Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2541 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1760 u ċjoè: Tista' l-Ministru tgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Tista’ tgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Tista’ l-Ministru tgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Tista’ l-Ministru tgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma l-Onor. interpellant li t-tagħrif mitlub jinstab fid-dokument anness mal-mistoqsija: Sena Mingħand Dwar Talba Aċċettata Pendenti Talba Rifjutata Raġuni għalfejn it-talba ġiet miċħuda. 2015 The Malta Independent Informazzjoni dwar min huwa impjegat f'pożizzjoni ta' fiduċja fi ħdan il-Ministeru Għal Għawdex, ix-xogħol li jwettqu u l-ħlas taghħom. x 2015 Times of Malta Aċċess għal l-istudju ta' fattibilita dwar l- airstrip f'Għawdex. x Skont l-Artiklu 29(2) ta' l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, ir-rilaxx ta' dan l-istudju huwa e¿entat peress li għadu ma ġiex ippreżentat lill-Kabinett. 2016 Times of Malta Lista tad-detenturi ta' pass tal- Gozo Channel mill-2010 sal-2015. x 2016 The Malta Independent Talba għal informazzjoni dwar l-u¿u tat-tieni karozza mill-Ministru. x 2016 The Malta Independent Talba għal informazzjoni dwar kif jingħata il- pass tal- Gozo Channel u min huma id-detenturi preżenti. x 2016 Times of Malta Talba għal kopji tal-kuntratti ta' ngaġġ tal-konsulenti msemmija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 24923 x 2016 Times of Malta Aċċess għal l-istudju ta' fattibilita dwar l- airstrip f'Għawdex. x Skont l-Artiklu 29(2) ta' l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni, ir-rilaxx ta' dan l-istudju huwa eżentat peress li għadu ma ġiex ippreżentat lill-Kabinett. 2017 Times of Malta Talba għal kopja tas-sejħa għal proposti, kif ukoll kopja ta-Memorandum of Understanding iffirmat mill-Ministeru fir-rigward tal-proġett tal-pixxina ta' Għawdex. x *Aċċettata parzjalment. 2017 Times of Malta Talba għal lista tax-xogħolijiet kollha tal-Ministeru Għal Għawdex li twetqu mis-Sur Joe Cauchi/Gozo Renovations minn Marzu 2013 sal-prezent u sjegazzjoni jekk dan ix-xogħol inghatax b'sejha kompettitiva, kwotazzjoni jew Direct Order. x 2017 Times of Malta Tagħrif dwar il-proċess tas-sejħa għall-offerti tal-proġett tal-Qorti l-ġdid f'Għawdex. x *Aċċettata parzjalment. 2017 The Malta Independent Talba għal informazzjoni rigward individwi impjegati fuq bażi ta’ Position of Trust fi ħdan il-Ministeru Għal Għawdex. x

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1761 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’kollox ġew ippreżentati disa’ talbiet, waħda fl-2013, tnejn fl-2015, erba’ fl-2016 u tnejn fl-2017. It-talbiet saru minn; It-Torċa – reformatting ta’ kompjuters. Kumpanija Privata – proprjeta` fil-Belt Valletta. Malta Independent – positions of trust (2) u t-tieni karozza fis-Segretarjat Parlamentari u l-Ministeru. Times Of Malta – care orders , foster care , pensjoni ta’ membri parlamentari. Ċittadin Privat – dħul f’dar tal-anzjani. Minn dawn id-disa’ talbiet kien hemm sitta li ġew milqugħa, waħda ġiet milqugħa parti minnha, oħra li ġiet trasferita minn Ministeru ieħor u talba oħra li bħalissa għadha qed tiġi pproċessata. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien hemm l-ebda talba li ġiet rifjutatha.
Leg 13 PQ #2543 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, jekk kull persuna ngħatatx iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #2544 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kellha kull persuna meta applikat biex tingħata ċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħif għadu qed jinġabar.
Leg 13 PQ #2545 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità oħra jew nazzjonalitajiet oħrajn għandha kull persuna wara li ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

It-tagħif għadu qed jinġabar.

