfal li bdew f’kull sena rispettiva
Nru. totali ta’ tfal li bbenefikaw f’kull sena rispettiva*
Spiża (€ miljuni)
2014
1 Apr - 31 Dec
3,856
3,856
5.2
2015
1 Jan - 31 Dec
2,843
5,852
10.0
2016
1 Jan - 31 Dec
2,767
5,335
12.6
2017
1 Jan – 9 Nov
2,897
6,292
13.0
*Dan in-numru jinkludi n-numru ta’ tfal li bdew f’dik is-sena, kif ukoll tfal li baqgħu jattendu mis-sena ta’ qabel.
Studenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv
Question
Kemm huma l-istudenti li qed jibbenefikaw mis-servizz fejn jitwasslu siegħa qabel il-ftuħ tal-iskola u jingħataw kolazzjon nutrittiv li beda joffri l-Gvern mill-1 ta’ April 2014? X’kienet in-nefqa fuq din il-miżura matul l-2014, l-2015, l-2016 u l-2017 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. interpellant li mill-bidu tal-ftuħ tas-servizz tal-Breakfast Club, fis-sena skolastika 2014-2015 ibbenefikaw 2,433 student, fis-sena skolastika 2015-2016 ibbenefikaw 3,362 student, fis-sena skolastika 2016-2017 ibbenefikaw 4,420 student u fis-sena skolastika 2017-2018 (minn Settembru sas-6 ta’ Novembru 2017) ibbenefikaw 3625 student.
In-nefqa mill-ftuħ tal-Breakfast Club minn April 2014 sas-6 ta’ Novembru 2017 kienet ta’ €2,406,714.93. Din tinkludi ħlasijiet lill-Breakfast Coordinators (wieħed kull Kulleġġ), ħlasijiet lill-ħaddiema (għalliema, LSAs, eċċ.), kif ukoll ix-xiri tal-prodotti għall-Breakfast Club, kif hawn imniżżel f’din it-tabella:
Sena Skolastika
Nefqa
2014-2015
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,205.00
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€397,783.52
2015-2016
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€41,420.76
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€644,101.56
2016-2017
Settembru 2016 sa Ġunju 2017
Ħlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€50,413.92
Settembru 2016 sa Ġunju 2017
Hlasijiet lill-
Supervisors
li jieħdu ħsieb it-tfal
€890,153.87
2017-2018
Settembru sa Novembru 2017
Hlasijiet lill-
Breakfast Coordinators
€1,704.00
April 2014 sa Novembru 2017
Tqassim ta’ Fondi lill-iskejjel
€339,932.30
TOTAL
€2,406,714.93
Studenti li rrepetew sena fil-kors u ngħataw l-istipendju xorta
Question
Kemm kien in-numru ta’ studenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u xorta ngħataw l-istipendju matul l-2014, l-2015, l-2016 u matul din is-sena? X’kienet l-ispiża fuq din il-miżura?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-istudenti li rrepetew sena fil-kors tagħhom u ngħataw l-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti fis-snin 2014, 2015, 2016, u 2017 kienu kif ġej:
Sena skolastika 2013/2014
Numru ta’ studenti: 1043
Nefqa total: €421,774
Sena skolastika 2014/2015
Numru ta’ studenti: 1031
Nefqa total: €702,320
Sena skolastika 2015/2016
Numru ta’ studenti: 976
Nefqa totali: €736,728
Sena skolastika 2016/2017
Numru ta’ studenti: 848
Nefqa total: €598,082
L-ammonti indikati jkopru studenti li rrepetew sena fil-kors ta’ studju tagħhom fil-livell post sekondarju u terzjarju u ngħataw stipendju wara li applikaw. L-ammont jista’ jvarja bi ftit peress li matul is-sena jkun hemm studenti li jirriżenjaw. Xi studenti jkunu wkoll eliġibbli għall-għotja supplimentari.
Studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm studenti li attendew għall-klassijiet ta’ reviżjoni fis-suġġetti tas-SEC minn Marzu 2013, sena skolastika b’sena skolastika? Kemm minn dawn l-istudenti qagħdu għall-eżamijiet? Kemm minnhom għaddew mill-eżamijiet li qagħdu għalihom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat minn Jobsplus li tweġiba għal din il-mistoqsija tkun tista' tingħata fil-ġimgħatejn li ġejjin u dan peress li jonqoshom xi data. Għaldaqstant, ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub ikun jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra hekk kif tingħatali din l-informazzjoni.
