Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 100 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.

Ministeru għat-Trasport, Infratruttura u Proġetti Kapitali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 101 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat. L-istess ma kienx hemm individwi li minn partajmers saru fultajmers fil-perjodu inkwistjoni.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 103 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi, ma kien hemm l-ebda persuna li l-kuntratt tagħha ġie mibdul minn wieħed definit għal ieħor indefinit. L-istess, ma kienx hemm individwi li minn part-timers saru full-timers, fl-imsemmi perjodu.
Leg 13 PQ #2029 Sitting 51 2017-11-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-entitajiet/dipartimenti fi-dekasteru tiegħi, fil-maġġor parti tagħhom huma aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità ħlief għal: GHRC Fid-daħla tal-bieb hemm tarġa li se tiġi rranġata biex issir rampa għall-aċċess aħjar. MTA L-uffiċju tal-MTA ġewwa l-Imdina għandu rampa mill-bieb il-ġewwa, iżda fuq barra hemm 2 tarġiet. L-MTA għamlet talba biex isir railing temporanju li jinqala’ filgħaxija iżda peress li l-bini huwa wieħed storiku hemm xi diffikultajiet estetiċi. F’każ ta’ viżitatur li għandu problema ta’ aċċessibilita’, l-istaff tal-MTA joħorġu jaqdu l-klijenti ħdejn il-bieb.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ħdan id-dekasteru tiegħi hemm xi numru ta’ postijiet li għadhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità iżda kull Entità u Dipartimenti li jaqgħu taħti huma mpenjati li dejjem ikomplu jtejjbu l-aċċessibilita’ tal-postijiet tagħhom fejn hu teknikament possibli. Ta' min iffakkar li fil-Ministeru tiegħi hemm diversi binjiet li l-maggoranza tagħhom huma ta natura industrijali kif ukoll ġonna li huma mxerdin madwar Malta u għaldaqstant mhux dejjem hu ambjent fejn possibli li jkun hemm access għal persuni b’dizabilita. Fl-istess hin huwa tajjeb li wieħed jifhem li qed issir ħidma anki teknika biex dawn isiru aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Uħud minn dawn il-binjiet ilhom iservu funzjonijiet pubbliċi differenti għal żmien twil.

Ministeru għas-Saħħa — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-binja tal-Ministeru għas-Saħħa mhix kompletament aċċessibbli minħabba li hija binja storika u għandha ċerti limiti arkitettoniċi.L-uffiċċji tal-Port Health, tar-reġjuni tal-punent,tat-tramuntana, dak tan-nofsinhar u tal-pest control li jagħmlu parti mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza għas-Saħħa Pubblika, kif ukoll iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gzira m’humiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità. Ninfurmah ukoll illi hemm ippjanati diversi inizjattivi sabiex tiżdied l-aċċessibbilità f’dawn l-uffiċċji.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li tinsab hawn taħt. Embassy of Malta in Rome Lungotevere Marzio, 12, 00186, Rome Consultation is underway with the Ministry to make refurbishment coincide with the implementation of further accessibility for disabled persons within the Embassy. Embassy of Malta in Tripoli Embassy of Malta, 13, Obei Ben Ka'Ab Street, Tripoli, Libya The building that houses the Official Residence, Chancery & 2nd Quarters is old. Future plans for renovation will take into consideration accessibility. Embassy of Malta - Washington Embassy of Malta, 2017 Connecticut Ave NW Washington DC 20008 United States The Mission will require considerable works including installation of lifts to make it accessible. There are no immediate plans to remedy the situation.

Korp tal-Pulizija — Distrett ta’ Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Kappara – vetturi tal-pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fid-distrett li jkopri Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Kappara, il-pulizija għandhom vettura waħda biss li taħdem? Jista’ jgħid kemm il-vetturi hemm bil-ħsara? X’passi se jittieħdu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fid-distretti li jkopru Tas-Sliema, San Ġiljan u l-Kappara, li huma Distretti 6 u 6A, il-pulizija għandhom seba’ (7) vetturi minn tmienja li qegħdin jaħdmu. Dwar il-vettura li hemm bil-ħsara din tittranġa ġaladaba jaslu l-parts meħtieġa, u dan hu fil-futur qrib.

