Rabat — Ċimiterju ta’ Santa Marta – manutenzjoni u xogħol
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ manutenzjoni u xogħol ieħor sar u kemm ġie jiswa fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marta fir-Rabat, f’dawn l-aħħar ħames snin maqsuma sena b’sena? Jista’ jgħid x’hemm ippjanat bħala manutenzjoni u xogħol ieħor li jsir minn issa sal-aħħar tas-sena f’dan iċ-ċimiterju u matul is-sena 2022 u kemm hi ppjanata li tkun l-ispiża?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru qed jara sabiex fix-xhur li ġejjin issir il-manutenzjoni meħtieġa.
Tista’ l-Ministru taġġorna dwar fiex wasal il-proċess fit-tender 'for Construction and Structural Alterations, Finishing, Mechanical and Electrical Works using Environmentally Friendly Products at Nadur Primary School, Gozo' (CT3020/2021) u tgħid f’liema xahar u sena hu maħsub li jinbeda x-xogħol mitlub minn din l-imsemmija tender?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-proċess tat-'tender for Construction and Structural Alterations, Finishing, Mechanical and Electrical Works using Environmentally Friendly Products at Nadur Primary School, Gozo' (CT3020/2021) qiegħed fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Animali – ħaddiema f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu u anke tal-kuntrattur li jagħmlu xogħol ġewwa Għawdex? X’inhu x-xogħol ta’ kull wieħed minn dawn il-ħaddiema, x’inhu l-grad tagħhom, fejn bħala post jaqdu d-dmirijiet tagħhom u kemm ilhom jaħdmu ġewwa Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jaġġorna lill-Kamra dwar it-tender 'TENDER FOR THE PROVISION OF ARCHITECTURAL CONSULTANCY SERVICES IN RELATION TO PROJECTS UNDERTAKEN BY XEWKIJA LOCAL COUNCI' li għalqet fit-2 ta' Frar 2021 u jgħid fiex wasal il-proċess biex din it-tender tiġi aġġudikata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija li meta ġie ppublikat ir-ri¿ultat kien hemm appell minn wieħed mill-bidders. Għaldaqstant għadha qed issir l-evalwazzjoni meħtieġa mill-Public Contracts Review Board.
Negotiated procedure – servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani f’Għawdex
Question
Jista’ l-Ministru għal Għawdex jispjega u jgħid fiex tikkonsisti u kemm hi stmata li ħa tiġi tiswa globalment in-Negotiated Procedure for the Provision of Accommodation for Elderly in Gozo MG316/2017/pt1 – B? Jista’ jgħid x'inhuma r-raġunijiet għaliex ma ħarġitx tender biex jiġi offrut dan is-servizz ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani ġewwa Għawdex? Jista’ jgħid kemm-il sena ilu ġie awarded dan is-servizz permezz ta' Negotiated Procedure u kemm kienet is-somma globali s’issa li l-Ministeru għal Għawdex ħallas u lil min ħallas?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpallant li n-'NEGOTIATED PROCEDURE FOR THE PROVISION OF ACCOMODATION FOR ELDERLY PERSONS IN GOZO' MG 316/2017/pt1 - B qiegħda tiġi stmata li se tiswa €483,120 excl. VAT. Mis-sena 2017 sal-aħħar ta’ Awwissu 2021, is-servizz ingħata minn Health Services Gozo Ltd. Minn l-1 ta’ Settembru 2021 is-servizz qiegħed jingħata minn Kura Gozo Co. Limited. Is-servizz ingħata permezz ta’ Negotiated Procedure minħabba limitazzjonijiet fis-suq. Is-somma globali li ħallas il-Ministeru għal Għawdex hi riflessa fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-medja tal-kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-kuntratt ingħata lill-persuni mill-Ministeru għal Għawdex u mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu matul is-sena 2021 sal-lum u ċjoè kemm-il kuntratt ingħata lil dawn il-persuni biex joffru servizz lill-Ministeru jew entitajiet bħala persuni self-employed? Jista' jgħid minn f'kull każ iffirma l-kuntratti ma’ dawn il-persuni?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skont il-liġi SL 601.03, kull kuntratt jiġi ppublikat fuq il-gazzetta tal-Gvern perjodikament.
Jista' l-Ministru jispjega għala ma tpoġġewx bankijiet għall-pubbliku fil-promenade li għadu kemm sar fix-Xatt ta' Marsalforn? Kemm kienet in-nefqa finali ta' dan il-proġett ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li twaħħlu 19 il-bank madwar il-menqa u l-promenade ta’ Marsalforn.
Fir-rigward tan-nefqa totali, bħalissa qed isiru l-aħħar verifiki kemm ta’ natura teknika u kif ukoll amministrattiva biex eventwalment ikun jista’ jiġi ffinalizzat il-kont.
Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proġett tal-Mużew il-ġdid fir-Rabat, Għawdex, meta hu previst li jitlesta u kemm hu previst li ser tkun l-ispiża totali ta' dan il-proġett ?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħlijiet ta’ restawr u kostruzzjoni waslu fl-aħħar fażi u mistennija jkunu kompluti fil-ġimgħat li ġejjin. Il-proġett mistenni jkun lest fl-aħħar kwart tal-2022. Wara t-tibdil estensiv fid-disinn minħabba s-sejba arkeoloġika ta’ madwar 960 metru kwadru u li fuq direzzjoni tas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali ġiet integrata fid-disinn tal-proġett, l-ispiża totali għada ma tistax tiġi prevista.
Ir-Rabat Għawdex — proġett tal-Iskola Primarja tar-Rabat
Question
Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-proġett tal-iskola Primarja il-ġdida fir-Rabat, Għawdex, meta hu previst li jitlesta u kemm hu previst li ser tkun l-ispiża totali ta' dan il-proġett ?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġett ta’ bini ta’ Skola Primarja ġdida fir-Rabat, Għawdex, jinsab fi stadju ta’ kostruzzjoni. Xogħlijiet mekkaniċi u elettriċi, kif ukoll dawk ta’ finishes, se jibdew fix-xhur li ġejjin.
Infakkar lill-Onor. interpellant li in vista tas-sejbiet arkeoloġiċi li nstabu waqt ix-xogħlijet kellu jkun hemm tibdil fil-pjanti u fl-andament tax-xogħol. Hu previst li l-proġett jitlesta matul is-sena skolastika 2023-2024.
Hu previst li l-ispiża totali tal-proġett tkun madwar €21 miljun, eskluż il-VAT.
Self employed residenti f'Għawdex — kuntratt mal-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi self-employed residenti f'Għawdex li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Malta? Kemm hemm individwi self-employed residenti f'Għawdex li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra
Self employed residenti f'Malta — kuntratt ta' servizz mal-Ministeru
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi self-employed residenti f'Malta li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Malta ? Kemm hemm individwi self-employed residenti f'Malta li għandhom kuntratt ta' servizz mal-ministeru u jintalbu jagħtu s-servizzi tagħhom f'Għawdex?
Response (REFALO, ANTON)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il konsulent hu mqabbad mill-Malta Business Registry, in-natura u t-tul tal-konsulenza u r-rimunerazzjoni li titħallas għal tali rimunerazzjoni ?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Malta Business Registry m’għanda l-ebda konsulent mqabbad magħha.
Mina bejn Malta u Għawdex – Xemxija Hill u niżla tal-Mellieħa – mitigation measures
Question
Peress li Xemxija Hill u n-niżla tal-Mellieħa jkunu kollha imblokkati bit-traffiku, speċjalment fir-‘rush hours’, jista’ l-Ministru jgħid jekk dawn it-toroq ikunux affetwati meta tibda tiffunzjona l-mina bejn Malta u Għawdex? Jekk fl-affermattiv, x' 'mitigation measures' ser jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta speċjalment meta tibda taħdem il-permanent link bejn iż-żewġ gżejjer?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta li qed tingħata għal mistoqsija Parlamentari numru 22403 tas-seduta 494.
Permanent link bejn Malta u Għawdex – prezz tan-noll
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk qabel il-Gvern Malti jikkommetti ruħu fuq il-bini tal-permanent link bejn Malta u Għawdex mal-konsorzju short listed, għandux indikazzjoni kemm ser ikun jiswa n-noll għal min ikollu bżonn juża l-mina? Kif ser ikun jikkompara n-noll għal min juża l-mina bejn Malta u Għawdex u l-prezz tan-noll tal-vapur preżentement? L-Għawdxin ser jibqgħu jgawdu mis-sussidju fuq in-noll biex jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta li qed tingħata għal mistoqsija Parlamentari numru 22403 tas-seduta 494.
Rendikont ta’ nefqa fuq konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit 2022 fiċ-Ċittadella
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22303 u jagħti rendikont tan-nefqa li saret b'rabta mal-attività ta' konsultazzjoni pubblika dwar il-Baġit għas-sena 2022 u li saret ġewwa ċ-Ċittadella, f'Għawdex nhar il-Ġimgħa 24 ta' Settembru 2021? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kwalunkwe fattura, rendikont u/jew talba għal ħlas dwar l-imsemmija attività?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aħħar laqgħa ta’ konsultazzjoni pubblika saret fil-5 t’Ottubru u għaldaqstant l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jiġi rranġat il-lift fil-blokk ta’ appartamenti li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament liema lift ilu snin ma jaħdem?
Response (GALDES, RODERICK)
Ninsab infurmat illi qed issir evalwazzjoni tal-ħsarat eżistenti sabiex ikunu jistgħu jitwettqu t-tiswijiet neċessarji. Għaldaqstant, data indikattiva tat-tlestija tat-tiswijiet tkun tista tingħata meta tali evalwazzjoni titlesta.
Sadanittant, ir-residenti se jintalbu jiffurmaw assoċjazzjoni tar-residenti sabiex tamministra l-lift wara li jitlestew it-tiswijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ żvilupp lesta tikkunsidra l-Awtorità tal-Ippjanar fuq is-sit li qabel kienet tintuża bħala barriera fiż-żona magħrufa Tas-Sagħjtar (Ċentru Pastorali/Kappella Sagħjtar) fil-limiti tan-Naxxar?