Legislature:
Category:
Reset
Active:

ACCA – qualified accountant

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm qualified accountants (ACCA jew tal-istess livell) fl-Economic Crimes Unit u l-Money Laundering Unit kull sena bejn is-snin 2013 u 2017 u kemm minnhom irriżenjaw kull sena? Preżentament kemm hemm impjegati li huma kwalifikati fid-dixxiplina tal-Financial/Economic Crime?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bejn is-sena 2013 u l- 25 ta' Novembru 2017, kien hemm erba’ (4) membri tal-Korp li kienu stazzjonati fl-Economic Crime Unit / Money Laundering Unit, li kellhom kwalifiki differenti fl-Accounts, wieħed minnhom bl-ACCA. Kien hemm persuna waħda li rreżenjat f'Diċembru tas-sena 2014. Persuna oħra ġiet trasferita f'Settembru 2013, filwaqt li persuna oħra ġiet promossa għal grad ta' Spettur f'Ottubru ta' din is-sena. Bħalissa hemm uffiċċjal wieħed illi huwa stazzjonat fit–taqsima tal-Economic Crimes Unit / Money Laundering Unit u li huwa gradwat fl-Accountancy. Ma’ dan inżid illi diversi uffiċċjali stazzjonati f'din it-Taqsima jingħataw taħriġ regolari relatat max-xogħol u r-responsabilitajiet tagħhom, kemm f’Malta u anke barra minn Malta. Matul l-2018 din il-unit se tkun imsaħħa b’ħafna aktar riżorsi umani.

Economic Crimes Unit – Expertise dwar il-cryptocurrency

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-expertise li hemm fl-Economic Crimes Unit dwar il-cryptocurrency u x’taħriġ ingħata jew se jingħata lill-ħaddiema ta’ dan il-unit?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar snin numru ta' uffiċċjali mill-Economic Crimes Unit attendew numru ta' korsijiet kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta, li fost suġġetti oħra dawn il-korsijiet kienu jinkludu wkoll l-investigazzjonijiet ta' crypto currencies. L-istess skwadra diġa kellha xi investigazzjonijiet fuq dan is-suġġett u hija konxja bl-isfidi li dawn il currencies jimponu. Infurmat illi s-sena d-dieħla, bħala parti mill-aġġornament kontinwu li qiegħed isir fl-iskwadra, se jsir ukoll taħriġ iktar speċjalizzat fuq dan is-suġġett.

Economic Crimes Unit – riżorsi teknoloġiċi, finanzjarji u umani

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu l-miżuri li ħa l-Kummissarju tal-Pulizija preżenti biex isaħħaħ ir-riżorsi teknoloġiċi, finanzjarji u umani tal-Economic Crimes Unit? X’inhuma l-pjanijiet futuri biex dan il-Unit jissaħħaħ? X’inhuma t-timelines?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi l-Kummissarju tal-Pulzija għandu pjanijiet u ser jieħu l-passi neċessarji biex malajr kemm jista’ jkun isaħħaħ b'kull mezz possibli l-Economic Crime Unit fi ħdan il-Pulizija. Ma’ dan inżid ukoll illi diversi uffiċjali stazzjonati f’din it-Taqsima jingħataw taħriġ regolari relatat max-xogħol u r-responsabbiltajiet tagħhom, kemm f’Malta u anke barra minn Malta. Matul l-2018 din il-unit se tkun imsaħħa b’ħafna aktar riżorsi umani. Irid jingħad ukoll illi l-Korp ħejja strategija ta’ fejn qed jara li għandha tmur l-Economic Crimes Unit u din qed tiġi diskussa internament.
Leg 13 PQ #2595 Sitting 58 2017-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Rabat Għawdex – Triq Mons Pietru Pace — xogħlijiet

