Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2701 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Komunikazzjonijiet ma’ impjegati tal-Bord tal-Gvernaturi u tal-FIAU

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu qattx ħa sehem f’konversazzjonijiet (sia jekk in persona kif ukoll jekk permezz ta’ kwalunkwè forma ta’ komunikazzjoni oħra) ma’ kwalunkwe membru/i tal-Bord tal-Gvernaturi jew ma’ kwalunkwe uffiċjal/i u/jew impjegat/i tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) jew ma’ kwalunkwe membru tal-Korp tal-Pulizija li fiha/fihom issemmew l-ex uffiċjali tal-FIAU li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istess tweġiba li tajt lill-Onorevoli Ryan Callus fil-mistoqsija supplimentari tiegħu għal PQ 347 tas-seduta numru 59 tad-29 ta’ Novembru 2017 tapplika wkoll għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant.
Leg 13 PQ #2702 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Bord tal-Gvernaturi u FIAU — komunikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu qattx irċieva mingħand xi membru/i tal-Bord tal-Gvernaturi jew mingħand xi uffiċjal/i u/jew impjegat/i tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) jew mingħand xi membru tal-Korp tal-Pulizija, xi komunikazzjoni li fiha/fihom issemmew l-ex uffiċjali tal-FIAU li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istess tweġiba li tajt lill-Onorevoli Ryan Callus fil-mistoqsija supplimentari tiegħu għal PQ 347 tas-seduta numru 59 tad-29 ta’ Novembru 2017 tapplika wkoll għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant.
Leg 13 PQ #2703 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU u Bord tal-Gvernaturi — komunikazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu qattx talab (kemm jekk direttament kif ukoll jekk indirettament) mingħand xi membru/i tal-Bord tal-Gvernaturi jew mingħand xi uffiċjal/i u/jew impjegat/i tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) jew mingħand xi membru tal-Korp tal-Pulizija xi komunikazzjoni li fiha/fihom issemmew l-ex uffiċjali tal-FIAU li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Fil-każ li tali konversazzjoni/jiet u/jew komunikazzjoni jew talba/iet seħħet/seħħew, jista’ jgħid jekk tali konversazzjoni/jiet u/jew komunikazzjoni jew talba/iet seħħitx/seħħewx qabel li kien ġie kkomunikat lill-istess persuni li l-impjieg tagħhom mal-FIAU kien qed jiġi tterminat u l-isem u l-kunjom tal-persuna/i li magħha/magħhom tali konversazzjoni/jiet u/jew komunikazzjoni jew talba/iet seħħet/seħħew jew li lilha/lilhom saret it-talba għall-informazzjoni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-istess tweġiba li tajt lill-Onorevoli Ryan Callus fil-mistoqsija supplimentari tiegħu għal PQ 347 tas-seduta numru 59 tad-29 ta’ Novembru 2017 tapplika wkoll għall-mistoqsija tal-Onorevoli Interpellant.

Kannabis Medika – Control Card

Question

B’referenza għall-implimentazzjoni tal-Kannabis Medika, jista’ l-Ministru jgħid kif se tkun qed tintuża eżatt il-control card mill-pazjent u t-tabib li se jippreskrivi?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-control card tintuża għall-Kannabis Medika bħal ma tintuża għall-mediċini l-oħra narkotiċi jew psikotropiċi. Dan isir wara li jkun hemm approvazzjoni tal-applikazzjoni għall-użu tal-prodott mit-tabib.

Trattament mhux THC – Kannabis Medika

Question

B’referenza għall-implimentazzjoni tal-Kannabis Medika, jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn it-trattament li mhux THC għandu bżonn l-approvazzjoni tas-Supretindent tas-Saħħa Pubblika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika trid tiżgura li pazjenti jagħmlu użu minn mediċini li jkunu magħmulin taħt GMP (good manufacturing practice) u għalhekk il-Kannabis Medika jkollha bżonn l-approvazzjoni msemmi.

Non violent cannabis related offences – sentenza ta’ ħabs

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jgħaddu sentenza l-ħabs minħabba non violent cannabis related offences? Jista’ jgħid kemm hu l-persentaġġ ta’ dawn il-persuni meta mqabbel mal-popolazzjoni ta’ persuni li qegħdin il-ħabs?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jispjega eżatt u fid-dettall x’qed jitlob.
Leg 13 PQ #347 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #348 Sitting 59 2017-11-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba dwar il-karozza użata mill-Ministru hija hekk kif ġej: 2014 € 3,613.94 2015 € 3,814.21 2016 € 3,935.53 Infakkar lill-Onorevoli Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-vettura uffiċjali għas-snin 2010, 2011 u 2012 kienet ta’ € 14,221.42.

Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjoni — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi : fl-2014 l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernati kienet ta’ €2,124.70 fl-2015 l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernati kienet ta’ €1,634.58 fl-2016 l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernati kienet ta’ €2,080.11

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-ispi¿a fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru fi¿-¿mien imsemmi hija skond is-segwenti tabella. Sena Spi¿a 2014 €4,706.98 2015 €3,225.26 2016 €3,422.95 Filwaqt li ninsab infurmat ukoll li l-ispi¿a fuq fuel fi¿-¿mien imsemmi għall-vettura tas-Segretarju Parlamentari hija skond is-segwenti tabella. Sena Spi¿a 2014 €3,014.54 2015 €4,842.25 2016 €4,445.82

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba f’Mistoqsija Parlamentari 350.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali — Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Nfakkar lill-Onorevoli Interpellant li s-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u Valletta18 ma kienx je¿isti fis-snin msemmija

Inċentivi lill-employers privati — ingaġġ ta’ persuni b’diżabilità

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jeżistux skemi ta’ inċentivi biex jgħinu employers privati jingaġġaw persuni b’diżabilità fis-settur privat? Jekk iva, jista’ jpoġġi d-dettalji u t-termini tal-iskema rispettivi fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.

Akkomodazzjoni soċjali — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,271 –il applikazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba

Akkomodazzjoni Soċjali – applikazzjonijiet għal bdil ta’ postijiet

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għal bdil ta’ postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni lokalità b’lokalità?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 522 –il applikazzjoni. Qiegħed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba

Applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ applikazzjonijiet għall-akkomodazzjoni soċjali bħalissa u jaqsam l-informazzjoni skont kemm ilhom pendenti kif ġej: a. Aktar minn ħames snin; b. Bejn erba’ u ħames snin; c. Bejn tlieta u erba’ snin; d. Bejn sentejn u tliet snin; e. Bejn sena u sentejn; u f. Inqas minn sena?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita’ tad-Djar għandha 3,271 –il applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali pendenti, hekk kif ġej: Numru ta’ Snin li ilhom Pendenti l-Applikazzjonijiet Total Aktar minn ħames snin 1161 Bejn erba’ u ħames snin 419 Bejn tlieta u erba’ snin 320 Bejn sentejn u tliet snin 342 Bejn sena u sentejn 473 Inqas minn sena 556 3271

Korp tal-Pulizija – membri li huma mħarrġin fil-Close Protection

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm membri tal-Korp tal-Pulizija li huma mħarrġin fil-Close Protection?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' membri tal-Korp tal-Pulizija li huma mħarrġin fil-Close Protection ivarja skont l-attivitajiet li jkunu previsti li jsiru Malta minn żmien għal żmien, bħalma sar waqt il-laqgħat ta' CHOGM fis-snin 2005 u 2015 u attivitajiet oħra, inklużi dawk relatati mal attivitajiet tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill. Kien hemm żmien fejn dawn kienu madwar 250. Hemm ukoll numru ferm iżgħar ta' Close Protection Officers li t-taħriġ tagħhom hu kontinwu minħabba n-natura tax-xogħol tagħhom.

Protezzjoni tal-Pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min jiddeċiedi li persuna tingħata l-protezzjoni tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi bħalma dejjem kienet il-prassi, meta jkun hemm rakkomandazzjoni jew talba, ikun il-Kummissarju tal-Pulizija li jiddeċiedi meta persuna tingħata l-protezzjoni mill-Pulizija u l-mod ta' protezzjoni.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali – Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni — talbiet

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1759 u ċjoè: Jista' l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ippreżentati talbiet skont l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni lill-Ministeru u lill-entitajiet u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu minn meta din il-liġi daħlet fis-seħħ sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid dawn it-talbiet minn min saru u dwar xiex saru? Jista’ l-Ministru jgħid kemm minn dawn it-talbiet ġew milqugħa, kemm ġew irrifjutati u kemm għadhom pendenti? Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet li ngħataw f’każ ta’ talbiet li ġew rifjutati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.