Enemalta – sistemi tal-panelli fotovoltaiċi mqabbda mal-grid – feed-in tariff scheme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet mal-Enemalta biex familji li stallaw is-sistema tal-panelli fotovoltaiċi jiġu mqabbda mal-grid, jiġifieri jibdew jibbenefikaw mill-feed-in tariff scheme, fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ familji u negozji li qed jibbenefikaw minn sistemi ta’ pannelli fotovoltaiċi sabiex jikkonvertu l-enerġija sostenibbli mix-xemx f’enerġija elettrika qed jiżdied minn sena għal oħra. Fil-fatt, in-numru ta’ persuni li applikaw biex iqabbdu pannelli fotovoltaiċi mas-sistema tat-tqassim tal-elettriku nazzjonali (national grid) fl-ewwel għaxar xhur tas-sena laħaq l-2340, u diġa qabeż it-total tas-sena 2016 (2,311). Minkejja din iż-żieda fl-applikazzjonijiet, fl-istess għaxar xhur il-Kumpanija Enemalta rnexxielha tnaqqas kważi bin-nofs (47 fil-mija) iż-żmien li fih jitwaħħal il-meter meħtieġ sabiex dawn il-familji u n-negozji jitħallsu għall-elettriku ġġenerat mis-sistemi fotovoltaiċi tagħhom, permezz tal-iskemi tal-feed-in-tarrif. Dan ifisser li meta japplikaw għal dan is-servizz, il-klijenti jkollhom il-meter imwaħħal f’medja ta’ għaxart ijiem. 91 fil-mija tal-applikazzjonijiet fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena saru minn familji għal sistemi fi djar residenzjali, waqt li -kumplament jinvolvu sistemi simili, iżda x’aktarx akbar, installati minn negozji u entitajiet oħra f’postijiet mhux residenzjali. It-toal ta’ applikazzjonijiet ta’ sistemi fotovoltaiċi bejn l-2014 u din is-sena jilħaq 13,573, li jfisser 38 fil-mija aktar mill-istess figura fl-erba’ snin ta’ qabel.

Triq it-Tempesta (Qrendi) u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija (Imqabba) – ilmenti fuq overspeeding

Question

Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux qed isiru spezzjonijiet minħabba lmenti dwar każijiet regolari ta’ overspeeding fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi u fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi wara l-ilmenti li rċeviet il-Pulizija dwar każijiet ta’ overspeeding fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi u fi Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba, qed isiru spezzjonijiet regolari biex dawn l-abbużi jiġu eliminati. Fil-fatt diġà nħarġu numru ta' Traffic Offence Tickets, riżultat ta' dawn l-ispezzjonijiet fl-istess toroq.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – priġunieri li jbatu bi problemi ta’ saħħa mentali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin li jbatu bi problemi ta’ saħħa mentali? X’kura psikjatrika qed jirċievu dawn il-priġunieri?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin hawn 196 priġunier li għandhom problemi relatati ma’ saħħa mentali. 41 minn dawn il-priġuniera, li ġew ċertifikati li jeħtieġ jirċievu kura f’faċilità psikjatrika, jinsabu fit-taqsima tal-Forensic Unit f’Monte Carmeli. 155 priġunier, li jinsabu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, qegħdin fuq trattament psikjatriku taħt il-kura tal-Konsulenti Psikjatriċi tal-Faċilità. Darbtejn fil-ġimgħa fil-Faċilità jsiru viżti mill-Psikajtra u/jew mit-tim ta’ tobba tagħhom fejn kull darba jsir review ta’ numru ta’ priġuniera. Kuljum fil-Faċilità jkun hawn il-preżenza ta’ tabib mediku u f’każ li tkun meħtieġa l-assistenza psikjatrika, issir referral immedjata għall-Forensic Unit u l-priġunier ikun trasferit mal-mument tar-referral.

Abbużi fuq anzjani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapurtati każijiet ta’ abbuż fuq l-anzjani lill-pulizija fis-sena 2015 u fis-sena 2016 sad-data li tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi peress li s-sistema kompjuterizzata tal-pulizija ma tinkludix kategorija speċifika għal reati relatati ma’ abbuż fuq persuni anzjani, imma t-tip ta' reati imwettqa, l-informazzjoni li setghet tinġabar fiċ-ċirkustanzi kien in-numru ta' rapporti li saru mal-pulizija, kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Din tkopri reati relatati ma’ abbużi li jinvolvu persuni ta' sittin sena jew aktar, li kienu vittmi, tar-reati kif indikati fit-tabella. Rapporti li jinvolvu vittma/i ta’ età 60 sena jew aktar Tip ta' Rapport 2015 2016 2017 (sa Ottubru) Feriti fuq il-persuna 91 86 52 Vjolenza Domestika 103 113 101 Serq b'armi 8 3 4 Mugging 17 5 6 Snatch & Grab 56 100 37 Total 275 307 200

