Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1722 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tokkupa l-kariga ta’ Private Secretary fis-segretarjat tal-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar u titħallas salarju ta’ Skala 5 massimu u intitolata għal allowance ta’ 25% ta’ Skala 7 u transport allowances ta’ € 4,658.75 fis-sena u free telephone. Il-kuntratt tal-Private Secretary huwa b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2017 għall-perjodu ta’ sena.
Hi wkoll Direttur tal-Malta Enterprise għal perjodu ta’ sentejn sa 31 t’Awissu 2019. Kif stipulat fiċ-cirkolari ta’ 2017
Guidelines for Board Appointments
, id-Diretturi tal-Malta Enterprise jitħallsu €7,000 fis-sena.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – individwu — safar
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1721 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, kemm-il darba siefer mal-Ministru bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Settembru 2017, x’kienu l-okkażjonijiet u n-natura tas-safar u kemm sewa s-safar b’rabta ma’ dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ individwu
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1720 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, tokkupa l-kariga ta’ Policy Consultant fis-Strategic and Priorities Unit fil-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Zgħar. Il-persuna titħallas is-salarju ta’ Skala 3.
L-Uffiċjal huwa intitolat wkoll għal
mobile phone
u ADSL connection id-dar sa massimu ta’ €815 fis-sena.
Il-Kuntratt tal-
Policy Consultant
huwa b’effett mis-6 ta’ Ġunju 2017 għall-perjodu ta’ sena.
B’referenza għall-artijiet tal-Gvern li għandhom ċens ta’ 99 sena, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn jistgħux jiġu mifdija? Kien hemm sejħa ta’ skemi mill-Gvern għal fidi ta’ dawn it-tip ta’ ċnus bejn is-snin 2007 u 2017 (Ġunju)? L-art fejn hemm il-lukanda li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet mifdija? Jekk iva b’kemm infdiet?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull tip ta’ ċens temporanju jista’ jinfeda skont il-KAP573, l-Att dwar l-artijiet tal-Gvern.
Kien hemm skema maħruġa fl-2012 li kienet titratta fidi ta’ ċnus temporanju għal residenzi primarji u residenzi tas-sajf.
Id-dirett dominju temporanju tal-art fejn tinsab il-lukanda li isimha ġie mogħti separatament ġie mixtri fit-28 ta’ Diċembru 2005 u tħallset is-somma ta’ Lm 800,000 (ekwivalenti għal €1,864,000) wara ħruġ ta’ tender pubbliku.
Peress li fil-bidu ta’ din is-sena, fil-leġiżlatura l-oħra, kien tħabbar li Malta kienet se tapplika mal-UNESCO biex ċertu oqsma li jagħtu identità lil pajjiżna għax huma wirt intanġibbli, jiġu rikonoxxuti b’dan il-prestiġju li wara kollox jiggarantixxu wkoll il-ħarsien tal-istess qasam kulturali u dan kollu twettaq eżerċizzju u tħejja rapport fis-snin ta’ qabel minn kumitat maħtur mill-istess Ministeru, u sar ukoll kuntant bl-għan li ssir l-applikazzjoni mal-istess organizzazzjoni tal-UNESCO, u peress li din tirrikjedi vot ta’ flus filwaqt li fil-vot tal-Budget ma hemmx line item dwar it-tnedija ta’ din l-applikazzjoni, jista’ l-Ministru jgħid jekk għadux bil-ħsieb li japplika mal-UNESCO dwar dan il-wirt intanġibbli fis-sena 2018? Jekk se ssir l-applikazzjoni, minn fejn se jittieħed il-vot ta’ flus peress li ma hemmx line item? Kemm hi n-nefqa mistennija? Se tiġi mwettqa din il-wegħda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li għaddej kuntatt bejn dan il-Ministeru mal-Capacity Building and Heritage Policies Unit, Intangible Culture Heritage Section tal-UNESCO sabiex jiġu Malta s-sena d-dieħla UNESCO Facilitators ħalli jsir Needs Assessment Report u b’hekk jingħata bidu għall-proċess sabiex diversi oqsma jiġu rikonoxxuti b’dan il-prestiġju u jiggarantixxu wkoll il-ħarsien tal-istess qasam kulturali. Meta jsir in-Needs Assessment Report, tiġi identifikata l-ispi¿a meħtieġa għas-snin li ġejjin u b’hekk tkun tista’ ssir it-talba formali lill-Ministeru tal-Finanzi.
