Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima — Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża fuq fuel għall-karozza uffiċjali tas-Segretarju Parlamentari Rodrick Galdes fil-perjodu msemmi kienet ta’ €12,100.74.

Ministeru għas-Saħħa — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari fi żmien indikat minnu, fejn jiena kont responsabbli mill-Ministeru għas-Saħħa hija skont it-tabella t’hawn taħt. Sena Spiż a (€) 2014 (1 t’ April sal-31 ta’ Diċembru ) 1,305.60 2015 2,234.81 2016 1,770.12 Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru responsabbli mis-Saħħa, fl-2013 u l-2014, hija skont kif indikata fit-tabella t’hawn taħt. Spiż a (€) 2013 (18 ta’ Marzu sal-31 ta’ Diċembru) 4,501.16 2014( 1 ta’ Jannar sal- 31 st Marzu) 931.09 Tajjeb li jkun infurmat ukoll illi l-istess spiża fuq fuel mill-2008 sa Marzu tal-2013 kienet ta’ €28,901.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispiża fuq fuel tal-vettura tal-Ministru kienet is-segwenti:- Sena Infiq fuq Fuel 2014 €3,029.58 2015 €3,092.80 2016 €1,897.43

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, skont ir-records tal-Manufacturing & Services Directorate fi ħdan id-Dipartiment tax-Xogħolijiet, Infrastruttura u Proġetti Kapitali ma kien l-ebda spiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru tat-Trasport u l-Infrastruttura fl-2014, fl-2015 u fl-2016. Nixtieq ninfurmak li l-vettura Ministerjali tat-Trasport u l-Infrastruttura użata għas-snin imsemmija kienet electric vehicle. Matul is-snin 2014-2016 il-Ministeru konċernat ma kellux Segretarju Parlamentari fi ħdanu.

Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali — Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Ippjanar u Suq tal-Proprjetà jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 357 tal-istess Seduta 60.

Deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu kkonfiskati flejjes, oġġetti u assi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu kkonfiskati flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra bejn l-2010 u sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena? Għal kull deċiżjoni, jista’ jindika jekk din ġietx esegwita u x’kien l-eżitu tagħha?

Response (BONNICI, OWEN)

L-informazzjoni li qed tiġi mitluba hija vasta ħafna u peress li tkopri kull tip ta’ kawża, minn dawk tad-distrett sa ġurijiet. L-istatistika li tinżamm mill-Qorti ma tkoprix il-kawżi kollha fejn tinħareġ ordni ta’ konfiski. Fil-maġġor parti tal-każijiet fejn ikun hemm ordni ta’ konfiska, l-ordni tiġi eżegwita billi, il-flus jiġu mgħoddija favur il-Gvern ta’ Malta, oġġetti bla valur jiġu distrutti u oġġetti oħrajn id-Dipartiment jiddisponi minnhom skont il-ligi.

Deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes, oġġetti u assi

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ deċiżjonijiet tal-Qorti biex jiġu ffriżati flejjes u/jew oġġetti bejn l-2010 u sad-data meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena u jgħid jekk dawn il-flejjes u/jew oġġetti u/jew assi oħra għadhomx iffriżati?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn is-sena 2010 sal-lum, in-numru ta’ Ordni ta’ Frizar kif ordnat mill-Qorti u kemm minnhom għadhom fis-seħħ huwa kif muri fit-tabella ta hawn taħt: Friżar tal-Assi Numru ta’ persuni b’ordni ta’ Friżar tal-Assi, sena b’sena Friżar tal-Assi li għadu fis-seħħ 2010 61 53 2011 27 20 2012 68 49 2013 62 59 2014 90 84 2015 89 89 2016 62 61 2017 34 34

Kunsilli Lokali li rreġistraw deficit

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li rreġistraw deficit fl-aħħar sena finanzjarja u f’kull każ jgħid kemm kien dan id-deficit?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista sħiħa ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li rreġistraw deficit fl-aħħar sena finanzjarja , kif ukoll kemm kien dan id-deficit. Għall-benefiċċju tal-Onor. Interpellant u għal kull ċittadin, li jesiġi li flusu jintefqu kif jixraq, qed nagħtu wkoll stampa tal-istess sitwazzjoni fl-2012. Id-diskrepanza hi aktar minn evidenti u tixhed kif l-aħħar snin kienu aktar minn strumentali biex l-affarijiet jibdew jiġu rranġati minn kif kienu taħt amministrazzjoni preċedenti. Intant nirrimarka li tlett Kunsilli Lokali għad ma għandomx l-audits tagħhom finalizzati, għal raġunijiet lill’hinn mill-kontroll tagħhom. Jidher li d-dewmien kien ikkaretizzat minn diversi fatturi. Id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jissorvelja dan il-ka¿ flimkien mall-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali.