Natura 2000 Buskett – monitoraġġ tax-xogħol

Question

Jista' l-Ministru jinforma lil din il-Kamra min kien ingħata t-tender biex jagħmel moniteraġġ tax-xogħol fin-Natura 2000 il-Buskett li qed isir bi flus mill-Unjoni Ewropea? Jekk dan it-tender ma ngħatax, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min qed jagħmel moniteraġġ ta’ dan ix-xogħol f'post daqshekk sensittiv?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-moniteraġġ tax-xogħlijiet ta’ tiswija u manutenzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ u ħitan oħra qiegħed isir mill-Project Manager u Perit kif inhu stabbilit fil-‘grant agreement’ tal-LIFE Saving Buskett project. Il-Project Manager u l-Perit huma uffiċjali pubbliċi u s-salarju tagħhom huwa parzjalment ko-finazjat mill-proġett. Ingħataw żewġ tenders għall-moniteraġġ ambjentali kif kien stabbilit fil-‘grant agreement’ tal-LIFE Saving Buskett project. Kumpanija ġiet ingaġġata b’tender sabiex tagħmel il-moniteraġġ tat-telf tal-ħamrija. Dan jikkonsisti fi studju qabel ma bdew ix-xogħlijiet u ieħor fit-tmiem tax-xogħolijiet. Ir-riżultati ta’ dawn l-istudji huma mistennija jistabilixxu l-benefiċċju tat-tiswija u manutenzjoni tal-ħitan tas-sejjieħ u ħitan oħra għall-konservazzjoni tal-ħamrija. Kumpanija oħra ġiet ingaġġata b’tender sabiex tagħmel il-moniteraġġ tax-xogħlijiet oħra li jinvolvu tindif tal-wied, it-tneħħija tal-pjanti invażivi u tħawwil tas-siġar. Dan ukoll jikkonsisti fi studju qabel ma bdew ix-xogħlijiet u ieħor fit-tmiem tax-xogħlijiet. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju huma mistennija jistabilixxu l-benefiċċji ambjentali ta’ dawn l-interventi.

Korp tal-Pulizija – Bodycams

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux ħsieb li lill-membri tal-Korp tal-Pulizija jissupplixxihom bil-bodycams? Jekk iva, sa meta hu stmat li kull membru tal-Korp ikollu bodycam?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Korp tal-Pulizija ħadem u qed ikompli bil-pjanijiet tiegħu sabiex jiġu determinati il-proċeduri opportuni sabiex Membri tal-Korp, ikunu jistgħu juzaw 'bodycams'.

Korp tal-Pulizija – membri – taħriġ ta’ self defence u prattika bl-arma

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba fil-ġimgħa l-membri tal-Korp tal-Pulizija jkollhom taħriġ fis-self defence u prattika bl-arma?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi dwar taħriġ fl-użu tal-armi minn membri tal-Korp, hemm skedi differenti ta' taħriġ li huwa wkoll relatat mad-doveri tal-istess membri. Membri tal-iSpecial Intervention Unit ikollhom taħriġ ta' kuljum fl-użu tal-armi kif ukoll self defence u physical training. Uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit ukoll jingħataw taħriġ fl-użu tal-armi b’mod regolari. Il-Membri tal-istess skwadra jingħataw taħriġ ukoll f'self defence. Infumat ukoll illi t-taħriġ f'self defence (Control and restrain) jingħata lir-rekluti waqt il-kors tagħhom. Nistieden lill-Onorevoli Interpellant biex jagħmel referenza għat-tweġibiet tal-Mistoqsijiet Parlamentari 1462 u 1463 ta’ din is-sena, li huma relatati ma’ taħriġ fl-użu tal-armi.

