Legislature:
Category:
Reset
Active:

Forzi Armati ta’ Malta – membri — rank

Question

Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta għal kull rank li fil-preżent hemm fil-Forzi Armati ta' Malta?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi t-total ta' membri tal-Forzi Armati ta' Malta f’kull rank fil-preżent hu kif ġej: Rank Total Rank Total Brigadier 1 Warrant Officer 2 60 Colonel 7 Staff Sergeant 192 Lieutenant Colonel 16 Sergeant 139 Major 24 Bombardier 341 Captain 32 Lance Bombardier 269 Lieutenant 37 Gunner 613 2/Lieutenant 18 Gunner Recruit 66 Warrant Officer 1 10 Total 1825
Leg 13 PQ #2612 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – riżervi tad-deheb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xahar b'xahar kemm kienu r-riservi tad-deheb fil-Bank Ċentrali ta' Malta mill-1 ta' Jannar 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazjjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tal-Ippjanar – proċess biex jiġu riveduti pjani lokali

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess biex jiġu riveduti l-pjani lokali mill-Awtorità tal-Ippjanar?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proċess biex jiġu riveduti l-Pjani Lokali mill-Awtorita’ tal-Ippjanar jinsab fi stadju ta analiżi tas-sottomissjonijiet mill-pubbliku li l-Awtorita’ rċeviet waqt il-konsultazzjoni pubblika preliminari li saret bejn Lulju u Settembru tal-2013. Dawn is-sottomissjonijiet ilaħħqu madwar 5,700 li kull waħda tista’ tinkludi numru ta’ proposti li jkunu jridu jiġu analizzati.

Fond — permessi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’permessi għandu l-fond li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-fond imsemmi hu munit b’ permess tal-2002 biex jopera bħala tali skont l-Ordni dwar il-Klassijiet ta’ Użu fl-Ippjanar tal-Iżvilupp.

Ħamrun Spartans FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Ħamrun Spartans FC?

Response (BORG, IAN)

Skond il-pjan lokali taċ-Ċentru ta’ Malta, l-art li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Ħamrun Spartans FC tinsab f’'żona ta’ żvilupp fejn żvilupp relatat ma’ sport biss jista jkun permessibbli.

Hibernians FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet tal-Hibernians FC?

Response (BORG, IAN)

L-istadium u l-faċiliatijiet tal-Hibernians Football Club jinstabu f’ Raħal l-Ġdid barra l-Industrial Estate ta’ Kordin. Skond il-Pjan Lokali tal-Port il-Kbir (Grand Harbour’s Local Plan: 2006), is-sit jinstab f’żona identifikata għal faċilitajiet sportivi (ara Mappa 16 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).

Sliema Wanderers FC — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Sliema Wanderers FC?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali ta’ fuq ta’ Malta, l-art li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Sliema Wonderers FC tinsab f’ żona ta’ żvilupp.

Aġenzija Appoġġ – policy dwar Out-of-Home Care għat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-policy tal-Aġenzija Appoġġ dwar Out-of-Home Care għat-tfal? Meta kienet l-aħħar li ġiet aġġornata?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-servizzi tal-Looked After Children u tal-Fostering fi ħdan il-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) għandhom policies dwar il-ħidma tagħhom mat-tfal u żgħażagħ li jgħixu f’Out-of-Home Care. Dawn il-policies, jiddefinixxu x-xogħol illi jsir mis-Social Workers u professjonisti oħra, u jservu kemm bħala linja gwida għas-servizzi li jingħataw lil dawn it-tfal u żgħażagħ, kif ukoll bħala pjan ta’ kura għal dawn it-tfal u żgħażagħ. Ta’ min jirrimarka li dawn il- policies, ġew aġġornati f’dawn l-aħħar snin. L-Aġenzija Appoġġ timxi wkoll man- National Standards for Out-of-Home Child Care ippublikati fl-2009 mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali (DSWS), liema standards huma ibbażati fuq ic- Children’s Rights Convention.

