Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2102 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

kumpaniji reġistrati f'Malta mal-MFSA li għandhom azzjonisti ta' nazzjonalità li mhijiex Maltija

Question

Jista' l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 705 li oriġinarjament saret lill-Ministeru għall-Finanzi u ċjoè: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn kumpaniji reġistrati f’Malta (mal-MFSA) li għandhom azzjonisti ta’ nazzjonalità li mhijiex Maltija u jaqsam l-informazzjoni skont in-nazzjonalità?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra kif mgħoddija lili mill-MFSA.
Leg 13 PQ #2107 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Services Directorate — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm nefaq fondi l-Valletta Services Directorate fis-snin 2016 u 2017?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 13 PQ #2110 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Valletta Services Directorate — fondi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġie allokat fondi l-Valletta Services Directorate għas-sena 2018?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jinħatar Uffiċjal Eżekuttiv Ewlieni ġdid tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess biex jinħatar CEO ġdid tal-ERA wasal fi stadju avvanzat.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – proċess ta’ ristrutturar

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju wasal il-proċess ta' ristrutturar fi ħdan l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan oriġinali wasal fi stadju avvanzat u sal-lum l-Awtorità diġà impjegat 73 uffiċjal.

Qorti – Artikolu 82A tal-Kodiċi Kriminali – persuni akkużati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġiet akkużata fil-Qorti bi ksur tal-Artikolu 82A tal-Kodiċi Kriminali u ċjoè dwar tixwix għal mibgħeda razzjali eċċ, sena b'sena, mis-sena 2002 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm mill-imsemmija persuni nstabu ħatja u x'kienet il-piena mposta mill-Qorti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2002 sal-aħħar ta' Ottubru, 2017, kien hemm ħamsa u għoxrin (25) persuna li tressqu l-Qorti bi ksur tal-Artiklu 82A tal-Kap 9, kif jidher fil-lista t'hawn taħt. Dettalji tad-deċiżjonijiet imposti mill-Qorti, fejn dawn ingħataw meta ġew imressqa dawn il-persuni, huma kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Sena Numru ta' persuni mressqa fuq ksur tal -artiklu 82A Kap 9 2002 - 2003 - 2004 - 2005 - 2006 1 2007 1 2008 1 2009 1 2010 0 2011 - 2012 1 2013 - 2014 - 2015 6 2016 5 2017 (sa Ottubru) 9 TOTAL 25

Korp tal-Pulizija – ċirkolari nterni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taż-żewġ ċirkolari interni u ta' kwalunkwe ċirkolari jew dokument ieħor maħruġ mill-Korp tal-Pulizija u li jirregolaw l-użu ta' siti soċjali mill-membri tal-Korp tal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kopja ta' kull ċirkolari kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant anke dawk li ħarġu biex ifakkru l'kontenut ta' ċirkularijiet passati. Għajr dawn ma kienx hemm aktar dokumenti relatati.

Korp tal-Pulizija – każijiet ta’ dixxiplina fil-konfront ta’ membri

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm kien hemm każijiet ta' dixxiplina fil-konfront ta' membri tal-Korp tal-Pulizija dwar użu ħażin ta' siti soċjali mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid il-grad tal-membri tal-Korp tal-Pulizija li fil-konfront tagħhom ittieħdu dawn il-passi dixxiplinari? Jista' jgħid x'kien l-eżitu tal-passi dixxiplinari?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi mis-sena 2013 sal-lum kien hemm għaxar każi relatati ma’ dixxiplina fil-konfront ta' membri tal-Korp tal-Pulizija dwar użu ħażin ta' siti soċjali. Tmienja minn dawn il-każi huma pendenti u ser ikomplu jinstemgħu taħt l-istruttura l-ġdida dwar id-dixxiplina tal-membri tal-Korp li daħlet fis-seħħ fit-12 ta' Mejju 2017 permezz tal-Att Dwar il-Pulizija, Kap. 164 tal-Liġijiet ta' Malta, ħlief għal każ wieħed fejn qed jinstema’ bil-proċeduri ta' Public Service Commission. Dwar iż-żewġ każi l-oħra mhux ser jittieħdu passi peress illi l-uffiċjali telqu mill-Korp. Dettalji kif mitluba jidhru fit-tabella t'hawn taħt: 2013 2014 2015 2016 2017 (Novembru) Surġenti - 1 1 - 1 Kuntistabbli - 3 3 - 1

Korp tal-Pulizija – full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-preżent hemmx full complement fil-Korp tal-Pulizija? Jekk le, jista' jgħid f'liema gradi hemm vakanzi?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa m'hemmx il-full complement fil-Korp tal-Pulizija, peress li hemm il-vakanzi kif elenkati fit-tabella t'hawn taħt. Grad Vakanzi Suprentendenti 16 Spetturi 1 Surġenti Maġġuri tat-tieni klassi 20 Surġenti 25 Kuntistabbli 166
Leg 13 PQ #2747 Sitting 63 2017-12-11 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru għal Għawdex

