Abbozz ta’ liġi dwar il-Midja u l-Malafama – sottomissjonijiet, kummenti u proposti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet, kummenti u proposti kollha li rċieva dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Midja u l-Malafama?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jindirizza l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Abbozz ta’ liġi dwar il-Midja u l-Malafama – sottomissjonijiet, kummenti u proposti
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sottomissjonijiet, kummenti u proposti kollha li rċieva dwar l-Abbozz ta' Liġi dwar il-Midja u l-Malafama?
Response (BONNICI, OWEN)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra s-sottomissjonijiet u l-kummenti li rċevejt dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar il-Midja u l-Malafama li ghadu kemm gie approvat fi stadju ta' tieni qari.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt li ġie ffirmat bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament nhar it-Tnejn 10 ta' Lulju 2017 dwar l-implimentazzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS) u li permezz tagħha d-Dipartimenti tal-Gvern ser jaqilbu minn sistema ta’ cash flow accounting għal sistema ta' accrual accounting?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-kuntratt li qed jitpoġġa fuq il-mejda juri sa paġna 263 tal-Kuntratt. Il-kumplament tal-kuntratt mhux qed jitpoġġa fuq il-mejda minħabba s-sensittività tal-informazzjoni.
Gazzetta tal-Gvern – lista’ ta’ persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta ser tiġi ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern il-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni, inkluż dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perijodu mill-1 ta' Jannar 2016 sal-31 ta' Diċembru 2016 u dan skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 14(2) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nformat li l-lista ta' persuni li ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b' naturalizzazzjoni, kif ukoll dawk il-persuni illi jkunu ngħataw iċ-ċittadinanza Maltija taħt il-Programm ta' Investitur Individwali tar-Repubblika ta' Malta, matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta' Jannar 2016 u l-31 ta' Diċembru 2016 se tiġi ppublikata fil-ġimgħat li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-kumpaniji privati jew xi kumpaniji sussidjarji tagħhom li l-impjegati li huma fuq il-kotba tagħhom kienu jew qegħdin iservu ma' diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited u dan sena b’sena matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li matul is-snin imsemmija, l-ħaddiema ta’ kumpaniji privati li servew jew iservu ma Wasteserv Malta Ltd, kienu jew huma fuq il-kotba tal-kampunija li l-istess Onorevoli għamel referenza għalijha f’Mistoqsijiet Parlamentari 989, 990, 991 u 992
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, s-Segretarjat Parlamentari imsemmi minnu, ma kienx parti mill-portafoll tal-Ministeru matul il-leġislatura li għaddiet.
Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva - Spiża fuq Fuel ta' vetturi Ministerjali
Question
Jista’ l-Ministru, permezz tas-Segretarjat Parlamentari għall-Persuni b'Diżabilità u Anzjanità Attiva jgħid kemm kienet l-ispiża fuq fuel għall-vettura Ministerjali tal-Ministru/Seg Parlamentari konċernat fl-2014, fl-2015 u fl-2016?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ġentilment nitlob lill-Onorevoli Interpellant, sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 360.
L-Ewwel Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fl-Ewwel Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
It-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fl-Ewwel Distrett Elettorali matul din is-sena qiegħdin fit-tabella t’hawn taħt.
Kunsill LokaliTriq
FlorianaTriq John Lopez
Triq Vilhena
Triq l-Isqof Mauro Caruana
Ħamrun Triq San Gwann
Triq San Gejtanu (parti minn)
MarsaTriq it-Tigrija
Parti min Marsa Road
PietàTriq San Ġu¿epp
Triq Edgar Ferro
Santa VeneraTriq Qormi
Triq il-Qalb Imqaddsa
It-Tieni Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fit-Tieni Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
It-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fit-Tieni Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond it-tabella t’hawn taħt.
Kunsill LokaliTriq
L-IslaTriq is-Sur
Deċiżjonijiet tal-Qrati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga – assi kkonfiskati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 638, jista’ l-Ministru jgħid hux lest li l-assi li jiġu kkonfiskati wara deċiżjonijiet tal-Qrati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga jgħaddihom għall-użu mis-Sedqa, il-Caritas u l-Oasi biex jiffinanzjaw il-ħidma tagħhom fil-qasam tar-riabilitazzjoni mid-droga?
Response (BONNICI, OWEN)
Infakkar li l-Gvern qed jgħaddi diġà lill-entitajiet imsemmija l-flus li jiġu mill-ħlasijiet ta' multi fuq reati ta' pussess sempliċi tad-droga. Il-Gvern hu miftuħ għall-konsiderazzjoni ta' suġġerimenti ta' dan it-tip.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jagħti l-ammont totali ta’ spazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ Parkeggi Riservati huwa ta’ mija u sitta.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista sħiħa ta’ spazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 673, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-ispazji għall-parkeġġi riżervati fil-Belt Valletta li jistgħu jintużaw mill-pubbliku wara l-ħin tal-uffiċċju?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Mekkaniżmu biex vettura li tkun ilha aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna, tiġi tracked
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 682, jista’ l-Ministru jgħid x’mekkaniżmu jintuża biex tiġi tracked vettura li tkun ilha aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tibgħat tinforma lil dawk is-sidien tal-vetturi li jkunu għamlu permess ta’ tletin ġurnata mal-Awtorità sabiex jużaw l-vettura tagħhom fi triq, li l-permess skada u li jekk mhux se jirreġistraw l-vettura tagħhom dawn jiġu mmultati €30 għal kull ġurnata li tgħaddi.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 682, jista’ l-Ministru jgħid kemm instabu vetturi li kienu ilhom aktar minn 30 ġurnata f’pajjiżna fis-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u d-data sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija, u jaqsam l-informazzjoni sena b’sena?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 inġabru 13-il vettura, fl-2014 inġabru 46, fl-2015 inġabru 7, fl-2016 inġabru 94, u fl- 2017 (sal-lum) inġabru 90 vettura li kien ilhom aktar minn 30 ġurnata f’pajjizna.