Sussidju u benefiċċji tat-tfal li jaqgħu taħt voluntary admission, care order u court order

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu s-sussidju u l-benefiċċji tat-tfal li jaqgħu taħt voluntary admission, care order u court order? Jekk hemm diskrepanza u nuqqas ta’ uniformità f’sussidju u benefiċċji ta’ dawn il-kategoriji, x’inhi r-raġuni dwar hekk? Meta kien l-aħħar li sar reviżjoni ta’ dawn il-benefiċċji?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk fil-każijiet imsemmija, l-minuri jkunu fostered ma’ xi familja li jkollha l-approvazzjoni tal-Fostering Board, dik il-familja titħallas il-Foster Child Allowance. Minn naħa l-oħra, jekk il-minuri jkunu qegħdin f’xi dar tat-tfal, din l-istess dar titħallas ukoll il-Foster Child Allowance. Ta’ min jgħid illi l-Foster Child Allowance ma tingħatax skont it-test tal-mezzi u li minn Jannar 2018, ir-rata ser titla’ minn €70 fil-ġimgħa jew €3,640 fis-sena għal €100 fil-ġimgħa jew €5,200 fis-sena. Barra minn hekk, f’ċertu każi fejn ikun meqjus illi xi tfal jenħtieġu fostering speċjalizzat, hemm bord illi jiddetermina jekk għandux jitħallas benefiċċju addizzjonali, skont il-ħtiġijiet speċjalizzati tat-tifel jew tifla. F’dan il-każ, dan il-benefiċċju flimkien mal-Foster Child Allowance, jista’ ilaħħaq sa €7,000 jew mhux aktar minn €10,000 fis-sena.

Carers u field social workers – ratio li jiddefenixxi best practice għall-ħarsien tal-interessi tat-tfal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu r-ratio li jiddefenixxi best practice bejn l-ammont ta’ carers u field social workers li jħarsu l-interessi tat-tfal 24/7, apparagun man-numru ta’ tfal li jgħixu f’dar residenzjali?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, tajjeb li wieħed l-ewwel jagħmel distinzjoni bejn l-irwol tas-Social Worker u dak tas-Support Worker (Carer). Filwaqt illi s-Support Workers (Carers) jipprovdu kura u ħarsien fuq bażi ta’ 24 siegħa kuljum fir-residenzi, s-Social Workers isegwu lit-tfal u ż-żgħażagħ sew jekk protetti b’Ordni ta’ Ħarsien (Care Order) u sew jekk jiġu għall-attenzjoni tagħna billi jifformulaw il-pjan ta’ kura fit-tul għall-ħarsien tagħhom. Fid-djar residenzjali tagħha, l-Aġenzija Appoġġ tadotta struttura li hija bbażata fuq l-Istandards Nazzjonali għad-Djar Residenzjali maħruġa mid-Dipartiment tal-Istandards għall-Ħarsien Soċjali(DSWS) fl-2009. Dawn l-istandards jagħtu linja gwida lill-professjonisti li jaħdmu f’dan il-qasam. L-Aġenzija Appoġġ, tara li timxi skont l-istandards nazzjonali permezz tas-servizzi pprovduti minn u permezz ta’ manager, service area leader, residential social worker/coordinator, support workers 24/7, emergency service 24/7, u sistema ta’ on-call 24/7.