Qorti ta’ Għawdex – sit ta’ bini ġdid

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li biex jinbena l-Qorti l-ġdid f'Għawdex fis-sit il-ġid li ġie magħżul issa, se jkollhom jitneħħew il-Pitkalija u l-Biċċerija? Jekk fl-affermattiv, issa fejn sejrin jiġu rilokati l-Biċċerija u l-Pitkalija? Kemm kienet ġiet tiswa l-biċċerija li hija waħda moderna meta kienet inbniet u mgħamra bl-attrezzaturi kollha? Kemm minn dawn il-flus li ntefqu fil-binja tal-Biċċerija kienu fondi mill-Unjoni Ewropea?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 2585. Infakkar lill-Onor Interpellant li l-proċess ta’ konsultazzjoni ser idum miftuħ sas-17 ta’ Diċembru 2017.

Bord tal-Addozzjonijiet — laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il laqgħa saret mill-Bord tal-Addozzjonijiet bejn Jannar 2017 u Novembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, bejn Jannar 2017 u Novembru 2017, Il-Bord għall-Addozzjoni ltaqa’ 11 –il darba. Il-Bord għall-Addozzjoni għandu ppanjat illi jiltaqa’ wkoll fix-xahar ta’ Diċembru 2017.

Bord tal-Addozzjonijiet – każijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ każijiet pendenti quddiem il-Bord tal-Addozzjonijiet sa Novembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Novembru 2017, il-Bord għall-Addozzjoni kellu quddiemu dawn il-każijiet; · 2 każijiet pendenti li l-Bord irid ikompli jiddiskuti fuqhom u jitlob iżjed informazzjoni jew spjegazzjoni rigward il- Home Study Report u/jew il- Psychological Report u jekk ikun hemm bżonn mingħand il -Prospective Adoption Parents stess; · 4 każijiet ġodda li għad iridu jiġu diskussi fil-laqgħat ippjanati għax-xahar ta’ Diċembru; · 3 każijiet illi filwaqt li kienu diġà ġew approvati mill-Bord, ikun hemm il-ħtieġa li jkunu approvati għal darb’oħra, wara li tkun saret xi bidla mill-għażla tal-pajjiż, minn fejn tkun trid taddotta l-koppja. Din l-approvazzjoni, tkun trid tinkiseb mill-ġdid f’każ illi l-koppja tkun għadha m’addottatx fi żmien sentejn minn mindu tkun ġiet approvata mill-Bord għall-Addozzjoni, jew għax il-pajjiż minn fejn tkun ser issir l-Addozzjoni, jitlob li l- Home Study Report jerġa’ jiġi rivedut u approvat mill-ġdid, abbażi tal-aġġornamenti li jkun hemm.

Kontroll tal-ħamiem salvaġġ f’ċentri storiċi

Question

Peress li l-ħamiem salvaġġ jista’ jkun ta’ ħsara kemm lis-saħħa pubblika kif ukoll lill-bini li hu parti mill-patrimonju tagħna, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhuma r-regoli dwar il-kontroll tal-ammont ta’ ħamiem salvaġġ f’ċentri storiċi u fil-qalba tal-irħula u tal-ibliet? Jekk bħalissa ma hemmx regoli, meta hemm il-ħsieb li dawn ir-regoli jidħlu fis-seħħ?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jinvestiga lmenti mill-pubbliku dwar annimali, inklużi ħamiem ġewwa postijiet li jiġi rrapurtat li ġo fihom ikunu qegħdin possibilment jinżammu annimali inklużi ħamiem b’nuqqas ta’ iġjene tajba u jekk dawn l-annimali jinstabu fi stat ħażin ta’ iġjene jintbagħat avviż bil-miktub lill-persuna responsabbli u fin-nuqqas jittieħdu passi legali.