Kunsilli Lokali li għandhom negative equity

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ dawk il-Kunsilli Lokali li għandhom negative equity (jiġifieri liabilities akbar mill-assi) fl-aħħar sena finanzjarja u f’kull każ jgħid ta’ kemm kien dan in-negative equity?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li hemm Kunsill Lokali wieħed li hu dak tal-Imdina li għandu negative equity. Dan jammonta għal €56,937. Intant, madankollu, il-Kunsilli Lokali tal-Belt Valletta, Ħal Għaxaq u l-Kalkara għadhom ma kkonkludewx l-eżerciżżju ta’ verifika għaldaqstant id-Dipartiment għall-Gvern Lokali għadu ma rċeviex l-istqarrijiet finanzjarji.

Kawżi pendenti ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska tal-proprjetà

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 637, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ kawżi pendenti ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska tal-proprjetà u f’kull każ jgħid ukoll kemm ilhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’dan l-istadju mhux qed tinżamm statistika dwar kemm isiru kawżi ta’ kontestazzjoni ta’ konfiska ta’ proprjetà.

Proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 638, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proċeduri u/jew linji gwida li permezz tagħhom ser jiddeterminaw kif jintużaw l-assi li jiġu kkonfiskati?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor. Membru l-Asset Recovery Bureau huwa fl- istadju formattiv u għalhekk wieħed ma jistax jistenna li f’dan li stadju jkun hemm diġa l-proċeduri msemmija fid-domanda. Apparti minn hekk huwa rilevanti li flus konfiskati jew flus li jirriżultaw mill-bejgħ ta’ proprjeta’ konfiskata jgħaddu għand il-Gvern kif provdut fir-regolamenti li jwaqqfu l-Asset Recovery Bureau.
Leg 13 PQ #2546 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, l-età u s-sess ta’ kull persuna fid-data meta ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L- informazzjoni personali mitluba mill-Onor. Membru ma tistax tingħata għal raġunijiet ta' protezzjoni ta' privatezza u ta' data personali.
Leg 13 PQ #2547 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament u li hija persuna li ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta, jekk kull persuna ngħatatx iċ-Ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta bħala "applikant", "applikant ewlieni" jew "dipendenti"?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija ma jipprovdix li jsiru distinzjonijiet bħal dawk mitluba mill-Onor. Membru, liema distin¿jonijiet jistgħu wkoll jagħtu lok għal diskriminazzjoni, jinċidu fuq il-ħajja privata u fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza taċ-ċittadini u għalhekk l-Onorevoli Membru huwa ġentilment mitlub li joqgħod mal-informazzjoni li tipprovdi għaliha l-liġi

Każijiet ta’ omiċidji f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ omiċidji f'Malta, sena b’sena, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid kemm kien in-numru ta’ vittmi? Jista’ jgħid ukoll kemm mill-vittmi kienu nisa u kemm kienu rġiel? Jista’ jagħti l-etajiet tal-vittmi u l-lokalità fejn seħħ kull omiċidju? Jista’ jgħid x’kienet in-nazzjonalità tal-vittmi? Jista’ jgħid kemm kien hemm każijiet solvuti, kemm ġew akkużati persuni quddiem il-Qorti u kemm-il persuna nstabet ħatja? Jista’ jgħid x’armi jew oġġetti ntużaw f’kull wieħed minn dawn l-omiċidji?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2000 sat-23 ta' Novembru ta' din is-sena kien hemm total ta' sebgħa u tmenin (87) każ ta' omiċidju li involvew tlieta u disgħin (93) vittma. Il-figuri huma kif jidhru fit-tabelli li qed jittpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, li jinkludu l-każijiet kollha sena b'sena bid-dettalji mitluba f'din il-mistoqsija.