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu maħsub li x-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fi Triq Mons. Pietru Pace fir-Rabat, Għawdex jitlestew, peress li tali xogħlijiet ilhom issa għaddejjin għal diversi xhur u qegħdin jikkawżaw inkonvenjent kbir kemm għar-residenti kif ukoll għas-sewwieqa tal-vetturi?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li x-xogħlijiet fit-triq imsemmija ser jitlestew din il-ġimgħa.
Leg 13 PQ #2596 Sitting 58 2017-11-28 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li qed jiġu rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, qegħdin jiġi rimborsati għall-użu tal-karozza privata tagħhom fuq xogħol uffiċjali? Tista’ tgħid x’inhuma l-grad tagħhom u l-pożizzjoni li qegħdin jokkupaw kif ukoll l-ammont ta’ flus li rċevew mill-bidu tas-sena 2016 sal-lum, għal dan il-għan? Tista’ tgħid ukoll min ta l-approvazzjoni tiegħu għal tali rimbors f’kull każ?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.

Notifika ta’ konċentrazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid mill-2011 sal-lum, sena b’sena, kemm-il notifika ta’ konċentrazzjonijiet saru a tenur tal-L.S. 379.08 Dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet? Kemm minnhom ġew aċċettati u kemm le?

Response (BONNICI, OWEN)

Infurmat li n-numri ta’ notifiki ta’ konċentrazzjoni li l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rċieva mill-2011 sal-lum kien kif ġej: 2011 5 2012 2 2013 3 2014 8 2015 9 2016 5 2017 4 Minn dawn in-notifiki, tnejn minnhom għadhom pendenti u qed jiġu evalwati. Ħlief għal żewġ notifiki li instab li ma jaqgħux taħt ir-regolamenti Dwar il-Kontoll ta’ Konċentrazzjonijiet, il-konċentrazzjonijiet l-oħra ġew approvati.

Kumpanijiet – notifika ta’ konċentrazzjoni — status

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus tan-notifika ta’ konċentrazzjoni li saret miż-żewġ kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament f’Ġunju 2017? Saru xi kummenti ossia oġġezzjonijiet a tenur tar-regolament 5 ta’ L.S. 379.08 Dwar il-Kontroll ta’ Konċentrazzjonijiet? Jekk saru, kemm kienu u minn min?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif ġie mħabbar fit-12 ta’ Lulju 2017, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni kien fetaħ l-proċedimenti rigward il-konċentrazzjoni notifikata ai termini tar-regolamenti 6(1)(iii) tar-regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoniijiet. Ninsab infurmat li fil-perijodu kontemplat f’regolament 5 tar- regolamenti dwar il-kontroll tal-konċentrazzjoniijiet, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni rċieva erba’ osservazzjonijiet kif elenkat hawn taht: · - mingħand kompetitur taż-żewġ kumpaniji li jiffurmaw parti mill-konċentrazzjoni notifikata, · - minn għaqda li tirrapreżenta lil-konsumaturi , · - minn persuna barranija li toffri konsulenza u · - mir-regolatur tas-settur koncernat.

Tibdil leġiżlattiv fil-Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta

Question

Jista’ l-Ministru jispjega jekk hux se jsir xi tibdil leġislattiv fir-rigward tal-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data, Kap. 440 tal-Liġijiet ta’ Malta fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2016/679? Jekk se jsir, x’inhuma l-miżuri kontemplati l-aktar fir-rigward tal-qafas regolatorju?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-2016 il-Gvern ifforma grupp strateġiku iffurmat minn rappreżentanti tal-ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali u tal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data. Il-mandat ta’ dan il-grupp huwa li jirrevedi u jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni u l- Privatezza tad-Data (Kap.440) skont il-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni Ewropea li jgħidu fejn Stat Membru jista’ jew inkella għandu jilleġisla, kif ukoll jagħmluha ċara illi m’għandux ikun hemm provvedimenti fil-liġi domestika li jirrepplikaw it-test tar-Regolament (UE) 2016/679. Dan minħabba l-fatt illi tali strument legali jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Ix-xogħol ta’ dan il-grupp fuq dan l-abbozz jinstab fi stadju avvanzat ħafna.

Regolament (UE) 2016/679 — miżuri

Question

Jista' l-Ministru jelenka l-miżuri li qed jittieħdu mill-Gvern fir-rigward ta’ tħaddim eventwali tar-Regolament (UE) 2016/679 li allura jibda japplika minn Mejju tal-2018, b’mod partikolari biex jassigura li kemm is-settur pubbliku kif ukoll dak privat jieħu l-miżuri neċessarji f’waqthom u jkunu preparati?