Wieħed ukoll irid jinnota illi ddahlet sistema ta’
clamping
sabiex il-problema ta’ vetturi b’registrazzjoni barranija li jinsabu f’ pajjizna b’ mod irregolari, tiġi ndirizzata aħjar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-pjanijiet tal-Gvern biex iwettaq il-proġett nazzjonali ta' afforestazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il siġra qiegħed jippjana li jħawwel il-Gvern matul il-ħames snin ġejjin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern qiegħed jidentifika siti addattati għall-proġetti t’afforestazzjoni għal numru ta’ snin li ġejjin, kif ukoll għas-sena d-dieħla. L-għan hu li nkomplu mixjin fuq is-snin ta’ qabel u nħawlu madwar 4,000 siġra kull sena. S’issa ġew identifikati siti addattati nkluż numru ta’ widien li jinstabu f’diversi lokalitajiet ġewwa Malta.
Kumitat sabiex jibda x-xogħol meħtieġ għat-tindif u rijabilitazzjoni ta’ numru ta’ widien — membri
Question
Jista' l-Ministru jagħti l-isem u l-kunjom tal-persuni li jiffurmaw il-Kumitat "sabiex jibda x-xogħol meħtieġ għat-tindif u rijabilitazzjoni ta’ numru ta’ widien" kif imħabbar mill-Ministru stess permezz ta' stqarrija bid-data tat-22 ta' Awwissu 2017? Jista' l-Ministru jgħid kull wieħed mill-membri ta' dan il-Kumitat x'kariga jokkupa fil-preżent u lil min qiegħed jirrappreżenta fl-istess Kumitat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri appuntanti minni biex jiffurmaw l-Kumitat sabiex jibda x-xogħol meħtieg għat-tindif u rijabilitazzjoni tal-widien huma dawn li ġejjin:
Herman Galea Direttur (Parks u Inizjattivi) - MESDC
Pierre Vassallo Chief of Staff- MESDC
Sandro Azzopardi Advisor – MTIP
Jesmond Aquilina Sindku – Rapprezentant tar-Regjun ta Nofs nhar ta’ Malta
Ramon Deguara Direttur (Cleansing Department) - MJCL
Alexander Borg Ufficjal Xjentifiku – Valley Management
Kumitat responsabbli mit-tindif u r-rijabilitazzjoni ta’ widien — ħidma
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'ħidma wettaq il-Kumitat responsabbli mit-tindif u r-rijabilitazzjoni ta' widien minn meta twaqqaf f'Awwissu 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid liema kienu l-widien li dan il-Kumitat ħa ħsieb li jiġu mnaddfa u f'liema lokalitajiet jinsabu?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lil Onor. Interpellant li l-kumitat responsabbli mit-tneħħija ta’ skart u materjal ieħor mill-widien wettaq dawn ix-xogħlijiet segwenti:
· Mid-29/08/2017 sa 29/09/2017 tneħħa skart mormi f’Wied is-Sewda, limiti ta’ Qormi u Attard f’tul ta’ 2km ta’ wied u b’volum ta’ 144 metru kubu ta’ materjal imneħħi.
· Mid-29/08/2017 sa 08/09/2017 tneħħa skart mormi f’ Wied iċ-Ċawsli, limiti ta’ Qormi f’tul ta 480 metri ta’ wied u b’volum ta’ 54 metru kubu ta’ materjal imneħħi.
· Mil-11/09/2017 sa 29/09/2017 tneħħa skart mormi u pjanti invażivi li jimblukkaw il-korsa tal-ilma minn Wied Qirda, limiti ta’ Ħaż-¯ebbuġ, f’tul ta 150 metru ta’ wied, b’volum ta 90 metru kubu u tunnellaġ ta’ 3.3 ta’ materjal imneħħi.
· Mil-25/09/2017 s’issa għaddejjin xogħlijiet ta’ tneħħija ta’ skart u pjanti invażivi li jimblukkaw il-korsa tal-ilma minn Wied Baqqiegħa, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ, f’tul ta’ 400 metru ta’ wied, b’volum ta’ 270 metru kubu u tunnellaġ ta’ 70 ta’ materjal imneħħi.
· Mit-2/10/2017 s’issa għaddejjin xogħlijiet ta’ tneħħija ta’ skart u pjanti invażivi li jimblukaw il-korsa tal-ilma min Wied il-Kbir, limiti ta’ Qormi, f’tul ta’ 700 metru ta’ wied, b’volum ta’ 200 metru kubu ta’ materjal imneħħi.