Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mina bejn Malta u Għawdex – boreholes biex jiġu estratti kampjuni investigattivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fejn saru jew qed isiru d-disa' boreholes fil-proċess biex jiġu estratti kampjuni investigattivi mill-kuntrattur li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament bħala parti mill-proġett tal-mina proposta bejn Malta u Għawdex? Jista' jgħid kemm-il kumpanija tefgħet l-offerta tagħha għal dan ix-xogħol? Liema kienu dawn il-kumpaniji u l-prezzijiet li offriet kull waħda minn dawn il-kumpaniji? Meta hu mistenni li jkun lest dan il-proċess?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li d-disa’ boreholes li qegħdin isiru bħala parti mill-investigazzjonijiet għall-proġett tal-mina bejn Malta u Għawdex jinsabu fil-postijiet imniżżlin hawn taħt: § BH1: Triq tal-Prajjet, Mellieħa § BH2: Triq li tieħu lejn iċ-Ċumnija, Mellieħa § BH3: Triq il-Marfa, Ċirkewwa § BH4: Fil-baħar fin-nofsinhar ta’Kemmuna § BH5: Fil-baħar fit-tramuntana ta’Kemmuna § BH6: Triq iż-Żewwieqa, Għajnsielem § BH7: Triq Borġ Għarib, Għajnsielem § BH8: Triq ir-Rabat, limiti tan-Nadur § BH9: Triq Għerien Ħida, Mellieħa Seba’ (7) kumpaniji tefgħu l-offerta tagħhom għal dan ix-xogħol (sejħa għall-offerti CT2185/2016), bid-dettalji tagħhom kif ukoll il-prezz tal-offerti tagħhom imniżżlin hawn taħt: Kumpanija Prezz għas-sejħa tal-offerti GEOTEC SPA €751,645.60 D'Appolonia S.p.A. €2,898,265.00 EJtech €1,003,500.00 BST JV €685,926.00 GeO Tunnel JV €798,706.00 CONTROL Y PROSPECCIONES IGEOTEST SL €598,597.00 SONDEDILE S.R.L. €1,320,344.00 Ix-xogħolijiet marbuta ma’din is-sejħa huma mistennija li jitlestew f’Marzu 2018.

Children’s Allowance – nefqa annwali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi n-nefqa annwali fuq Children’s Allowance u x’persentaġġ tfisser fuq in-nefqa mill-baġit kollu allokat għas-servizzi soċjali f’pajjiżna?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2691.
Leg 13 PQ #2782 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Baqar u Majjal reġistrati f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm baqar u majjali reġistrati f'Għawdex? Jista' jgħid f'kemm-il razzett jinsabu u f’liema lokalitajiet jinsabu dawn l-irziezet? Jista' jgħid dan l-ammont ta' baqar u majjali f'Għawdex kemm huwa bħala persentaġġ ta' baqar u majjali tal-pajjiż kollu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra

Transport Malta – toroq f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kilometri ta' toroq f'Għawdex saru mill-ġdid minn Transport Malta minn Ġunju 2017 sal-aħħar ta' Novembru 2017? Jista' jagħti l-isem ta' dawn it-toroq li saru u kemm intefqu flus minn Transport Malta għal kull triq? Jista’ jgħid ukoll jekk għal kull triq inħarġitx tender u jekk ix-xogħol kienx ta' major patching jew rikostruzzjoni mill-ġdid tat-triq? Jista' jgħid ukoll x'toroq hemm ippjanati li jsiru f'Għawdex minn Transport Malta f'Diċembru 2017 u matul is-sena 2018? F'kull każ, għax-xogħol ippjanat inħarġet it-tender? Ġiet awarded? Meta hu mistenni jibda x-xogħol fuqhom?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi t-toroq f’Għawdex ma kienux jaqgħux taħt ir-responsabbilta’ ta’ Transport Malta. Fir-rigward tat-toroq għall-perjodu li ġej, ninforma lill-Onor. Interpellant li t-toroq f’Għawdex ukoll ser igawdu mill-proġett tal-Gvern biex isiru kollha. It-toroq f’ Għawdex se jingħataw l-importanza li jistħoq lil poplu Għawdxi u flimkien mal-ministeru ser nidentifikaw il-prijoritajet meħtieġa.
Leg 13 PQ #2784 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – toroq li ngħataw wiċċ ġdid