Response (BONNICI, OWEN)

Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data qiegħed iqajjem kuxjenza u jagħti t-tagħrif kollu meħtieġ fuq dan l-istrument legali billi: - b’mod regolari, jpoġġi fuq sezzjoni dedikata tal-portal (idpc.org.mt), informazzjoni ġenerali u linji gwida maħruġa mill-Article 29 Data Protection Working Party, li l-Kummissarju huwa membru fi ħdanu, fuq il-General Data Protection Regulation; - jattendi u jagħti preżentazzjonijiet f’diversi konferenzi, fl-laqgħat organiżżati minn korpi kostitwiti, kif ukoll meta jkun mitlub kemm minn dipartimenti/enti pubbliċi kif ukoll minn kumpaniji privati; - jżomm laqgħat mitluba mill-varji setturi fir-rigward tal-impatt li tali regolament ser ikollu fuq l-operat tagħhom; - jinvolvi ruħu f’diskussjonijiet sabiex jiġu żviluppati linji gwida jew inkella jiġu emendati dawk eżistenti; - jirrispondi domandi li jsiru minn individwi kif ukoll minn kontrolluri tad-data permezz tal-telefon jew tal-posta elettrronika; - jipparteċipa fuq programmi tar-radju u tat-televiżjoni. Infurmat ukoll, li s-Servizz Pubbliku għandu Data Protection Unit stabbilit fi ħdan il-Ministeru tal-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali li parti mix-xogħol tiegħu huwa li jassisti lid-dipartimeti u ministeri fuq kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-data kif ukoll ixerred tagħrif ġenerali fuq din il-liġi kif ikun meħtieġ.
Leg 13 PQ #2649 Sitting 58 2017-11-28 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Ittra – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li bagħtet ittra u għadha mingħajr risposta?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ambaxxati

Question

B’referenza għar-raportaġ li deher fil-gazzetta ‘L-Orizzont’ tat-23 ta’ Novembru 2017 meta l-Ministru ġie rraportat li qal “Bħala Ministeru qed nikkonsidraw internament li noħolqu struttura biex nimmaniġġjaw aħjar l-Ambaxxati u r-residenzi tagħna barra”, jista’ għaldaqstant l-Ministru jgħid bil-preċiż x’passi beħsiebhom jittieħdu?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qiegħed jippjana li jkollu struttura li tkun responsabbli għall-proprjeta` tal-Gvern Malti barra l-pajjiż li jaqgħu taħt il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ. Il-proprjetà tkun tinkludi kemm l-Ambaxxati, il-Konsulati kif ukoll ir-Residenzi ta’ l-Ambaxxaturi. Din l-istruttura tkun responsabbli kemm għal bini tal-Gvern kif ukoll għall-proprjeta` mikrija lill-Gvern. Il-Pjan huwa illi l-bini tal-gvern ikun miżmum fl-aħjar kundizzjoni possibbli, filwaqt li isir l-aħjar użu possibbli mill-ispazju li jkun qed isir investiment fih. Sabiex dan kollu jsir hemm il-ħtieġa li jsiru deċizjonijiet minn żmien għal żmien ta’ natura teknika finanzjarja taħt immaniġjar professjonali u bl-aktar effiċjenza possibbli.

Amerika Ċentrali – trattati/ftehim pendenti — Suġġetti

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2440, jista’ l-Ministru jgħid x’suġġetti qed jiġu kkunsidrati fiż-żewġ trattati/ftehim li qed jiġu diskussi mal-pajjiż fl-Amerika Ċentrali tal-Panama?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trattati/ftehim pendenti mal-pajjiż fl-Amerika Ċentrali tal-Panama huma kif ġej: Pajjiż Ftehim Pendenti Panama Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja Memorandum ta’ Ftehim fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali

Community Worker Scheme – żieda fil-pagi tal-ħaddiema

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2432, jista’ l-Ministru jgħid jekk din iż-żieda ta’ €200 fix-xahar hijiex se tiġi mħallsa direttament mit-Teżor jew jekk hemmx xi ftehim differenti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ż-żieda msemmija ser tkun riflessa direttament fil-paga tal-ħaddiema.