Residenza San Vinċenz de Paule – każijiet ta’ abbużi fuq anzjani

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12001 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każijiet ta’ abbuż fuq anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paule? X’azzjoni ttieħdet fuq dawk li kkommettew dan l-abbuż?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor Interpellant li, b’referenza għat-tweġiba parlamentari numru 12001 , in-numru ta’ każijiet ikkwotati, iġifieri dak ta’ 47 każ, kien jinkludi il-każijiet kollha ta’ dixxiplina li kienet ttieħdet azzjoni dwarhom u mhux biss dawk ta’ kazijiet ta’ abbuż fuq anzjani. In-numru ta’ każijiet irrapurtati fejn instab li kien hemm abbuż fuq anzjani gewwa ir-Residenza San Vincenz De Paule, jammonta għal 3. Ittieħdet azzjoni fuq l-impjegati ikkonċernati skont il-każ. L-azzjonijiet varjaw min proċeduri bil-qorti, sospensjoni mix-xogħol u sospensjoni ta’ paga, u twissija bil-miktub

Aġenzija Sapport – Attivitajiet fl-2016

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’attivitajiet ġew organizzati mill-Aġenzija Sapport f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum matul is-sena l-oħra (2016)?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ta’ kull sena ċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum, tal-Aġenzija Sapport jorganizzaw ħafna attivitajiet li jservu ta’ benefiċċju għall-persuni b’diżabilita` intellettwali. L-attivitajiet huma maqsuma bejn dawk li jiġu organizzati għaċ-ċentri kollha u dawk li huma organizzati miċ-ċentri individwali. L-għan ta’ dawn l-attivitajiet huwa sabiex jesponu lill-klijenti għal esperjenzi fil-komunità. L-attivitajiet organizzati mis-sezzjoni responsabbli mis-Servizzi ta’ Matul il-Jum, jiffurmaw parti minn kalendarju ta’ attivitajiet taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. Hemm 5 attivitajiet prinċipali li jiġu organizzati ta’ kull sena; liema attivitajiet huma immirati għal klijenti kollha tal-Aġenzija kif ukoll għall-istaff. Dawn jinkludu: · Attività tal-Karnival · Fiera tar-Rebbiegħa · BBQ f’Settembru · Fun Day- organizzata mill-Methodian f’Ottubru · Festin tal-Milied Kull Ċentru jorganizza wkoll diversi attivitajiet għal gruppi żgħar, bil-għan li l-klijenti jibbenefikaw minn esperjenzi vasti. Dawn l-attivitajiet jiġu organizzati fil-ħinijiet matul il-ġurnata jew filgħaxija. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-attivitajiet kollha organizzati għall-klijenti tal-Aġenzija Sapport.

Ħitan tas-sejjieħ — Skemi

Question

Peress li l-ħitan tas-sejjieħ huma parti mill-karattru Malti u wieħed jista’ jinnota li meta dawn it-tip ta’ ħitan jaqgħu mhux qed jerġgħu jinbnew għal li kienu anke meta jinbnew toroq ġodda, jista’ l-Ministru jgħid x’qed isir biex jiġu protetti l-ħitan tas-sejjieħ? Hemm skemi ta’ għajnuna? Ħitan għolja ta’ ġonna f’żoni rurali u f’żoni urbani jaqgħu taħt dawn l-iskemi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-protezzjoni, il-manutenzjoni u r-restawr/bini ta’ ħitan tas-sejjieħ kienet waħda mill-bżonnijiet identifikati waqt il-proċess ta’ konsultazzjoni li sar għat-tfassil tal-Programm għall-Iżvilupp Rurali għal Malta 2014-2020. Għadaqstant, dan il-Programm joffri għajnuna minn fondi ewropej li tkopri l-ispejjeż relatati mal-bini u/jew ir-restawr ta’ ħitan tas-sejjieħ permezz tas-Sotto Miżura 4.4 “Appoġġ għal investimenti mhux produttivi marbuta mal-ilħuq tal-objettivi klima-agroambjentali”. Preżentament, l-għajnuna mogħtija taħt din is-sotto miżura hija ta’ 80% tal-ispejjeż eliġibbli sa għotja massima ta’ 150,000eur. Jistgħu japplikaw għall-għajnuna taħt din l-iskema bdiewa, gruppi ta’ bdiewa, negozji, entitajiet pubbliċi, organizzazzjonijiet volontarji, u maniġers tal-art. L-għajnuna taħt l-iskema msemmija hawn fuq tkopri wkoll spejjeż relatati mal-bini/restawr ta’ ħitan tal-ġebel niexef, li jistgħu jinkludu ħitan għolja ta’ ġonna mhux marbuta ma’ binja residenzjali f’żoni rurali. Il-ħitan iridu jkunu f’kull każ restawrati jew mibnija skont kif mitlub mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ħitan f’żoni urbani mhumiex eliġibbli.

