Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sports u Għaqdiet Volontarji jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġba li għadha kif ingħatat għall-mistoqsija parlamentari 342.
Ministeru għall-Enerġija u Immaniġġar tal-Ilma — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (MIZZI, JOE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li jien kont tajt għall-Mistoqsija Parlamentari 29690 tal-Leġiżlatura XII fejn ma kien hemm l-ebda spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tiegħi fl-2014, fl-2015 u fl-2016.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (DALLI, HELENA)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni li tikkonċerna l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali/Segretarju Parlamentari għas-snin mitluba mill-Onor. Interpellant.
Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Ugwaljanza — Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalgou Soċjali - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Tista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali tgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
IIP Account – kontribuzzjonijiet lil għaqdiet filantropiċi/NGOs
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 30084 tat-12-il Leġiżlatura, peress li l-għotja li jagħti applikant tal-IIP lil xi għaqda filantropika/NGO titqies bħala parti mill-evalwazzjoni tal-istess applikant, jista’ l-Ministru jgħid kif Identity Malta tista’ tagħmel tali evalwazzjoni meta ma jkollhiex rekord ta’ kemm kull applikant ikkontribwixxa?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab informat li b’referenza għat-twegiba tal-Mistoqsija Parlamentari 30084 tat-12-il leġislatura, tajjeb li jkun preċiżat li kull applikant tal-IIP llum huwa mitlub jindika l-għotjiet li jkun għamel lil kull NGO, kif ukoll jippreżenta rċevuta biex jikkonferma l-għotjiet, sabiex Identity Malta tkun tista’ tagħmel l-evalwazzjoni neċessarji.
NSO – tourist arrivals u bed nights — metodoloġija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’metodoloġija tintuża biex in-National Stastics Office (NSO) jiddetermina n-numru ta’ tourist arrivals u bed nights f’pajjiżna?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru kkonċernat.
L-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta– postijiet reġistrati li joffru private accomodation lit-turisti
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 679, jista’ l-Ministru jindika jekk numru ta’ appartamenti jew kmamar fi blokk wieħed jiġix definit taħt liċenzja waħda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ġejt infurmat mill-Awtorita’ Maltija tat-Turiżmu li liċenzji fuq appartamenti/residenzi jiġu approvati individwalment. B’hekk grupp ta’ appartamenti jew kmamar fi blokk ma jistgħux joperaw taħt liċenzja waħda sakemm ma jkunux ikkonfermati bħala residenza waħda.
Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARDONA, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-aħħar snin ġew imnedija numru ta’ inizjattivi sabiex iħeġġu lil min jimpjega jingaġġa persuni b’diżabilità. Fosthom insibu l-infurzar tal-liġi li tistabilixxi li 2 fil-mija tal-ħaddiema ta’ intrapriżi li jħaddmu iżjed minn 20 ħaddiem, għandhom ikunu persuni b’diżabilità.
Persuna li tħaddem persuna b’diżabilità tkun eżentata milli tħallas il-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali għal dak l-individwu, u tkun eliġibbli li tirċievi inċentiv fiskali ekwivalenti għal 25 fil-mija tal-paga tal-persuna b’diżabilità - sa massimu ta’ €4,500 għal kull persuna.
Barra minn hekk, il-korporazzjoni Jobsplus toffri sussidju fuq il-paga għal min jimpjega persuni b’diżabilità permezz tal-iskema Access to Employment. Min jibbenefika minn din l-iskema ma jkunx intitolat għall-inċentiv fiskali. Dan għaliex, permezz tal-iskema Access to Employment, min jimpjega jkollu sussidju ta’ €125 fil-ġimgħa għal massimu ta’ 156 ġimgħa għal kull persuna b’diżabilità li tingħata impjieg fuq bażi full-time. Is-sussidju jkun pro-rata jekk l-impjieg ikun fuq bażi part-time.
Iktar informazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku ta’ Jobsplus:
https://jobsplus.gov.mt/employers-mt-MT-en-GB/employing-persons/employing-persons-disability
https://jobsplus.gov.mt/schemes-jobseekers/a2e-scheme
Valletta FC — Art biex jibnu l-istadium u faċilitajiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex Valletta FC jingħataw art biex jibnu l-istadium u l-faċilitajiet tagħhom?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-Gvern huwa kommess illi jgħaddi l-art in kwistjoni lil Valletta FC u filwaqt li diġà hemm porzjon ta’ art riservata sabiex tingħadda lill-klabb, għaddejjin negozjati ma’ terzi fuq art adjaċenti sabiex parti minnha tingħaqad mal-parti riservata u b’hekk l-art tingħadda kollha lil Valletta FC.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stat tinsab fih Triq Santa Tereża, Ħal Tarxien? Jista’ jgħid hux se ssir tul din is-sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista aġġornata ta’ interventi fil-lokalitajiet rispettivi li jkunu qed isiru skont il-prijoritajiet li jirrizultaw.
Ikel importat mil-Lvant tal-Ewropa – ingredjenti — kitba
Question
Peress li bosta ikel qed jiġi importat mil-Lvant tal-Ewropa u anke minn pajjiżi barra l-Ewropa, u peress li ħafna drabi l-ingredjenti, l-istruzzjonijiet jew l-allergens m’humiex miktuba b’lingwa li tinftiehem jew li hi uffiċjali għal Malta, u peress li skont il-liġi tagħna u d-direttiva tal-Unjoni Ewropea, l-informazzjoni miktuba fuq pakketti tal-ikel trid tinkiteb b’lingwa li jifhima l-konsumatur u dan mhux dejjem ikun minnu, jista’ l-Ministru jgħid x’qed tagħmel l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) biex il-konsumatur, bi dritt, ikun infurmat b’mod siewi? Kemm kienu dawk id-ditti tal-ikel li ġew mitluba jirregolaw ruħhom?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.
