Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-ebda entita’ fis-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 ma tat xogħol legali jew talbet konsulenzi mill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew id-ditta legali tagħha, wara Marzu tal-2013.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — konsulenzi minn individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xi entità fid-dekasteru tiegħu tatx xogħol legali jew talbitx konsulenzi mill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jew mid-ditta legali tiegħu, wara Marzu 2013? Jekk iva, meta? Liema entità kienet/hija, u kemm kien/hu l-valur/ħlas tax-xogħol imsemmi, sena b’sena?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninsab infurmat li l-persuna kkonċernata ma ngħatat l-ebda xogħol mill-Ministeru tiegħi jew minn xi entità li taqa’ taħti.
Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għal Għawdex — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tagħha li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, tista’ tgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Il-Ministeru għal Għawdex huwa konxju ħafna dwar l-aċċessibilità għall-persuni b’diżabilità u għaldaqstant qed isir eżerċizzju intensiv biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mal-aċċessibilità hekk kif titlob l-Konvenzjoni tal-Ġnus Magħquda dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità kif ukoll l-Politika Nazzjonali. Aktar informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — postijiet mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-postijiet fl-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għadhom mhumiex kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ, jista’ jgħid fejn hu l-post u x’qed isir biex dan isir aċċessibbli?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Uffiċċju tal-Prim Ministru — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Prim Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linji gwida tal-FITA minn meta twaqqfet fl-2000.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — sistema tal-informatika mhux aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk l-entitajiet/dipartimenti fid-dekasteru tiegħu li għad għandhom l-użu tas-sistema tal-informatika tagħhom mhux kompletament aċċessibbli għall-persuni b’diżabilità? Għal kull każ jista’ jgħid liema huma d-dipartimenti/entitajiet u x’qed isir biex din issir aċċessibbli?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. interpellant li l-Gvern ilu jsegwi l-linja-gwida tal-Fondazzjoni għall-Aċċessibilità fit-Teknoloġija tal-Informatika (FITA) mindu din twaqqfet fis-sena 2000.
Sptar Monte Carmeli — Pazjent marid bil-Legionella
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid dan il-pazjent kemm kien ilu jiġi kkurat għal din il-kundizzjoni fl-Isptar Monte Carmeli u d-data ta’ meta ġiet ikkonfermata d-djanjożi tal-Legionella?
Pazjent li miet bil-Legionella – investigazzjoni maġisterjali
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk saritx jew jekk hux se ssir investigazzjoni maġisterjali dwar il-każ tal-pazjent li miet bil-Legionella?
Pazjent li miet bil-Legionella – Spettur Sanitarju
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar mill-Ispettur Sanitarju dwar il-każ tal-pazjent li miet bil-Legionella?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-rapporti li tal-Ispettorat tas-Saħħa Ambjentali huma kunfidenzjali.
Supretendent tas-Saħħa Pubblika – ħidma fuq il-każ
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid u jikkonferma jekk is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kienx jew għadux jaħdem b’mod indipendenti fuq il-każ tal-pazjent li miet bil-Legionella sabiex jaqdi dmirijietu skont il-Public Health Act?
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’informazzjoni ngħataw il-qraba tal-pazjent li miet bil-Legionella, fir-rigward tal-kawża tal-mewt – cause of death?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-familjari tal-individwu kkonċernat ingħataw kopja taċ-ċertifikat tal-mewt li kien fih il-kawża tal-mewt.
Sptar Monte Carmeli – reservoir ta’ ilma kkontaminat
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm damu l-awtoritajiet tal-Isptar jippruvaw jikkontrollaw il-problema tar-reservoirs ikkontaminati? Jista’ jikkonferma li tqabbad konsulent privat sabiex jagħti parir fuq x’għandu jsir?
