Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ residenzi ta’ raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' residenzi ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal bini ta’ rziezet ta’ raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' rziezet ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F' liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bdil ta' użu minn razzett għal residenzi, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal bini ta’ residenzi li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini ta' residenzi li ma jinstabux f'żona ta' żvilupp jew f'żona ta' konservazzjoni urbana, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal lokazzjoni ta’ siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal lokazzjoni ta' siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel (restaurants, snack bars, take away, bars, etc.), sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalita jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal irranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal irranġar ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X'tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F' liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

It-Tielet Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fit-Tielet Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

It-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali tat-Tielet Distrett Elettorali matul din is-sena jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Kunsill LokaliTriq Iż-ŻejtunTriq Kanonku De Domenico Triq Dun Spir Grixti Triq Marsaxlokk Ħal GħaxaqTriq il-Gardell MarsaskalaParti minn Triq il- Qaliet Parti minn Triq il - Gardiel

Ir-Raba’ Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fir-Raba’ Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Lista tat-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali tar-Raba' Distrett Elettorali matul din is-sena qiegħdin fit-tabella t’hawn taħt. Kunsill LokaliTriq Il-GudjaParti minn Triq iz-Zebbuġa Ħal TarxienTriq Annetto Caruana Parti minn Triq Santa Marija

Il-Ħames Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fil-Ħames Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-lista tat-toroq li jkunu ser jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali tal-Ħames Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond it-tabella t’hawn taħt. Kunsill LokaliTriq Ħal Kirkop Sqaq ir-Ramlija ser isir minn Transport Malta Il-Qrendi Triq iz-Zurrieq (parti minn) Triq Rokku Buhagiar (parti minn) Ħal SafiTriq San Tumas Iz-ZurrieqTriq il-Mitħna Triq il-Mitħna tal-Qaret Triq il-Barrieri Triq Gio Batta Riccio

Is-Sitt Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fis-Sitt Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

It-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fis-Sitt Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond is-segwenti tabella. Kunsill LokaliTriq Ħal QormiTriq San Pietru (parti) Triq San Pawl Triq H’Attard (parti) Is-SiġġiewiTriq tal-Fawwara Triq Wied Costa Triq ta' Ħal Xluq Triq tal-Bajjada Triq ix-Xagħra tal-gżira Triq tax-Xemgħa Ħal LuqaTriq il-Mitjar Triq Sebastiano Saliba

Is-Seba’ Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fis-Seba’ Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

It-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fis-Seba' Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond it-tabella t’hawn taħt. Kunsill LokaliTriq Ħad-Dingli *Triq il-Lhudi Triq San Pawl tal-Pitkali Sqaq fi Triq ir-Rabat Triq l-Irdum Sqaq tal-Kalkara Triq tal-Ħbula L-ImtarfaTriq il-Maqdes Ruman (parti) Ir-Rabat (Malta)Triq San Bastjan Triq Konti Ruġġieru (parti) * Il-Kunsill applika għall-Fondi tal-UE - Miżura 4.3 - għal dawn is-sitt toroq u qed jistenna liema minhom ser jiġu aċċettati

It-Tmien Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fit-Tmien Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-lista tat-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali tat-Tmien Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond is-segwenti tabella. Kunsill LokaliTriq BirkirkaraParti żgħira minn Triq Anġlu Mallia Partijiet minn Triq San Lawrenz Partijiet minn Triq Laqxija u Wegħdiet L-IklinTelgħa tal-Għaqba L-Iklin (parti minnha) Wieħed ma jridx jinsa wkoll l-pjan tal-Gvern għall-proġett mifrux fuq seba’ snin u b’investiment ta’ €700 miljun biex jinbidlu l-uċuh kollha tat-toroq fil-pajji¿.
Leg 13 PQ #2095 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxa – trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 684 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn trusts reġistrati barra minn Malta li huma ddikjarati mad-Dipartimenti tat-Taxxa fejn is-settlor huwa Malti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #2096 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 689 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru totali ta' kumpaniji maghrufa mal­ Kumissarju ghat-Taxxi u li gew registrati ghal ragunijie tat-taxxa fuq id-dhul matul is-snin huwa ta' 88,268. Madankollu, minn dawn, 63,333 biss huma magħrufa li ghadhom attivi sad-data ta' 27 ta' Ottubru 2017. · Nixtieq niċċara li dawn il-figuri ikopru minbarra Limited Liability Companies, entitajiet oħrajn li huma ikkunsidrati bħala kumpaniji, li jinkludu, SICAVs (ie Collective Investment Schemes b’kapital varjabbli), Societe European (kumpaniji pubbliċi skont il-liġi tal-kumpaniji tal-Unjoni Ewropea) u Partnership en commandite li l-kapital tagħhom hu maqsum f’ishma.
Leg 13 PQ #2097 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 692 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2014 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #2098 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers reġistrati bħala kumpaniji fejn azzjonist talab għal refund

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 693 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn taxpayers reġistrati bħala kumpaniji li fis-sena bażi 2015 xi azzjonist tagħhom talab refund tat-taxxa (6/7ths) u x’kien it-total tar-refunds imħallsa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 13 PQ #2099 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 697 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tad-Dwana mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2100 Sitting 62 2017-12-06 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi – trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 698 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Reklamar fl-Isptar Mater Dei — policy

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x'inhi l-policy tal-Isptar Mater Dei dwar reklamar fl-istess Sptar Mater Dei?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi mill-ftuħ tiegħu l-isptar Mater Dei qatt ma kellu policy dwar reklamar. F’dawn il-ġimgħat qiegħed jiġi ppreparat dokument dwar l-aħjar użu tal-ispazji mhux mediċi li jeżistu fl-isptar.