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2582, tista’ l-Ministru tgħid għaliex ma poġġietx fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċertifikat tal-Perit kif ukoll kopja taċ-ċertifikat tat-testijiet għax-xogħol li sar fuq Triq ta’ Ċenċ, Sannat; Triq il-Fanal, Għasri; Triq Għajn Qasab, Nadur; Triq Għerxija, Sannat u Triq Pompej, Rabat, Għawdex? Dan ifisser li ċ-ċertifikat u testijiet ma sarux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li peress li jista jkun hemm kwistjonijiet ta’ sensittivitta’ tal-informazzjoni, qed jintalab parir jekk din tistax tingħata.
Leg 13 PQ #2785 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għawdex – xogħlijiet fuq diversi toroq

Question

Tista' l-Ministru tgħid min kien il-perit inkarigat mix-xogħol li sar mill-Ministeru tagħha fuq dawn it-toroq indikati: Parti minn Triq San Leonard, Xewkija /Rabat Parti minn Triq Monġur, Għarb Marsalforn (ħdejn il-bridge ) Triq Ta’ Cordina, Għajnsielem Ramla Bay (wara il-gabbani ) Sqaq ta' Spring Street, Xagħra Żona Industrijali, Xewkija Triq ir-Rabat, Żebbuġ Triq it-Tempju tal-Imramma, Sannat Triq Ta’ Bullara, Xagħra Triq l-Arċisqof Pietru Pace, Victoria Triq Santa Dminka, Victoria Triq il-Qortina, Sannat Triq il-Kapuċċini, Victoria Pjazza San Franġisk, Victoria Triq it-Tiġrija, Nadur Triq Ninu Cremona, Victoria Triq il-Mitħna, Xewkija Triq is-Salini, Marsalforn Triq Għajn Abdun, Santa Luċija Triq San Lawrenz, San Lawrenz Triq Ta’ Sdieri Għarb / Triq Ta' Pinu Triq tal-Għajn, Fontana Vjal it-8 ta' Settembru , Xagħra Triq Daħlet Qorrot, Nadur Triq id-Dawwara / Triq il-Wied / Triq Kerċem, Rabat Triq it-Tabib Anton Tabone, Rabat Triq Enrico Mizzi, Rabat Triq is-Sellum, Xagħra/ Rabat Triq tal-Ħanaq, Nadur Triq Qbajjar. Marsalforn Triq Ta' Ċenċ, Sannat Triq Sant' Orsla, Rabat Triq 31 ta' Marzu 1979, Rabat Triq ta' wara l-Heliport Parti min Triq Għajn Qatet, Rabat Tista' tgħid ukoll kemm kien it-tul ta' xogħol li sar f'kull triq u jekk f'kull każ saritx it-triq kollha, jekk inbnietx mill-ġdid jew inkella kienx hemm major patching (ingħatat kisja tarmac)? Tista’ tpoġġi kopja taċ-ċertifikat tax-xogħol li sar fuq dawn it-toroq u li ġie rilaxxat mill-perit inkarigat? Tista' tgħid kemm tħallas il-kuntrattur/i fuq ix-xogħol li sar fuq kull triq u kemm dan l-ammont kien iżjed minn dak ippjanat fit-tender? Tista' tgħid jekk sarux testijiet fuq ix-xogħol li sar u f'liema laboratorju saru u d-dati meta saru? Tista' tpoġġi kopja ta' dawn it-testijiet fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma sarux testijiet, tista' tagħti r-raġuni għaliex ma sarux?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari 2784.
Leg 13 PQ #2786 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex– kisja ta’ tarmac

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex u dan peress li ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappiera perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li x-xogħol ta’ tarmac fuq din it-triq kien il-kompitu tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u għaldaqstant din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru konċernat.