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra jekk hux se jsiru xogħlijiet fl-iSkola Primarja taż-Żurrieq u jekk se jsiru meta se jkunu qed jibdew u jitlestew?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-iskola Primarja taż-Żurrieq hija waħda mill-iskejjel li ġew identifikati mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol biex isir proġett ta’ immodernizzar. Il-proġett mistenni jkun jinkludi wkoll tkabbir tal-iskola eżistenti u Child Day Care Centre. Il-pjanijiet fuq dan il-proġett identifikaw il-bżonnijiet tal-iskola u tħejja pjan kif il-binja eżistenti tista’ tiġi mmodifikata biex takkomoda dawn il-bżonnijiet. Preżentement qed jiġu finalizzati l-pjanti biex tiġi sottomessa applikazzjoni għall-iżvilupp quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Il-proġett mistenni jkun mifrux fuq diversi snin.
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra liema xogħlijiet ta’ manutenzjoni saru fl-iSkola Primarja ta’ Birżebbuġa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni li saru fl-iSkola Primarja ta’ Birżebbuġa minn Jannar 2017 huma:
· Tikħil u tibjid tal-kmamar tat-
toilets
· Tikħil u tibjid ta’ kurituri
· Tikħil u tibjid ta’ klassijiet
· Installazzjoni ġdida ta’ seba’ tankijiet tal-ilma
· Manutenzjoni ta’ pajpijiet tal-ilma u xogħol konness
· Manutenzjoni ta’
membrane
· Qlugħ u twaħħil ta’ madum,
toilets,
sinkijiet u
partitions
tal-aluminju minn żewġ kmamar tat-
toilet
fl-ewwel sular
· Tisbiħ tad-dħul tal-iskola u l-entratura ta’ ġewwa
· Manutenzjoni ta’ dawl
· Xogħol ta’ ġardinaġġ
Konferenza tal-IIP organizzati minn kumpanija – attedenza taċ-Chief of Staff
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1791, jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ċ-Chief of Staff tiegħu attenda miegħu jew waħdu jew ma' xi ħaddieħor għal konferenzi tal-IIP organizzati mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament barra minn Malta, u f’dak il-każ, meta u fejn?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li d-dettalji mitluba minn naha tiegħu ingħataw fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 29670 tal-legizlatura XII.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1633, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk it-tweġiba tiegħu “Iva” tirreferix għall-ewwel parti tal-mistoqsija “Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li kienet waqqfet Awtorità għandhiex tinħatar avukat għall-istess Awtorità li kienet waqqfet, ftit biss wara li tkun tilfet postha fil-Parlament?” jew għat-tieni parti tal-mistoqsija “jista’ jgħid jekk hux se jagħti ordni sabiex din il-ħatra tal-persuna tiġi revokata”? Fi kliem ieħor, il-Prim Ministru se jagħti ordni biex din il-ħatra tiġi revokata jew le?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant li kif diga stqarrejt pubblikament, wara l-kontribut ċentrali li tat fit-tħejjija tal-liġi tal-ippjanar, il-persuna li qed jagħmel riferenza għaliha fil-mistoqsja tieghu, kienet l-ahjar persuna għall-impjieg imsemmi.
Għaldaqstant, il-loġika titlob li t-tweġiba kienet ghall-ewwel parti tal-mistoqsija 1633 u t-tieni parti mhux rilevanti.
Triq it-Tempesta fil-Qrendi u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba – spezzjonijiet u patrols fuq overspeeding
Question
Jista’ l-Ministru jgħarraf lill-Kamra kemm qed isiru spezzjonijiet u patrols u dan fir-rigward ilmenti konsistenti ta’ każijiet ta’ overspeeding fi Triq it-Tempesta fil-Qrendi u Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija fl-Imqabba fejn bosta minn dawn l-ilmenti, dehru fil-media soċjali u anke saru lmenti lill-Pulizija mill-Kunsill Lokali tal-Qrendi u mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari numru 2212.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – kariga ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1723 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, x’kariga jew funzjoni tokkupa fil-Ministeru u/jew f’xi entità kwalunkwe li taqa’ taħt ir-responsabilità tal-Ministeru? Jista’ jgħid x’salarju, allowances, perkaċċi u kundizzjonijiet għandha u għal kemm żmien ġiet appuntata?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġiet appuntata Direttur tal-Malta Enterprise għal perjodu ta’ sentejn sa 31 t’Awissu 2019.
Kif stipulat fiċ-cirkolari ta’ 2017
Guidelines for Board Appointments
, id-Diretturi tal-Malta Enterprise jitħallsu €7,000 fis-sena.