Park ta’ Natura u tal-Istorja tal-Majjistral – medda tal-art

Question

B’referenza għall-medda ta’ art li taqa’ taħt id-definizzjoni tal-Park ta’ Natura u tal-Istorja tal-Majjistral, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il metru kwadru tkopri din l-art kollha? Din il-medda ta’ art hi kollha art pubblika (tal-Gvern)? Kemm-il metru kwadru fiha? Hemm art privata? Jekk iva, kemm-il metru kwadru? Hemm art pubblika li hi tal-Gvern iżda hija mqabbla lill-privat? Jekk hemm, jista’ jgħid kemm-il metru kwadru fiha?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Park tal-Majjistral ikopri 2.5km² u din il-medda ta’ art hi kollha tal-Gvern u m’hemm l-ebda biċċa privata. Mill-2.5km², 0.333 km² hija mqabbla lill-privat, 0.279km² hi mikrija b’ċens li jagħlaq fl-2040 u 0.143km² li mhux mikrija però tinħadem.

Biblijoteka Nazzjonali – attività politika

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2500, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja 'taċ-ċertu kundizzjonijiet stabbiliti'? Jista' jgħid meta ġew stabbiliti dawn iċ-ċertu kundizzjonijiet u jekk hemmx regoli fissi jew regoli li jinbidlu minn attività għall-oħra? Jista' jgħid kemm kien il-ħlas għal din l-attività partikolari msemmija minnu u kif jiġi kkwantifikat il-ħlas dovut għall-attivitajiet li jsiru? Kemm ġiet tiswa lil Malta Libraries din l-attività li saret fis-7 ta' Novembru? Min huma l-persuni li jiddeċiedu fuq dawn l-attivitajiet u jekk għandhomx isiru jew le? Jista' jgħid kemm saru attivitajiet politiċi jew minn entitajiet ta' partiti politiċi bejn Marzu 2013 sa Novembru 2017 ġewwa l-Biblijoteka tal-Belt?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma l-Onor. interpellant li l-entità Libreriji Maltin tagħti permess li tintuża l-binja għal attivitajiet minn terzi persuni. Għal dan il-għan jintużaw dawn il-kriteriji għal kull attività li ssir barra mill-ħinijiet tal-ftuħ tal-Bibljoteka Nazzjonali: - Issir talba li trid tiġi approvata mid-Director Library Operations u/jew mill-Kap Eżekuttiv. - L-organizzatur jista’ jagħmel użu mill-PA System u Projector/Monitor ta’ Malta Libraries. F’każ ta’ użu ta’ laptop , dan irid jiġi pprovdut mill-organizzatur. - Malta Libraries titlob dokument ta’ identifikazzjoni lill-parteċipanti biex ikun jista’ jiġi garantit l-aċċess fil-binja tal-Bibljoteka Nazzjonali. - Fis-Sala hu biss permess l-użu ta’ Soft Lighting. - Fil-każ ta’ organizzazzjoni ta’ riċeviment, dan jista’ jsir fil-foyer bi spejjez tal-organizzatur. - Fis-Sala mhux permess ikel u xorb. - Il-ħlas mitlub hu €50 għal kull siegħa kif ukoll € 40 fil-każ ta’ kiri ta’ siġġijiet. Dawn il-kundizzjonijiet japplikaw għal kulħadd u ma jinbidlux minn attività għall-oħra. Il-ħlas għall-attività tas-7 ta’ Novembru kien jammonta għal €140 liema ħlas ikopri kiri ta’ siġġijiet (€40) u ħlas amministrattiv ta’ €100 (peress li l-attività damet sagħtejn). Dan il-ħlas amministrattiv ikopri l-overtime tal-ħaddiema u utilitiy overheads. Fid-9 ta’ Novembru 2015, kienet saret ukoll sessjoni ta’ Gvern li jisma’ fil-Bibljoteka Nazzjonali.
Leg 13 PQ #2645 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proċess li kellu jsir fil-leġiżlatura l-oħra biex jinbena post fejn jinħadmu l-karrijiet tal-Karnival f'Għawdex? Tista' tgħid jekk inħarġux il-permessi għal dan il-proġett u min hu l-perit nkarigat minn dan il-proġett? Meta hu ppjanat li jitlesta dan il-proġett u jintuża mid-dilettanti tal-karnival f'Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Il-Ministeru għal Għawdex qed jikkunsidra żewg siti potenzjali fejn id-dilettanti Għawdxin jista jkollhom dan l-ispazju. Iktar dettalji jingħataw meta dan l-eżercizzju jigi ffinalizzat.

