Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed iddum persuna tistenna biex isirilha t-test tal-MRI u dak tal-bone density u kif dan jikkompara mal-2012?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ż-żmien ta’ stennija għal MRI hija madwar 3 u 4 xhur filwaqt li fl-2013 din kienet ta’ 18 -il xahar.
Rigward it-test tal-
bone density
, m’hemmx lista ta’ stennija u l-pazjenti isirilhom dan it-test kif mitlub mit-tabib tagħhom. Fl-2013 iż- żmien ta’ stennija kien ta’ madwar 7 xhur.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex ix-xogħol li qed isir fi Vjal l-Indipendenza fil-Mosta, jsir bl-inqas inkonvenjent għar-residenti tal-istess triq? Jista' jara li dan ix-xogħol għandu l-permessi meħtieġa?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Kunsilli Lokali — skema ta' residents parking minn Transport Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-iskema tar-residents parking li kellha tkun skema li tingħata lill-kunsilli lokali minn Transport Malta? X'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern dwar l-iskema tar-residents parking li hemm fil-preżent?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jinbena l-ħajt li kellu jinbena minn Transport Malta fi Triq Patri Ġuże Delia fil-Mosta? Peress li l-bini ta' dan il-ħajt kellu jieqaf għaliex ġie mwaqqaf mill-Awtorità tal-Ippjanar, u ta' min wieħed jinnota li dan il-ħajt kien mitlub jinbena għaliex oriġinarjament, meta nfetħet it-triq, dan il-ħajt qatt ma inbena, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji peress li n-nuqqas ta' dan il-ħajt qed ikun ta' periklu għall-karozzi li jkunu għaddejjin mill-istess triq?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar u tweġiba tingħata f’xi seduta oħra
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għadx għandu uffiċċju f’Kastilja jew aċċess regolari għall-Kastilja?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba hija fin-negattiv
Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma jekk humiex minnhom ir-rapporti fis-sens li l-mara taċ-Chief of Staff tiegħu hija azzjonista f’kumpaniji li toffri servizzi marbuta mal-Individual Investment Programme (IIP) jew kif inhu magħruf aħjar il-programm ta’ bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor Interpellant illi r-rapporti li qed jagħmel riferenza għalihom huwa ma humiex minnhom.
Direttur għall-Affarijiet Konsolari u d-Direttur tal-Protokoll – rigal tal-Milied
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’rigal ingħataw id-Direttur għall-Affarijiet Konsolari u d-Direttur tal-Protokol għall-Milied li għadda mill-istaff tagħhom, hekk kif hemm referenza għalihom fl-email li qed tingħata separatament? Ittieħdu passi dixxiplinari minħabba ksur taċ-Ċirkulari tal-OPM f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Milied li għadda ingħata ktieb lid-Direttur għall-Affarijiet Konsolari b’valur ta’ madwar €60.00. Il-passi dixxiplinari ttieħdu mal-uffiċjali konċernati.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żviluppi dwar insurance biex tipproteġi d-diplomatiċi Maltin hekk kif ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari 21309 tat-12-il Leġiżlatura? Saret xi insurance policy għad-diplomatiċi tagħna li kuljum jiffaċċjaw perikoli f’diversi pajjiżi fejn hemm attakki terroristiċi? Jekk iva, kien hemm xi każ li sar użu minn din il-policy?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara riċerka li saret mill-Ministeru, l-kumpanija tal-Assigurazzjoni ma jkoprux attakki terroristiċi. Ninsab infurmat ukoll li ma jezistux records li qatt saret assigurzzjoni kontra atti ta’ terrorizmu.
Jista’ l-Ministru jgħid , lejn liema pajjiżi siefret is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, jekk kenitx parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop kienet is-safra u x’kienet l-ispiża għal kull żjara minn Lulju 2016 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni kollha mitluba.