(Informazzjoni Addizzjoni: Ara Dokument PL 779 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 58, tat-Tlieta 28 ta' Novembru 2017)
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il borża ta’ studju ngħatat minn Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija u taħt liema skema? Jista’ jagħti l-valur kumplessiv ta’ dawn il-boroż ta’ studju?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li t-tagħrif dwar il-boroż ta’ studju li ngħataw minn Marzu 2013 sa Novembru 2017 taħt skemi amministrati mill-iScholarships Unit tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, huwa kif muri fit-tabella t’hawn taħt, jiġifieri:
Bejn Marzu 2013 sa Novembru 2017
Nru. ta’ boroż ta’ studju
mogħtija
Valur kumplessiv
Malta Arts Scholarships Scheme (b’fondi lokali)
85
€250,000.00 fis-sena
Malta Sport Scholarships Scheme (b’fondi lokali)
68
€120,000.00 fis-sena
Malta Government Scholarships Scheme (MGSS)
148
€900,000.00 fis-sena (bl-aħħar sejħa fl-2014)
ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Kategorija B (b’fondi lokali)
178
€900,000.00 fis-sena (skema mnedija fl-2015)
ENDEAVOUR Scholarship Scheme – Katgorija A (b’fondi mill-EU)
655
€6,357,000.00 valur kumplessiv fuq perjodu ta’ 4 snin (skema mnedija fl-2015)
REACH HIGH Scholars Programme – PostDoctoral Grants (b’fondi mill-EU)
16
€3,000,000 (3 miljuni)
FIAU – rapport dwar allegat ta’ flus mgħoddija mill-kumpanija tat-tanker tal-LNG lejn kumpanija f’Dubai
Question
Fid-dawl tal-artiklu ntitolat “Exclusive: Proof of Kickbacks to Mizzi and Schembri from LNG tanker - FIAU” li deher f’The Malta Independent tad-29 ta’ Mejju 2017, fejn ġie allegat li għaddew flus mill-kumpanija tat-tanker tal-LNG li jinsab Marsaxlokk lejn kumpanija miftuħa apposta f’Dubai (a) li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, dejjem skont ir-rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), sabiex jgħaddu minnha flus intenzjonati biex jaslu għand il-kumpaniji fil-Panama li nfetħu mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (b) u miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (c), jista’ l-Ministru jgħid, x’sar minn dan ir-rapport tal-FIAU, jekk tlestix, jekk għaddhiex għand il-Pulizija jew xi awtorità oħra u jekk hu l-każ, x’passi ttieħdu jew se jittieħdu dwar dan il-każ?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
L-Onorevoli Membru huwa infurmat illi l-Ministru għall-Finanzi ma jkollux informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet individwali tal-FIAU kif fil-fatt lanqas ma jkollu din l-informazzjoni l-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU stess.
L-FIAU tmexxi l-investigazzjonijiet tagħha permezz tal-istaff eżekuttiv tagħha stess li huwa mmexxi mid-Direttur tal-FIAU.
Skont id-dispożizzjonijiet tal-Att kontra l-Money Laundering (Kap 373) jekk l-FIAU jidhrilha li mill-investigazzjoni tagħha jkun irriżulta suspett raġjonevoli li jkun sar ħasil ta’ flus jew iffinanzjar ta’ terroriżmu hija tgħaddi r-rapport tagħha lill-Pulizija. F’dan il-kuntest l-Onorevoli interpellant qiegħed jiġi riferut għall-artikoli 16 (1) (b), 31, 33, u 34 tal-Att Kontra l-Money Laundering.
FIAU – rapport dwar allegat ta’ flus mgħoddija mill-kumpanija tat-tanker tal-LNG lejn kumpanija f’Dubai
Question
Fid-dawl tal-artiklu ntitolat “Exclusive: Proof of Kickbacks to Mizzi and Schembri from LNG tanker - FIAU” li deher f’The Malta Independent tad-29 ta’ Mejju 2017, fejn ġie allegat li għaddew flus mill-kumpanija tat-tanker tal-LNG li jinsab Marsaxlokk lejn kumpanija li ġiet miftuħa apposta f’Dubai li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament (a), dejjem skont ir-rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU), sabiex jgħaddu minnha flus intenzjonati biex jaslu għand il-kumpaniji fil-Panama li nfetħu mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (b) u miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament (c), jista’ l-Ministru jgħid dan ir-rapport tal-FIAU għaddhiex għand l-Avukat Ġenerali u f’dak il-każ, x’passi ttieħdu jew se jittieħdu mill-Avukat Ġenerali dwar dan il-każ?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onorevoli Membru huwa infurmat illi la jiena u lanqas il-kollega tieghi l-Ministru għall-Finanzi ma jkollna informazzjoni dwar l-investigazzjonijiet individwali tal-FIAU kif fil-fatt lanqas ma jkollu din l-informazzjoni l-Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU stess.
