MFSA – telf finanzjarju mill-Valletta Multi Manager Property Fund
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aħħar pożizzjoni tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA) b’referenza għall-protesti li kienu saru minn investituri fir-rigward ta’ telf finanzjarju li kienu ġarrbu mill-Valletta Multi Manager Property Fund?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar – individwu — safar
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsijiet parlamentari 2458 u 1721 u jagħti tagħrif dwar l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, u b’mod partikolari, kemm-il darba siefer mal-Ministru bejn Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Settembru 2017, x’kienu l-okkażjonijiet u n-natura tas-safar u kemm sewa s-safar b’rabta ma’ dan l-individwu?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba..
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta se tiġi ppubblikata l-lista ta’ persuni li ħadu ċ-ċittadinanza Maltija liema lista normalment tiġi ppubblikata sa Awwissu ta’ kull sena? Jista’ jgħid għaliex, din is-sena, il-lista damet daqstant biex tiġi ppubblikata u fil-fatt għadha mhix pubblika? Jista’ jgħid meta se tiġi ppubblikata?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nformat mill-Identity Malta li din il-lista se tiġi ppublikata fil-jiem li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iħossx li, ladarba huwa magħruf li jeżisti rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li jikkonkludi li għandhom jibdew investigazzjonijiet kriminali kontra l-Ministru Konrad Mizzi dwar ħasil ta’ flus u/jew flus miġjuba minn attivitajiet kriminali, għandu jara, bħala l-Ministru politikament responsabbli mill-istess FIAU, li dan l-istess rapport jgħaddi minnufih għand il-Pulizija għall-investigazzjoni tagħha? Fin-nuqqas, kif jista’ l-Ministru jiżgura li l-liġi qed tiġi applikata b’mod ugwali fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi wkoll?
Ladarba huwa magħruf li jeżisti rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li jikkonkludi li għandha tinbeda investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi dwar ħasil ta’ flus u/jew flus miġjuba minn attivitajiet kriminali, jista’ l-Prim Ministru jgħid x’passi se jieħu fil-konfront tal-istess Ministru Konrad Mizzi?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Fil-waqt li ninforma lill-Onor Interpellant li l-premessa tal-mistoqsija tiegħu hija żbaljata, nirreferih għal stqarrija 172777, maħruġa mill-FIAU fit-2 ta' Dicembru 2017.
Ladarba huwa magħruf li jeżisti rapport tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li jikkonkludi li għandha tinbeda investigazzjoni kriminali fil-konfront tal-Ministru Konrad Mizzi dwar ħasil ta’ flus u/jew flus miġjuba minn attivitajiet kriminali, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu l-Avukat Ġenerali, kemm fil-kapaċità tiegħu ta’ Chairman tal-FIAU kif ukoll fil-kapaċità tiegħu ta’ Avukat Ġenerali?
Peress li l-Ministru għall-Enerġija qal li bejn Mejju u Ottubru ta' din is-sena l-Enemalta xtrat aktar min-nofs l-elettriku mingħand l-Electrogas u naqqset ix-xiri mill-interconnector għal ftit aktar minn kwart, jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Enemalta ħallsitx aktar jew anqas għall-elettriku li xrat mill-Electrogas mill-prezz li ħallset għall-provvista mill-interconnector?
Response (MIZZI, JOE)
L-informazzjoni mitluba mill-Enemalta plc għandha valur kummerċjali għal kumpanija u l-iżvelar ta’ tali tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess kumpanija.