Kirjiet t'akkomodazzjoni soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet t'akkomodazzjoni soċjali li ġew miftehma qabel Ġunju tal-1995?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorità tad-Djar m’għandhiex l-informazzjoni mitluba dan għaliex kien biss fl-2007 li l’Awtorità tad-Djar ingħatat ir-responsabbilita’ tal-akkomodazzjoni soċjali.
Leg 13 PQ #2792 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għall-Finanzi

Familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet privati mhux protetti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2686 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn familji jew individwi li qegħdin f’kirjiet privati mhux protetti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2687 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm konsulenti mal-Ministeru u jagħti d-dettalji kollha tagħhom inkluż jekk hux part time jew full time, il-pakkett finanzjarju tagħhom u l-ispeċjalizzazzjoni tagħhom?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2684 u ċjoe: Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi skemi ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali, sussidji jew inċentivi li l-Gvern introduċa minn Ġunju 2017 sal-lum il-ġurnata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, fl-1 ta’ Settembru 2017 l-Awtorita’ tad-Djar varat skema fejn sidien ta’ proprjeta` privata u vojta jistgħu jikru l-proprjeta` tagħhom lill-Awtorita` għal 10 snin sabiex l-istess proprjeta` tiġi allokata lill-persuni fuq il-waiting list għall-akkommodazzjoni soċjali. Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Awtorita` tad-Djar ser tħallas lis-sidien, kera fis-suq miftuħ, waqt li ser tissussidja b’rata għolja l-kera lill-applikanti li ser jiġu allokati lilhom dawn il-fondi. Bħala estensjoni tal-iskema ta’ self mill-APS Bank lill-persuni bi dħul baxx, matul l-2018, l-Awtorita` tad-Djar ser tkun qiegħda taħdem mal-Bank of Valletta sabiex dan jagħti self lill-klijenti li jkun ikopri l-ammont kollu tal-prezz waqt li l-Awtorita` ser tgħin bl-għoti ta’ sussidju li jlaħħaq għal €2,000 fis-sena fuq il-pagament tas-self. Skema oħra li l-Awtorita` tad-Djar qiegħda taħdem fuqha hija l-iskema fejn is-sidien ta’ proprjeta` privata jintalbu joffru proprjeta` li jkollha bżonn xi rranġar u titjib, u fejn wara li jsiru dawn ix-xogħlijiet neċessarji, l-istess proprjeta` tinkera lill-Awtorita` tad-Djar għal perjodu ta’ 10 snin. Permezz ta’ din l-iskema, l-Awtorita` tad-Djar tkun tista’ tikri din il-proprjeta’ lin-nies fuq il-lista ta’ stennija għall-akkommodazzjoni soċjali. L-għotja taħt din l-iskema ser tlaħħaq għall-€25,000.
Leg 13 PQ #2795 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Munxar Għawdex – Triq Żgħawri – impjant tar-riċiklaġġ tad-demel

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-impjant tar-riċiklaġġ tad-demel għadux intiż li jsir fi Triq Żgħawri, il-Munxar, Għawdex? Jekk le, hemm xi ħsieb li jsir f’xi post ieħor f’Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li dan huwa proġett tal-privat u mhux tal-Gvern.
Leg 13 PQ #2796 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Triq Ta’ Sannat — xogħlijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid meta ser titkompla Triq Ta’ Sannat li kienet tlestit biss sa nofs il-qasam? Meta ser isir in-nofs l-ieħor li tibqa’ sejra sal-Pjazza tal-Knisja Ta’ Sannat?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li rigward dan ix-xogħol hemm il-ħtieġa tal-permessi tal-Awtorita tal-Ippjanar. Malli jigi eżawrit dan l-istadju jitkompla x-xogħol.
Leg 13 PQ #2797 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Guarantees u Letters of Comfort

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min ingħataw u għalhekk min ibbenefika minn Letters of Comfort u l-bank guarantees li kważi laħqu mal-€1.5 biljun peress li din iċ-ċifra ta’ biljun u nofs ewro inħarġet fl-executive summary tar-Rapport tal-Awditur Ġenerali?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-infomazzjoni mitluba.