Peress li f’Marzu li għadda l-Ministru ħabbar li fi żmien 18-il xahar, iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Furjana, Ħal Qormi, Bormla, Gżira u Birkirkara se jiġu upgraded u refurbished, jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal dan il-proċess għal kull ċentru? Kemm hi n-nefqa ta’ dan it-tisbiħ għal kull ċentru? Ix-xogħol ta’ tisbiħ minn min qed jitwettaq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa għaddej ix-xogħol fuq iċ-Ċentru tas-Saħħa ġdid ġewwa Ħal Kirkop. F’dawn il-ġranet ukoll infetħet berġa ġdida ġewwa x-Xewkija Għawdex.
Sadanittant għaddej xogħol preparatorju mid-dipartiment tal-Kura Primarja sabiex isir tisbiħ f’ numru ta’ ċentri tas-saħħa oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x' sar mill-iskart li nġabar fil-borża l-griża fl-aħħar ġimgħat? Jista' jikkonferma li dan ġie separat u l-ebda parti minn dan l-iskart jew skart ieħor li suppost jiġi separat, ma ntefa' fil-landfill tal-Magħtab?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskart riċiklabli li nġabar fl-aħħar ġimgħat ġie isseparat fl-impjant tal-Malta North kif inhi l-prassi temporanja wara li l-impjant ta’ Sant Antnin inħaraq. L-ebda parti minn dan l-iskart ma ntefa’ fil-landfill tal-Magħtab.
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex dawk il-persuni li f’Lulju li għadda applikaw biex jagħmlu kors tal-bizzilla kull nhar ta’ Erbgħa u nhar ta’ Ġimgħa filgħodu fl-iskola sekondarja tar-Rabat Għawdex, sal-lum għadhom ma bdewx dan il-kors? Jista’ jgħid jekk hemmx il-ħsieb li dawn jingħataw il-kors li ħallsu u applikaw għalih?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li hemm tliet għalliema li huma ingaġġati biex jgħallmu l-bizzilla, rakkmu, xogħol tal-kanċ u knitting. Fil-fatt għaddejjin mat-tlettax-il kors fil-bizzilla, rakkmu, xogħol tal-kanċ u knitting. Minħabba nuqqas ta’ spazju f’xi skejjel fejn xi korsijiet jingħataw waqt il-ħin tal-iskola, kien qiegħed jiġi suġġerit li jintużaw Kunsilli Lokali.
Jekk minħabba nuqqas ta' spazju, min ħallas għal kors u għadu ma nbediex, jista’ jingħata l-ħlas lura jew jagħżel kors ieħor minn din il-lista ta’ korsijiet li tinkludi fejn qegħdin jingħataw:
Jum
Ħin
Suġġett
Livell
Post
It-Tnejn
15:00-18:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
It-Tlieta
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
It-Tlieta
14:00-17:00
Crochet Lace
MQF 1
Sannat Primary
l-Erbgħa
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
Il-Ħamis
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Sannat Primary
It-Tnejn
16:00-19:00
Lace Making
MQF 2
Victoria Secondary
It-Tlieta
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Nadur LC
Il-Ħamis
09:00-12:00
Creative Knitting
MQF 1
Nadur LC
It-Tnejn
16:00-19:00
Lace Making
MQF 1
Victoria Primary
It-Tlieta
09:00-12:00
Embroidery
Open Class
Victoria Primary
l-Erbgħa
16:00-19:00
Embroidery
Open Class
Victoria Primary
Il-Ħamis
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Fontana LC
Il-Ġimgħa
09:00-12:00
Lace Making
MQF 2
Victoria Primary
Peress li f’dawn l-aħħar jiem, numru ta’ bozoz fuq l-arbli li hemm fit-triq arterjali magħrufa bħala t-Telgħa ta’ Selmun limiti tal-Mellieħa kienu mitfija jew maqtugħa, jista’ l-Ministru jara li dan in-nuqqas jiġi rranġat mill-aktar fis possibbli peress li qed jikkawża inkonvenjent u periklu għas-sewwieqa li jkunu qed jagħmlu użu minn din l-istess triq fil-ħinijiet ta’ filgħaxija anke minħabba l-ammont ta’ ħofor li fiha l-istess triq?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-manutenzjoni fuq l-arbli tad-dawl msemmija saret fit-tmiem il-ġimgħa li għaddiet fejn bl-assistenza ta’ wardens, impjegati tal-Enemalta rranġaw ħsara fuq il-linja u anke biddlu lampi maħruqa li jaqgħu taħt ir-responsabbilita’ tal-kumpanija.
Wara li l-Ministru kien stqarr li l-inkjesta li kien sar referenza għaliha fil-mistoqsija parlamentari 1674 dwar l-Advisory Board tal-Fostering filfatt kienet tlestiet u li qiegħda fi stadju li jiġi kkompilat ir-rapport tal-istess inkjesta, jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Imħallef li qed jikkonduċi l-inkjesta li x-xoghol fuq ir-rapport ghadu ghaddej.