Kummissarju tal-Pulizija – laqgħa mal-Kummissjoni Taljana tal-Anti Mafia

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn il-Kummissarju tal-Pulizija ma sabx ħin, imqar għal ftit minuti, biex jiltaqa' mal-Kummissjoni Taljana tal-Anti-Mafia mmexxija mill-Membru Parlamentari Taljana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament waqt iż-żjara li l-imsemmija Kummissjoni għamlet f'pajjiżna nhar it-Tnejn 23 u t-Tlieta 24 ta' Ottubru 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi fil-jiem meta kien hawn uffċċjali tal-Kummissjoni Taljana tal-Anti Mafia f'Malta, u cioe fit-23 u l-24 ta' Ottubru, 2017, il-Kummissarju tal-Pulizija kien lest kif dejjem għamel, li jiltaqa’ separatament ma’ kollegi tiegħu, Uffiċċjali tal-Pulizija Taljana li setgħu kienu parti mill-istess Kummissjoni, meta dawn kienu hawn u fl-ebda ħin ma rrifjuta.

Siġar imħawwla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew imħawwla siġar, sena b’sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, mill-Ministeru u d-Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħtu? Jista’ l-Ministru jgħid f’liema lokalitajiet u postijiet ġew imħawwla dawn is-siġar u ta’ liema speċi kienu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Proġett tal-afforestazzjon tal-gżira ta’ Kemmuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess ta' afforestazzjoni tal-gżira ta’ Kemmuna? Jista' l-Ministru jgħid kemm-il siġra ġiet imħawwla fuq il-gżira ta' Kemmuna mill-1 ta' Jannar 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid ta' liema speċi kienu s-siġar li ġew imħawwla?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qegħdin jiġu ffinalizzati l-preparamenti fejn tidħol l-irrigazzjoni tas-siġar fuq il-gżira. L-iskema tat-tħawwil lesta u hemm ppjanat li jitħawlu dawn l-ispeċi: imbrajla, ħarrub, ġummar, rand, riħan, olivastru, deru, rummien, ballu, alaternu u għargħar.
Leg 13 PQ #2673 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Principal Scientific Officers

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Principal Scientific Officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtu minn Marzu 2013 sal-lum? Tista' tgħid meta nħarġet is-sejħa f' kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mis-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet jew direttorati tal-Ministeru qegħdin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perjodu riferut ġie ingaġġat Principal Scientific Officer mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħa kienet interna u saret permezz taċ-ċirkulari HR/MG Nru 10/2017 bid-data tas-17 ta’ April 2017. Il-persuna li ġiet ingaġġata f’dan il-grad kienet magħżula mill-Bord tal-Għażla u l-kriterji użati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Din il-persuna qegħda taqdi dmirijietha fl-Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.
Leg 13 PQ #2674 Sitting 60 2017-12-04 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Information Officers

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Information Officers fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex jew entitajiet li jaqgħu taħtha minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid meta nħarġet is-sejħa f’kull każ u jekk is-sejħa ħarġitx internament mis-Servizz Pubbliku jew minn barra u għal kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta’ kull sejħa li saret? Tista’ tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta’ esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X’tip ta’ xogħol qed jagħmlu llum dawk li ġew magħżula u f’liema sezzjonijiet jew direttorati tal-Ministeru qegħdin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perjodu riferut ġew ingaġġati 2 Information Officers mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet kienu esterni u saru permezz tal-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,735 bid-data tat-3 ta’ Marzu 2017. Il-persuni li ġew ingaġġati f’dan il-grad kienu magħżula mill-Bordijiet tal-Għażla u l-kriterji użati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku. Dawn l-Information Officers qegħdin fl-uffiċċju tas-Segretarju Permanenti.

Għawdex – attivitajiet konnessi mal-V18

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il attività konnessa mal-V18 ser issir f'Għawdex matul is-sena 2018? Għal kull attività ppjanata f’Għawdex, jista' l-Ministru jgħid meta ser issir, fejn u ma’ liema organizzazzjoni jew entità ser tiġi mtella’? Kemm hu maħsub li se tkun l-ispiża tal-Kumitat V18 għal kull attività ppjanata f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li f’Għawdex hemm pjanati li jsiru 28 attivita’ konnessa mal-Valletta 18. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella iktar detteljata bl-informazzjoni mitluba. Ta’ min jinnota li l-Fondazzjoni għandha wkoll Kordinatur Reġjunali għall-Għawdex, kif ukoll uffiċċju li jinstab fil-pjazza ewlenija fir-Rabat, Għawdex. Ta’ min jinnota li l-Fondazzjoni għandha wkoll Kordinatur Reġjunali għall-Għawdex, kif ukoll uffiċċju li jinstab fil-pjazza ewlenija fir-Rabat, Għawdex.