Żona Industrijali Mosta – kuntratti ta’ ġbir ta’ skart

Question

Jista’ l-Ministru, permezz tal-Malta Enterprise jieħu l-passi neċessarji sabiex kuntratt li ġie mogħti biex jiġbor l-iskart taż-Żona Industrijali tal-Mosta fl-inħawi ta’ Tarġa Gap/Żona Sant’Andrija, ikun estiż sabiex dan l-istess kuntratt ta’ ġbir tal-iskart ikun ikopri wkoll iż-żona kollha inkluż Triq il-Mastrudaxxa u dawk l-inħawi, peress li huma parti mill-istess Żona Industrijali iżda mhux koperti mill-kuntratt ta’ ġbir tal-iskart?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rwol tal-Malta Industrial Parks Limited hu li tamministra iż-żoni industrijali tal-Gvern. Malta Industrial Parks Limited qed tħejji diversi diskussjonijiet mal-partijiet konċernati kif ukoll mal-Ministeri u l-entitatijiet responsabli biex tara kif tista tassisti fir-rigward tal-ġbir ta’l-iskart minn żoni industrijali privati.
Leg 13 PQ #2799 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: EDWIN VASSALLO To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP — kummissjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid li ladarba fl-2016 ġew proċessati b’suċċess 265 applikazzjoni tal-IIP, li rriżultaw f’dħul għall-Gvern ta’ €27, 461,000: a) min huma dawk l-entitajiet privati involuti fil-bejgħ ta’ din l-inizjattiva li huma ntitolati għall-kummissjoni ( commission ); u b) kemm kienet il-kummissjoni jew ħlasijiet oħra li fl-2016 il-Gvern kellu jħallas bħala parti mill-obbligazzjonijiet tiegħu skont il-kuntratt iffirmat li jirregola l-marketing ta’ din l-inizjattiva?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li kif ilu żmien twil magħruf pubblikament, Henley & Partners huma l-konċessjonarji għall-programm ta’ ċittadinanza b’investiment. Huma intagħzlu wara sejħa pubblika. Kif jirriżulta mill-kuntratt, li wkoll ilu żmien twil li sar pubbliku, il-konċessjonarji huma ntitolati għal kummissjoni ta’ 4% fuq il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-applikanti. Il-konċessjonarji huma obbligati fost ohrajn li jippromwovu l-programm madwar id-dinja. L-ebda aġent ieħor approvat minn Identity Malta ma jirċievi xi forma oħra ta’ kummissjoni mill-istess Agenzija. Dwar l-ammont ta’ kummissjoni mħallsa lill-konċessjonarji, nirreferi lill-Onor Interpellant għar-rapporti annwali tar-Regolatur.

Ġenerazzjoni tal-Elettriku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, ladarba fl-2016 skont l-istatistika tal-NSO, 30% biss tal-elettriku kien iġġenerat minn sorsi oħra barra l-interconnector, mil-liema power station dawn it-30% tal-elettriku ġew iġġenerati?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-2016, l-elettriku meħtieġ sabiex l-Enemalta tilqa’ għad-domanda tal-elettriku tal-pajjiż kien ipprovdut mill-Interconnector u mill-impjanti li jaħarqu l-heavy fuel oil jew gasoil. Ewlenin fost l-impjanti msemmija hemm l-impjant ta’ aktar minn 20 sena, id-Delimara 1 taċ-ċumnija t-twila, li kien jaħdem bil-heavy fuel oil, u l-impjant Delimara 3 tal-2012, li wkoll kien jaħdem bil-heavy fuel oil. Illum, waqt li l-impjant Delimara 1 qed jiżżarma, l-impjant Delimara 3 inqaleb sabiex ma jibqax jaħraq dan iż-żejt li jħammeġ, iżda juża l-gass naturali, għal arja aktar nadifa. Kellhom sehem ukoll is-sistemi ta’ enerġija li tiġġedded, fosthom installazzjonijiet ta’ pannelli tax-xemx, li f’dawn l-aħħar erba’ snin żdiedu b’mod konsiderevoli.