Health Promotion Unit – struzzjonijiet u ingredjenti fuq pakketti tal-ikel
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid x’qed tagħmel il-Health Promotion Unit biex tassigura li l-istruzzjonijiet u l-ingredjenti fuq il-pakketti tal-ikel importati jifhimhom kull ċittadin bħala parti mill-kampanja tiegħu ta’ Healthy Eating? Jista’ jgħid jekk is-Suprintendent tas-Saħħa Pubblika kellux laqgħat mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) dwar dan?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard joffri lill-pubbliku firxa ta’ fuljetti dwar l-ikel u s-Saħħa fosthom; Linji Gwida dwar id-Dieta’ għall-Adulti Maltin, Sett ta’ riċetti kif ukoll fuljetti dwar: l-melħ u l-pressjoni, z-zokkor, u x-xaħmijiet sabiex wieħed ikun jista’ jikkontrolla aħjar ix-xaħmijiet fid-demm fosthom il-kolesterol.
Dan ix-xahar, id-Direttorat, aġġorna t-tabella (forma ta’
credit card
) sabiex jgħin lill-pubbliku jagħmel għażla ta’ prodotti tal-ikel u xorb tajbin għas-saħħa, jiġifieri dawk li fihom inqas ammont ta’ zokkor, xaħam, xaħam saturat u melħ; filwaqt li fihom kwantita’ tajba ta’ fibra (fibre).
Din il-card tinkludi skema dwar x’inhuma l-ammonti kkunsidrati bħala: baxxi, medja u għolja ta’ zokkor (anke fil-kategorija taċ-ċereali), xaħam, xaħam saturat u melħ għal kull 100g ta’ ikel jew 100ml ta’ xorb.
Din l-istess
card
tagħti wkoll spjegazzjoni tal-ammont ta’ fibra (għal kull 100g) sabiex l-manufattur jista’ jgħid li l-prodott tiegħu fih il-fibra (fibre) kif ukoll l-ammont (ta’ fibra għal kull 100g) sabiex l- l-prodott jista’ jiġi ddikjarat bħala wieħed għoli fil-fibra (fibre).
Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard qiegħed preżentament iħejji fuljett ieħor abbinatt mal-istess imsemmija
card
, li se tinkludi ukoll informazzjoni aktar iddettaljata dwar il-qari tat-tikketti tal-ikel. Dan il-fuljett se jitħejja wara li hu mistenni li jkun hemm konsultazzjoni mal-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA).
Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni dwar it-tiketti fuq l-paketti hija regulata permezz ta’ Annex tar-Regola tal-Unjoni Ewropeja dwar in-
Nutrition Claims
jiġifieri EC No: 1924/2006 amendata l-aħħar b’EU 1047/2012.
Xiri ta’ passaporti taħt l-iskema ta’ investiment – persuni identifikati bl-ittra ‘A’
Question
Nirreferi għal dawk il-persuni li jixtru l-passaport taħt l-iskema ta’ investiment, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk meta tingħatalhom l-Karta tal-Identità dawn il-persuni jiġux identifikati bl-ittra (A) wara n-numru ta’ identifikazzjoni?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat li l-ebda Karta tal-Identità Maltija ma tinħareġ bl-ittra ‘A’
Ministeru għall-Finanzi – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1753 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed tipoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għat-Turiżmu – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1754 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (MIZZI, KONRAD)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1755 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari huma segwenti:
2012
6 talbiet
2013
21 talba
2014
11-il talba
2015
2 talbiet
2016
9 talbiet
2017 - sal-lum
14-il talba
It-talbiet saru minn:
Times of Malta
8 talbiet
Standard Publications
5 talbiet
Maltatoday
2 talbiet
Union Press
1 talba
Malta Police Association
1 talba
Ċittadini privati
46 talba
B’kollox kien hemm 37 talba li ġew milqugħa, 4 li ġew milqugħa parzjalment, 19 irrifjutati u 3 talbiet għadhom pendenti.
Mid-19 irrifjutati r-raġunijiet li ngħataw kienu segwenti:
12-il talba ġew irrifjutati peress li l-informazzjoni mitluba kienet eżenti skont diversi artikli fl-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni.
4 talbiet ġew irrifjutati peress li ntalbet data personali suġġetta għall-Att dwar il-Protezzjoni u l-Privatezza tad-Data.
2 talbiet ġew irrifjutati peress li l-informazzjoni mitluba kienet diġà pubblika
Talba oħra kienet irrifjutata peress li l-informazzjoni mitluba taqa’ taħt il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1756 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infumrat li skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ġew preżentati b’kollox 27 talba. Minn dawn 15 ġew aċċettati, 11 ġew rifjutati u 1 tinstab pendenti.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella iktar dettaljata bl-informazzjoni mitluba li tinkludi minn min saru dawn it-talbiet u dwar xiex saru, kif ukoll ir-raġunijiet fil-każ tat-talbiet li ġew irrifjutati.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1757 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1758 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?
Response (ABELA, CARMELO)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qegħdha titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Skeda A – statistika skond is-sena
Skeda B – dettalji individwali ghall kull talba