Wara li għal numru ta’ ġimgħat (tal-inqas tliet ġimgħat) matul ix-xahar ta’ Ottubru, l-Għassa tal-Mellieħa spiċċat bla karozza u dan ħoloq inkonvenjent għall-pulizija sabiex jaqdu d-doveri tagħhom kif inhu sewwa u xieraq, jista’ l-Ministru jara kif jista’ jirrimedja din is-sitwazzjoni u jara li f’każijiet simili fil-futur, dan id-dewmien ma jerġax iseħħ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-vettura li tintuża mill-Għassa tal-Mellieħa, reġgħet ġiet irritornata fid-distrett wara li sarulha t-tiswijiet meħtieġa, fid-9 ta' Novembru 2017, malli l-parts li kienu meħtieġa għat-tiswija tagħha waslu. Infurmat illi matul il-perjodu li fiha kienet qed tissewwa l-vettura, dan id-Diviżjon kien jagħmel użu minn vetturi allokati lill-Għassa tal-Qawra. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, it-Taqsima fil-Korp responsabbli għat-tiswijiet ta' vetturi, tagħmel minn kollox biex vetturi bil-ħsara jitlestew bla dewmien, anke meta hemm ammont kbir ta' vetturi li jintużaw mill-Korp, u tagħmel dak kollu possibli biex tara li jkun hemm vetturi spare għall-użu f'każ ta' ħsarat ta' vetturi oħra tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid liema policies jew regolamenti qed jiġu segwiti fl-evalwazzjoni ta' talbiet ta' reserved parking għall-persuni b'diżabilità?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każi dwar min jikkwalifika għal Parkeġġ Riservat minħabba diżabbilta’, jidher quddiem Bord iffurmat minn TM u CRPD fejn tiġi segwita l-policy li għandha TM fir-rigward.
Bħalissa l-Ministeru tiegħi flimkien mal-Ministeru Għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjeta’ Soċjali, qegħdin f’taħdidiet sabiex itejbu l-kriterji speċjalment fir-rigward ta’ Parkeġġ Riservat u personalizzat. L-intenzjoni tal-Policy hija biex sewwieq li għandu bżonnijiet speċjali u problemi severi ta’ mobilita’ jiġi mgħejjun jgħix ħajja iktar indipendenti.
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — ħaddiema - xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il ħaddiem hemm fl-entitajiet li jaqgħu taħtu li għandhom xogħol li jsir minn ħaddiema b'kuntratt definit ta' xogħol, inkluż cleaners?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li hemm 14–il ħaddiem b'kuntratt definit ta' xogħol mal-Entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali - kwazi kollha muzicisti mal-Orkestra Nazzjonali.
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li wara Marzu 2013 ebda entità fid-dekasteru tiegħi, kif ukoll f'dak tas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, ma tat xogħol legali jew talbet konsulenza mill-individwu kkonċernat jew mid-ditta legali tiegħu.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji - konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji, jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 299.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata ebda xogħol legali lill-individwu jew lid-ditta legali tiegħu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament.
L-informazzjoni mitluba mill-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tagħha tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma’ ntalab l-ebda xogħol legali jew konsulenza mingħand l-individwu msemmi jew id-ditta legali tiegħu fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali - konsulenzi minn individwu
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma l-Onor. Interpellant li ma ntalab l-ebda xogħol legali jew konsulenza mingħand l-individwu msemmi jew id-ditta legali tiegħu fil-perjodu msemmi.
Ministeru għall-Finanzi — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ingħata ebda xogħol legali jew intalbet konsulenza mill-entitajiet fid-dekasteru lill-individwu jew ditta legali msemmija fil-mistoqsija parlamentari.
Ministeru għas-Saħħa — ħaddiema li kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 99 u jagħti informazzjoni ta’ kemm ħaddiema li jaħdmu fid-dipartimenti u fl-entitajiet li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi, kellhom il-kuntratt tax-xogħol tagħhom mibdul? Partikularment kemm-il ħaddiem kien fuq kuntratt definit li nbidel għal kuntratt indefinit u kemm-il ħaddiem kien impjegat fuq bażi part-time li nbidel għal wieħed full-time fil-perjodu bejn l-1 ta' Mejju 2017 u t-2 ta' Ġunju 2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kien hemm 15 -il persuna li l-kuntratt tagħha ġie maqlub minn wieħed definit għal ieħor indefinit fi żmien indikat skont ic-cirkulari numru 4/2017, numru 5/2017 u d-Direttiva numru 12. Kien hemm żewġ persuni li minn part-timers inqalbu full-timers fil-perjodu inkwistjoni.