Servizzi ta’ counselling

Question

Peress li s-servizzi ta’ counselling huma ferm utli meta relazzjonijiet fi żwieġ, unjoni ċivili jew koabitazzjoni jkunu għaddejjin minn mumenti mhux tajba, jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma s-servizzi li joffri l-Gvern f’dan ir-rigward?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Aġenżija Appoġġ u l-Aġenzija Sedqa joffru diversi għajnuniet ta’ counselling minn professjonisti, fil-komunitajiet, fiċ-Ċentri tagħha, kif ukoll fuq bażi individwali. Is-servizz tal-counselling huwa immirat lejn gruppi u problemi differenti tas-soċjeta`, fosthom; - Intake and Family Support Service u l-programm ta’ Co-Parenting għal koppji li jkunu għaddejjin minn żmien diffiċli, kif ukoll għajnuna lil koppji separati sabiex jitħarsu id-drittijiet tat-tfal, jiġi stabbilit il-kuntatt mat-tfal kif ukoll ikunu inidirizzati il-ħtiġijiet tat-tfal illi qegħdin jitrabbew f’kuntest ta’ familja differenti; - Home Based Therapy Service (HBTS) provdut minn terapisti tal-familja (family therapists) li jżuru familji bi problemi soċjali kumplessi u jagħtuhom l-għajnuna bħala familja fi djarhom stess; - Sapport dirett lejn vittmi ta’ vjolenza domestika, anka b’intervintenti minn social workers; - Programm imsejjaħ Managing Abusive Behaviour immirat lejn min jikkawża l-vjolenza domestika; - Training u Assessment Sessions lil koppji u/jew individwi li jkunu jridu jiffosterjaw jew jaddottaw; - Servizzi immirati lejn it-tfal bħal Youth in Focus , u s-servizzi speċjalizzati immirati lejn Looked After Children u Child Protection , fejn saħansitra il-ħaddiema soċjali jaħdmu fil-qrib mal-familji tat-tfal; - Servizzi minn terapisti u psikologi għal persuni li jkunu għaddejjin mill-problema tad-droga, servizzi li huma offruti kemm fiċ-ċentri ta’ rijabilitazzjoni kif ukoll servizzi li jingħataw fuq bażi personali ġewwa d-djar tal-individwi.

Moviment ta’ Kana

Question

Fid-dawl li l-Moviment ta’ Kana hu mfittex sew bħala sors ta’ servizz għall-preparazzjoni taż-żwieġ, counselling u servizzi oħra li jsaħħu l-formazzjoni tal-familja, jista’ l-Ministru jgħid jekk jingħatax sussidju lil din l-entità? Jekk iva, jista’ jgħid kemm? Jekk le, jista’ jgħid hemmx il-ħsieb li jingħata? Kien jingħata sussidju fil-passat? Jekk iva, x’inhi r-raġuni li nqata’?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, ma jingħata l-ebda sussidju lill-Moviment ta’ Kana. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-parti tal-mistoqsija dwar jekk kienx jingħata sussidju fil-passat, lill-Ministeru kkonċernat.

Raħal Ġdid — proġett ta’ tisbiħ tal-pjazza

Question

Peress li t-tisbiħ tal-pjazza ta’ Raħal Ġdid kellu jitlesta f’Mejju ta’ din is-sena, jista’ l-Ministru jgħid meta hu l-ħsieb li jitlesta dan il-proġett?

Response (BORG, IAN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jitlob l-informazzjoni meħtiega lill-Ministru ikkonċernat.

Sussidju għal kull tifel li jgħix f’Out-of-Home Care

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-sussidju li jagħti l-Gvern għal kull tifel li jgħix f’Out-of-Home Care? Jista’ jgħid jekk dan jiżdiedx skont l-għoli tal-ħajja? Jista’ jgħid meta kien l-aħħar li żdied?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-allowance imħallsa għal kull tifel jew tifla li jiġu fostered hija ta’ €70 fil-ġimgħa. Din l-allowance ma tiżdiedx skont l-għoli tal-ħajja iżda tiżdied permezz ta’ miżura fil-budget annwali. Fil-fatt, l-aħħar żieda ngħatat fl-aħħar budget imħabbar għas-sena d-dieħla u bis-saħħa ta’ tali żieda, din l-allowance ser tiżdied bi €30 fil-ġimgħa għal €100 fil-ġimgħa.

Sussidju ta’ djar residenzjali tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sussidju ta’ djar residenzjali ta’ tfal tvarjax bejn dar residenzjali u oħra, meta wieħed jieħdu per capita?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jgħin lil diversi djar tat-tfal permezz ta’ Public Social Partnerships. Din l-għajnuna monetarja kif ukoll f’servizzi, tvarja skont il-bżonnijiet tad-djar, il-bżonnijiet tal-klijenti, is-servizzi professjonali li d-dar għandha bżonn tipprovdi skont il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħha u kif ukoll in-numru ta’ klijenti li jirrisjedu jew jagħmlu użu mis-servizzi tad-dar residenzjali . Ngħarraf ukoll lill-Onorevoli Interpellant illi, kull dar residenzjali u istituzzjoni tat-tfal, titħallas għal kull tifel u tifla, il- Foster Child Allowance ; liema benefiċċju jammonta għal €70 fil-ġimgħa għal kull tifel/tifla. Is-sena id-dieħla dan il-benefiċċju ser ikun qiegħed jiżdied minn €70 għal €100 fil-ġimgħa, skont kif imħabbar fl-aħħar baġit.