Madankollu, nista’ nikkonferma li l-Enemalta kompliet tħaddem it-taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija ġodda li għandha, lkoll ugwalment importanti, fosthom l-impjanti li jaħdmu bil-gass naturali, il-Malta-Italy Interconnector u sistemi ta’ enerġija li tiġġedded, bl-aktar mod għaqli u effiċjenti, sabiex tibqa’ tiggarantixxi s-sigurta’ tal-provvista fil-pajjiż u fuq kollox tibqa’ ssostni t-tariffi rħas li jgawdu l-klijenti f’Malta u Għawdex. Inċidentalment, dawn it-tariffi li traħħsu fl-2014 u fl-2015 għadhom kif reġgħu għal darb’ oħra ġew ikkonfermati fost l-orħos fl-Unjoni Ewropea, minkejja li sa ħames snin ilu kienu uffiċjalment meqjusa rati mpossibbli.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien hemm każijiet ta’ persuni li mardu bis-Syphilis f’Malta fis-sena 2014, 2015 u 2016 (sena b’sena)? Kemm minnhom kienu Maltin u kemm minnhom kienu ta’ ċittadinanza oħra?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt:
Sena
Numru ta' persuni Maltin li mardu bis-
Syphilis
Numru ta' persuni b'nazzjonalita' barranija li mardu bis-
Syphilis
Total
2014
41
14
55
2015
27
14
41
2016
24
16
40
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 32318 tat-12-il Leġiżlatura, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jindika f’liema lokalitajiet jgħixu t-13,558 persuna b’nuqqas ta’ saħħa mentali li hemm fil-komunità u x’forma ta’ problemi mentali għandhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-persuni msemmija jgħixu kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex. Dawn il-persuni għandhom diversi kundizzjonijiet psikjatriċi, iżda l-aktar żewġ każijiet komuni li l-pazjenti soffrew minnhom kienu disturbi mentali minħabba użu ta’ sustanza psikoattiva (mhux alkoħol) u disturbi affettivi.
Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — spejjeż
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet l-ispiża f’kull Ċentru ta’ Matul il-Jum għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u kif dawn il-flus intefqu f’kull Ċentru fis-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li attendew fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum fl-2016 kienet ta’ €848,201.00. Ninfurmaha ukoll illi fl-2012 in-nefqa kienet ta’ €411,035.82.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid meta se titnieda l-iskema tat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità tagħhom stess?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskema tat-tobba tal-familja sabiex pazjenti jieħdu parti mill-kura psikjatrika tagħhom fil-komunità tagħhom stess bdiet bi proġett pilota f’Novembru tal-2016. Bħalissa dan il-proġett qed jiġi assessjat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità u kif dawn il-flus intefqu fis-sena 2016?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità għas-sena 2016 kienet € 7,755,133.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mit-13,558 persuna li jbatu min-nuqqas ta’ saħħa mentali, kemm hemm li qed jgħixu fil-komunità u qed jirċievu s-servizz importanti tal-Programm ta’ Ħbiberija? Kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex jirċievu dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Programm ta’ Ħbiberija qiegħed ikun ta’ benefiċċju għal numru ta’ persuni li jbatu bi problemi ta’ saħħa mentali. Bħalissa għaddej il-proċess fejn qed jiġu abbinati aktar persuni ma’ voluntiera ġodda. Dawn il-voluntiera kollha jingħataw it-taħriġ meħtieġ minn professjonisti f’dan il-qasam.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid mill-elezzjoni ‘l hawn kemm-il darba kellhom jingħalqu l-operating theatres jew jitwaqqfu l-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei minħabba nuqqas ta’ nurses?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi fl-ebda mument it-teatri f’Mater Dei ma ngħalqu.Ninfurmah ukoll illi kull xahar ikun hemm interventi li jkollhom jiġu posposti minħabba diversi raġunijiet fosthom minħabba il-kundizzjoni medika tal-pazjenti, pazjenti li ma jattendux għal operazzjoni u kif ukoll pazjenti li jirrifjutaw l-operazzjoni fl-aħħar ħinijiet.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies jaħdmu bil-kuntratt?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, in-numru ta’ persuni full time u part time bħala xogħol ewlieni b’kuntratt definit fl-aħħar ta’ April 2017 kien ta’ 34,090 persuna.
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-aħħar figuri ppubblikati huma ta` April 2017.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn nies li l-unika impjieg tagħhom huwa part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, fl-aħħar ta’ April 2017, in-numru ta' persuni li l-uniku impjieg tagħhom huwa part-time kien ta’ 34,858.
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-aħħar figuri ppubblikati huma ta` April 2017.