Konsulenti fis-Segretarjat – safar ta’ ambaxxaturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid l-Ambaxxaturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament (a) u (b) li huma Konsulenti fis-Segretarjat tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin lejn liema pajjiżi siefru, jekk kenux parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop u x’kienet l-ispiża għal kull żjara, minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kollha mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid min kienu l-membri tal-Kunsill tal-Għaqdiet Volontarji li ġġudikaw min hu idoneju biex jingħata l-premju l-Voluntiera tas-Sena?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. interpellant li l-membri tal-bord ta’ aġġudikazzjoni kienu:
Dott. Noel Camilleri
Sinj. Doris Bingley
Sur Trevor Fenech
Jista’ l-Ministru jgħid finanzjarjament kemm ġiet tiswa lill-Forzi tal-Ordni, l-attività North to Port organizzata fis-sena 2017? Jista’ jinkludi t-taħriġ u l-għawma nnifisha?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar, għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Id-Disa’ Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fid-Disa’ Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Lista tat-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fid-Disa' Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond it-tabella t’ hawn taħt.
Kunsill Lokali
Triq
L-Imsida
Triq Mons. Falzon
Is-Swieqi
Triq is-Sirk (parti)
Triq il-Ħemel (parti)
Triq Ilqugħ u Triq Il-Ħawt (parti)
Ta' Xbiex
Ir-Rampa ta' Ta' Xbiex
L-Għaxar Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fl-Għaxar Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Lista tat-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fl-Għaxar Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond is-segwenti tabella.
Kunsill Lokali
Triq
San Ġiljan
Triq il-Mensija
Tas-Sliema
Triq Sir Adrian Dingli (parti)
Triq Ġużè Howard (parti)
Il-Ħdax-il Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fil-Ħdax-il Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Lista tat-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fil-Ħdax -il Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond is-segwenti tabella.
Kunsill Lokali
Triq
Ħ'Attard
Triq il-Pjazzetta
Il-Mosta
Triq il-Bonnijiet
Trejqet il-Bajtar
It-Tnax-il Distrett Elettorali – toroq li ser jiġu asfaltati
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq li l-Kunsilli Lokali rispettivi fit-Tnax-il Distrett Elettorali ser ikunu qed jasfaltaw matul din is-sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Lista tat-toroq li sejrin jiġu asfaltati mill-Kunsilli Lokali fit-Tnax -il Distrett Elettorali matul din is-sena huma skond is-segwenti tabella.
Kunsill Lokali
Triq
Triq il-Qortin
Il-Mellieħa
Triq Ġorġ Borg Olivier (Parti t’isfel)
In-Naxxar
Triq il-Markiż Scicluna
San Pawl il-Baħar
Triq Ġulju
Side road fi Triq il-Pijunieri
Triq J Quintinus
Triq San Pawl
Triq il-Mosta
Triq it-Turisti
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux ser ikun mibdul il-lift prinċipali fil-Bini tal-Qrati tal-Ġustizzja kif kien imwiegħed, matul il-ferjat tas-sajf?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-preżent beda xogħol li kien imwiegħed fuq lift minnhom fejn dan il-lift iżżarma u beda jinbena l-lift ġdid. Kif jitlesta x-xogħol fuq dan il-lift immedjatament jibda x-xogħol fuq il-lift l-ieħor.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk l-Imħallfin u l-Maġistrati li ser jirtiraw bl-età minn issa sal-2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Imħallfin u l-Maġistrati li se jirtiraw bl-età minn issa sal-2018 huma dawn:
Data tal-irtirar
Degaetano
Vincent
Prim Imħallef Emeritus
17/08/2017
Scicluna
David P.
Imħallef
13/12/2017
Camilleri
Silvio
Prim Imħallef
26/04/2018
Mizzi
Antonio
Imħallef
16/11/2018
Ta min jinnotta li il-Prim Imħalef Emeritus Vincent Degaetano bħalissa mhux qed iservi fil-Qrati Maltin għax qed iservi fil-Qorti Ewropeja tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kunsill tal-Ewropa.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 699 u ċjoè: Jista’ l-Ministru jagħti l-lista tat-trasferimenti ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn u (mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-persuni kkonċernati) għal kull trasferiment jagħti l-grad u n-numru ta’ snin li l-ħaddiem rispettiv kien ilu jaħdem fid-Dipartiment?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma kien ebda transfer ta’ ħaddiema mid-Dipartiment tal-VAT mill-1 ta’ Jannar 2016 ‘il hawn.