Ftuħ ta’ Barrieri ġodda f’Għawdex

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti, anke fil-proċess ta' screening, biex f'Għawdex jinfetħu barrieri ġodda kemm għal ġebel tal-franka kif ukoll għal blat tal-qawwi? Jekk iva, jista' jindika l-lokal u s-sit fejn hemm l-applikazzjoni fuqhom?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2646, l-Awtorità tal-Ippjanar m’għandha l-ebda applikazzjoni quddiema għall-barrieri ġodda f’Għawdex. Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fuq applikazzjonijiet pendenti, inklużi dawk għal screening, fejn fil-proposta tal-iżvilupp għandhom xi waħda mill kelmiet segwenti:- · Barriera/i · Quarry/ies

DC 15 – Reviżjoni fl-għoli ta’ metri u sulari

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur qrib ikun hemm tibdil fid-DC 15? Jista' jikkonferma li se jkun hemm reviżjoni fl-għoli ta' metri u sulari li wieħed jista' jibni biex ikun hemm il-possibilità li f'ħafna żoni jkun jista' jiżdied sular ieħor?

Response (BORG, IAN)

Ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidel il-Metraġġ tal-għoli fid-DC 15. Ma hemm l-ebda diskussjoni fuq tibdil fuq id-DC 15 li għadu kemm għalaq sentejn minn meta ġie ippublikat.
Leg 13 PQ #2648 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Biċċerija f’Għawdex – Qatla ta’ majjal minn Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-majjali ta' raħħala Maltin kenux qed jittieħdu biex jinqatlu fil-biċċerija f'Għawdex fl-aħħar ġimgħat? Jekk iva, meta beda dan u kemm hu maħsub li se jdumu jagħmlu dan? X'passi qed tieħu l-kumpanija Gozo Channel biex tikkontrolla rwejjaħ insapportabbli ta’ dawn l-annimali kull darba li qed jaqsmu mal-passiġġieri fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? X'passi qed jittieħdu dwar iġjene għan-nies li jkunu fuq il-vapuri?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor interpellant li minhabba ħsarat li kien hemm fil-biċċerija ta’ Malta, il-Ministeru għal Għawdex offra s-servizzi tiegħu biex issir ukoll il-qatla tar-raħħala Maltin. Il-Gozo Channel ħadet il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa fiċ-ċirkostanzi u skont r-regoli u stamdards applikabbli.

Raħal Ġdid – pjazza — xogħlijiet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu spejjeż sal-ġurnata tal-lum, kif ukoll l-andament tax-xogħol u meta hu previst li se jiġi tterminat?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Raħal Ġdid – Pjazza – xogħlijiet – kumpens lis-sidien tal-ħwienet

Question

B’referenza għax-xogħlijiet li qed isiru fil-pjazza ta’ Raħal Ġdid, jista’ l-Ministru jgħid x’kumpens u x’għajnuna qed tingħata lid-diversi operaturi u sidien tal-ħwienet li qegħdin kuljum jitilfu min-negozju tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-onorevoli interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

L-Asja– trattati/ftehim pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’trattati hemm iffirmati mal-Indja u jista’ jindika, b’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2441, x’suġġetti qed jiġu kkunsidrati fit-trattati/ftehim ġodda?