Università ta’ Malta – Sir Temi Zammit Hall – bdil ta’ air conditioning

Question

Jista’ l-Ministru jgħid hijiex se tinbidel is-sistema tal-air conditioning fis-Sala Sir Temi Zammit tal-Università ta’ Malta tul is-sena li ġejja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li s-Sala Sir Temi Zammit jeħtiġilha refurbishment sħiħ u s-sistema tal-air conditioning hija parti minn dan il-proġett. Dan il-proġett mhux ippjanat li jsir fl-2018.

Adult Education – courses provduti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li rreġistraw taħt il-courses provduti għall-Adult Education u jista’ jindika jekk kienx hemm student għat-tagħlim tal-Grieg?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li n-numru totali ta’ applikanti għall-korsijiet għat-tagħlim tul il-ħajja għas-sena 2017/2018 huwa ta’ 11,338. Għat-tagħlim tal-Grieg applikaw 32 persuna.

Impjant ta’ Sant’Antnin – bini mill-ġdid wara ħruq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa meta hu mistenni li l-parti tal-impjant ta' Sant'Antnin li sfat meqruda fin-nirien reċentement, tkun mibnija mill-ġdid?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq l-impjant huma prevvisti li jitlestew għall-aħħar tas-sena 2018.

LSA’s impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk u kemm-il LSA ġew impjegati bejn il-5 ta’ Mejju u t-3 ta’ Ġunju 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li filwaqt li fil-perjodu indikat mill-Onor. interpellant ma ġewx impjegati persuni fil-grad ta' Learning Support Assistant fl-istess perjodu ġew impjegati tmintax (18)-il Supply Learning Support Assistant. Ngħarraf ukoll lill-Onor. interpellant li l-proċess tal-ingaġġ ta' dawn is-Supply LSAs kien diġà beda qabel il-5 ta' Mejju 2017 u sar skont iċ-Ċirkulari tal-OPM nru. 8/2017.

Transfer ta’ impjegata – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ġimgħa wara l-elezzjoni tat-3 ta' Ġunju 2017 ġiet trasferita minn Heritage Malta fejn kienet ilha s-snin għal Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija? Min ordna dan it-transfer?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li din il-persuna ġiet mgħajta lura minn ma’ Heritage Malta mill-amministrazzjoni ċentrali tas-servizz pubbliku minħabba esiġenzi tas-servizz.
Leg 13 PQ #338 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Prim Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-karozza użata mill-Prim Ministru hija kif ġej : 2014 € 4,155 2015 € 3,571 2016 € 2,766 L-informazzjoni mitluba għall-karozza użata mill-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru hija kif ġej: 2016 € 2,108 (mill-10 ta’ Mejju) L-informazzjoni mitluba għall-karozza użata mis-Segretarju Parlamentari ghall-Ippjanar u s-Simplifikazzjoni ta’ Proċessi Amministrattivi hija kif ġej : 2014 € 3,085 2015 € 2,410 2016 € 2,512 Infakkar lill-Onor Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-vettura uffiċjali tal-Prim Ministru bejn Jannar 2008 u Marzu 2013 kienet ta’ €26,000. Fl-istess hin l-ispiża fuq fuel għall-vetturi uffiċjali li kienu jużaw iż-żewġ Segretarji Parlamentari fi hdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru bejn Marzu 2008 u Jannar 2012 kienet ta’ €26,600. Nixtieq infakkar ukoll lill-istess Onor Interpellant li meta huwa innifsu kien Segretarju Parlamentari, l-ispiża fuq il-fuel għall-vettura ufficjali tiegħu fuq medda ta’ 3 snin u 4 xhur, kienet ta’ €14,100.
Leg 13 PQ #339 Sitting 57 2017-11-27 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru — Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Simplifikazzjoni - Spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali

Question

Jista’ l-Prim Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill Onor Interpellant li fis-snin 2014,2015 u 2016, is- Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni ma kienx jeżisti.