L-FIAU tmexxi l-investigazzjonijiet tagħha permezz tal-istaff tagħha li huwa mmexxi mid-Direttur tal-FIAU.
Skond id-dispożizzjonijiet tal-Att kontra l-Money Laundering (Kap 373) jekk l-FIAU jidhrilha li mill-investigazzjoni tagħha jkun irriżulta suspett raġjonevoli li jkun sar ħasil ta’ flus jew iffinanzjar ta’ terroriżmu hija tgħaddi r-rapport tagħha lill-Pulizija u mhux lill-Avukat Ġenerali jew lill-Board tal-Gvernaturi. Kif intqal kemm-il darba u anke gie ribadit mill-President tal-Kamra tal-Avukati fi pronunzjamenti ricenti li ghamel lill-mezzi tax-Xandir, l-Avukat Generali ma ghandux poteri investigattivi.
F’dan il-kuntest l-Onorevoli interpellant qiegħed jiġi riferut għall-artikoli 16 (1) (b), 31, 33, u 34 tal-Att Kontra l-Money Laundering.
Fid-dawl tal-artiklu ntitolat “MFSA chief linked to BVI-Russia investment” li deher f’The Times of Malta tas-6 ta’ Novembru 2017, fejn qed jingħad li ċ-Chairman tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) għandu interessi kummerċjali f’entitajiet reġistrati fil-BVI u li jinvolvu kumpanija Russa tal-mining, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux komdu li ċ-Chairperson tal-MFSA, li huwa l-wiċċ tas-settur tas-servizzi finanzjarji ta’ Malta, settur daqstant importanti, ikollu tali interessi u jekk iħossx li l-aġir tal-imsemmi Chairperson hux etiku, leġittimu u regolari f’għajnejn il-Ministru? Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li, in vista ta’ dan, l-imsemmi Chairperson m’għadx għandu lok li jmexxi l-MFSA?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Prim Ministru jgħid liema premessa fil-mistoqsija hija żbaljata u għaliex? Fi kwalunkwe każ, jista’ l-Prim Ministru jgħid iħossx jekk huwiex xieraq li ċ-Chief of Staff tiegħu jsiefer miegħu fuq konferenzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-IIP ġaladarba dan l-istess jinsab investigat mill-Maġistrat Inkwerenti dwar flus li allegatament irċieva fuq akkwist ta’ passporti?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Nifhem li l-Onor Interpellant bħala avukat jaf x’inhu l-għan ta' inkjesta Magisterjali u huwa fuq din il-bażi li l-premessa tal-mistoqsija parlamentari 1791 u ta’ din il-mistoqsija, huma zbaljati.
Konferenzi organizzati minn kumpanija – obbligu kuntrattwali ta’ attendenza
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk hemmx obbligu kuntrattwali kwalunkwe li xi Ministru, Prim Ministru jew rappreżentant ieħor tal-Gvern jattendi għal konferenza organizzati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jekk iva, x’inhu dan l-obbligu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Infakkar lill-Onor Interpellant li l-kuntratt mal-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw b’mod separat, ilu li sar pubbliku iktar minn sentejn u disa xhur, meta kien ippreżentat quddiem il-Kumitat għall-Kontijiet Pubblici ta’ dan l-istess Parlament. Id-dettal li qed jirreferi għalih l-Onor Interpellant fil-mistoqsija tiegħu jinsab f’dan il-kuntratt, li jgħid li minn żmien għal żmien il-gvern jibgħat rappreżentant tal-għazla tiegħu għal konferenzi organizzati mill-kumpanija li d-dettalji tagħha ingħataw b’mod separat. Huwa fl-interess tal-gvern li jkun irrappreżentat f’dawn il-konferenzi, biex bhal f’kull okkazjoni ohra barra minn xtutna, jiġbed lejn Malta iktar talent u investiment li jgib miegħu ikar holqien ta’ impjiegi u iktar ġid.