Urban Conservation Areas — enclaves

Question

Peress li l-qalb ta’ kull raħal hu wirt arkitettoniku li jagħti karattru lil Malta, u peress li fil-pjanijiet lokali nsibu spazji li huma definiti b’mod tekniku bħala open space enclaves u li jinkludu wkoll ġonna antiki li mhux bilfors huma parti minn djar ta’ karattru u dawn l-enclaves huma parti mill-Urban Conservation Areas, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Gvern biex jipproteġihom? Liema hu l-Att Legali li jħares dan u li joħroġ mil-Liġi tal-Awtorità għall-Ippjanar? Liema hu l-artiklu li jiddefinixxi din il-protezzjoni f’kull pjan lokali? Kif inhuma protetti dawn l-enclaves meta tiġi interpretata/applikata l-iSPED?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-parti l-kbira ta’ dawn l-enclaves huma proprjeta privata u għalhekk il-Gvern ma tantx għandu opportunita’ li jintervjeni b’mod dirett. Il-ħarsien ta’ dawn l-enclaves qed jigi assigurat mill-Awtorita’ ta’ l-Ippjanar meta tkun qed tikkonsidra applikazzjonijiet ta’ żvilupp ġo fihom billi tapplika l-policies vigenti kemm tal-iSPED u kemm tal-Pjanijiet Lokali. L-Att tal-2016 dwar l-Ippjanar tal-Iżvilupp jobbliga lill-Awtorita’ li meta tkun qed tħejji plan jew policy għandha tqis il-konservazzjoni u preservazzjoni ta’ riżorsi naturali, kif ukoll policies ambjentali kurrenti tal-Gvern. L-open space enclaves huma definiti fil-pjanijiet lokali u mhux fil-liġi. Kull Pjan Lokali għandu policy speċifika pero’ l-ġist ta’ kull policy hu li ma jitħalla li jsir ebda żvilupp ħlief għal meta dan ikun estenzjoni ma bini eżistenti, jew parti minn proġett ta ri-abilitazzjoni jew swimming pool u dejjem taħt kundizzjonijiet stretti biex jiġu mħarsa, siġar, il-ħamrija u featuresoħra ta’ valur arkitettoniku.

Urban Conservation Area – applikazzjoni għat-twaqqigħ ta’ djar

Question

Peress li l-Urban Conservation Area (UCA) tixhed karattru ta’ bini arkitettoniku, streetscape u ġrajja ta’ komunità marbuta mal-lokalità, jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-applikazzjonijiet li ngħataw permess biex jitwaqqgħu djar (għal kollox jew parti) f’dawn iż-żoni fis-sena 2016? X’inhu l-persentaġġ ta’ dawn il-permessi li ngħataw f’UCA meta mqabbel ma’ kwalunkwè permess ta’ żvilupp li nħarġu mill-Awtorità għall-Ippjanar f’żoni urbani? Kemm huma l-permessi ta’ żvilupp fl-UCA li nħarġu xahar b’xahar minn Jannar 2017 sa Ottubru 2017?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2220, l-Awtorità tal-Ippjanar approvat mitejn u sitta u sebgħin (276) applikazzjoni fl-Urban Conservation Area (UCA) fis-sena 2016 fejn kien hemm element ta’ twaqqiegħ ta’ bini (għal kollox jew parti). Dawn jammontaw għal erbgħa u għoxrin punt tnejn fil-mija (24.2) tal-applikazzjonijiet kollha approvati fl-iskema tal-iżvilupp fejn kien hemm element ta’ twaqqiegħ ta’ bini (għal kollox jew parti) matul s-sena 2016. Qed inpoġġu quddiem il-kamra l-ammonti ta’ applikazzjonijiet li ġew approvati fil-UCA xahar b’xahar matul is sena 2017 sal-aħħar ta’ Ottubru 2017. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità tal-Ippjanar fejn applikazzjonijiet ġew deċiżi u approvati matul iż-żmien mogħti u huma ndikati bħala fiż-żona tal-UCA jew fit-tieni parti ġew indikati bħala fiż-żona tal-iżvilupp. Sabiex ġie stabbilit jekk applikazzjoni kelliex element ta’ twaqqiegħ ta’ bini, ġew elenkati applikazzjonijiet li kellhom xi waħda mill-kliem segwenti fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom. · Demolish · Demolition · Twaqqiegħ · Twaqqa · Titwaqqa / Jitwaqqa Jannar 2017 164 Frar 2017 181 Marzu 2017 162 April 2017 118 Mejju 2017 236 Ġunju 2017 161 Lulju 2017 166 Awissu 201 123 Settembru 2017 207 Ottubru 2017 187 (Kjarifika: Ara dokument PL 721 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 54 tat-Tnejn 20 ta' Novembru 2017)