Response (ABELA, CARMELO)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2441 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ftehim mal-Indja huma elenkati hawn taħt: TitluIffirmar Ftehim Kulturali 14 Jannar 1992 Ftehim fuq Kooperazzjoni fil- qasam ekonomiku, industrijali, xjenza u kooperazzjoni teknika 14 Jannar 1992 Ftehim dwar il-ħelsien minn taxxa doppja u il-prevenzjoni ta’ evażjoni fiskali fuq taxxa tad-dħul.28 Settembru 1994 Ftehim dwar is- Servizzi tal-Ajru5 Ottubru 1998 Memorandum ta’ ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi.7 Marzu 2005 Memorandum ta’Ftehim bejn l-Awtorita’ Nazzjonali għall-Arti, Kultura u Wirt Storiku u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta rigward il-Ħarsien, Preservazzjoni, Promozzjoni u Organizzazjoni tal-Arti7 Jannar 2010 Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja.8 April 2013 Ftehim ta’ Eżenzjoni mill-Visa għall-Detenturi ta’ Passaporti Uffiċċjali u Diplomatiċi12 Novembru 2013 Ftehim dwar is- Servizzi tal-Ajru16 Marzu 2017 It-trattati/ftehim pendenti mal- pajjiżi fl-Asja jittrattaw diversi temi bħal ma hu elenkat hawn taħt: Pajjiż Ftehim Pendenti Il-Brunei Darussalam Ftehim dwar helsien minn taxxa doppja Il-Bangladesh Ftehim ta’ Eżenzjoni mill-Visa għall-Detenturi ta’ Passaporti Uffiċċjali u Diplomatiċi Memorandum ta’ Ftehim bejn l-Bangladesh Foreign Service u l-MEDAC Memorandum ta’ Ftehim fuq Konsultazzjonijiet Bilaterali Memorandum ta’ Ftehim fil-Qasam Marittimu u l-Ekonomija l-Blu Il-Ġappun Ftehim dwar Working Holiday Arrangement ħaż-żgħażagħ. L-Indja Trattat ta’ Estradizzjoni Ftehim dwar l-Assistenza Legali Reċiproka f’kwistjonijiet Kriminali Ftehim dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Droga u l-Kriminalita` Organizzata Trattat bejn Malta u l-Indja dwar permess għax-xogħol lil Qraba ta’ Diplomatiċi L-Indoneżja Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja. Il-Korea ta’ Isfel Ftehim dwar Working Holiday Arrangement ħaż-żgħażagħ. Ammenda tal-Ftehim dwar Servizzi tal-Ajru Tiġdid tal-Memorandum ta’ Ftehim fuq Kooperazzjoni bejn il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin ta’ Malta u l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tar-Repubblika tal-Korea. Il-Malasja Protokoll li jammenda il-Ftehim bejn Malta u l-Malasja dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja Ftehim dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar Illeċitu tad-Droga u l-Kriminalita` Organizzata. Il-Mongolja Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja. It-Tajlandja Ftehim dwar ħelsien minn taxxa doppja Iċ-Ċina Memorandum ta’ Ftehim fuq kooperazzjoni fil-qasam marittimu. (Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong) Protokoll biex jammenda il-‘Ftehim bejn Malta u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong dwar Ħelsien minn Taxxa Doppja.’ Il-Mongolja Memorandum ta’ ftehim dwar konsultazzjonijiet politiċi. Memorandum ta’ ftehim fuq kooperazzjoni fil-kultura, l-iSport u t-turiżmu.

Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba

Ministeru għall-Edukazzjoni u Xogħol — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li l-ispiża fuq fjuwil għall-vetturi Ministerjali tal-Ministru u tas-Segretarju Parlamentari fis-snin indikati mill-Onor. interpellant kienet: 2014 vettura tal-Ministru: €2,802.26 - vettura tas-Segretarju Parlamentari: €2,462.77 2015 vettura tal-Ministru: €3,008.83 - vettura tas-Segretarju Parlamentari: €2,585,72 2016 vettura tal-Ministru: €3,209.36 - vettura tas-Segretarju Parlamentari: €2,364.31