Appartamenti għal kiri flok il-ħarsien li tingħata fi djar residenzjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux qed jinkrew appartamenti flok il-ħarsien li tingħata f’djar residenzjali li huma stabbiliti? Jista’ jgħid x’inhuma l-vantaġġi għat-tfal? Jista’ jgħid x’inhi n-nefqa kull capita?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minbarra l-ħarsien tat-tfal u żgħażagħ ġewwa djar residenjzjali, jinkrew ukoll appartamenti li jospitaw fihom numru ta’ tfal u żgħażagħ. Tlieta mill-erba’ appartamenti jilqgħu b'kollox sitt tfajliet. Dawn it-tfajliet kienu jgħixu fi djar residenzjali oħra jew ma’ foster families, imma li minħabba diversi diffikultajiet fl-imġieba u l-bżonnijiet partikolari tagħhom, dawn id-djar residenzjali jew foster families ma' baqgħux f’pożizzjoni li jibqgħu joffrulhom dan il- placement . Għaldaqstant, ittieħdet id-deċiżjoni mill-professjonisti involuti li l-kura li għandhom bżonn dawn it-tfal tingħata f'dawn l-appartamenti fejn qed jirċievu attenzjoni aktar individwali permezz ta’ care plans adegwati għall-bżonnijet u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu ħajja li tagħtihom aktar opportunitajiet indaqs fi ħdan il-kommunita`. Ta’ min ifakkar li huwa għal dan il-għan illi fid-diskors tal- baġit għas-sena 2018 il-Gvern impenja ruħu li jinvesti f’ċentru terapewtiku sikur għal minuri li jkunu għaddejin minn dawn il-problemi. L-appartament l-ieħor, magħruf aħjar bħala is- Siblings' Home , infetaħ fl-2013, jilqa' fih żewġ settijiet ta' aħwa li b' kollox jammontaw għal tmient itfal. L-għan ta' dan is-servizz huwa li joffri kura fil-kommunita` għal dawn l-aħwa bi pjan ta' kura individwali. Inħass il-bżonn għal dan is-servizz partikolari minħabba li diversi aħwa li qedgħin f' out-of-home care jgħixu ġewwa djar residenzjali jew foster families differenti. Din iċ-ċirkostanza kienet qed tikkawża trawmi doppji fuq dawn il-minuri. Kien għalhekk, li ttieħdet id-deċiżjoni li meta jkun hemm ordni ta’ ħarsien illi tikkonċerna każijiet ta’ aħwa, kemm jista’ jkun, dawn l-aħwa jitrabbew flimkien. Intant, l-ispiża rikorrenti biex l-istat jieħu ħsieb kif jixraq lil dawn il-minuri hija kif ġej; Qormi – Siblings’ Home Rabat Paola St.Venera Total Costs per annum € 301,915 Total Costs per annum € 317,618 Total Costs per annum € 194,858 Total Costs per annum € 60,139 No of persons 8 No of persons 3 No of persons 2 No of persons 1 Per capita per annum € 37,739 Per capita per annum € 105,873 Per capita per annum € 97,429 Per capita per annum € 60,139 Per capita per day € 103 Per capita per day € 290 Per capita per day € 267 Per capita per day € 165
Leg 13 PQ #2787 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ingaġġ ta’ labourers

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 2123 u tgħid kemm daħlu labourers mal-Ministeru għal Għawdex bejn it-8 ta' Marzu 2013 u l-aħħar ta' Settembru 2017? Tista' tgħid mil-liema lokalitajiet f'Għawdex kienu dawn il-persuni li ġew ingaġġati u f'kull każ kemm kien ilhom jirreġistraw mal-ETC jew JobsPlus għax-xogħol? Tista' tgħid f'kull ingaġġ li sar meta nħarġu l-calls, fejn ġew ippubblikati l-calls, kemm damu miftuħa u x'tip ta' kwalifiċi u esperjenza ried ikollhom? Kemm applikaw u kemm intgħażlu għal kull sejħa? Tista' l-Ministru tgħid każ b'każ ta' dawk li ġew ingaġġati x'tip ta' xogħol qed jagħmlu llum u jekk intbagħtux jagħmlu xi korsijiet u jekk iva x'korsijiet kienu? Kemm minn dawk ingaġġati f'dan il-perjodu diġà ngħataw promozzjoni? Hemm il-ħsieb li jiġu ngaġġati iżjed labourers matul is-sena 2018?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perijodu riferut ġew appuntati 86 persuna fil-grad ta’ Labourer, li ġew magħżula skont il-ħiliet u l-esperjenzi li għandhom. L-aħħar ingaġġ sar fl-1 ta’ Gunju 2017. Dawn il-Labourers ġew assenjati diversi ħidmiet fl-uffiċċini u taqsimiet fi ħdan id-Direttorati fil-Ministeru.
Leg 13 PQ #2788 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – contracts for service

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlametari 1795 u tgħid kemm ingħataw contracts for service mill-Ministeru inkluż id-dipartimenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha minn Marzu 2013 sal-lum, sena b’sena? Tista’ tagħti wkoll dettalji dwar it-tul ta’ żmien ta’ kull kuntratt, is-servizzi li ngħataw, kif ukoll il-pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra fir-rigward ta’ kull tali kuntratt?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #2789 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – impjegati

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 363 u tgħid kemm-il persuna ġiet impjegata mal-Ministeru għal Għawdex jew xi wieħed mid-direttorati u d-dipartimenti li jaqgħu taħt dan il-Ministeru minn Marzu 2013 sa Ġunju 2017? F’liema kariga u skala ġew impjegati dawn il-ħaddiema? F’kull każ tista’ tgħid jekk is-sejħa nħarġitx wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u jekk le, x'kienet ir-raġuni?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perijodu msemmi ġew impjegati 147 persuna mal-Ministeru fi gradi diversi u dan skont il-ħtiġiet li nqalgħu. Dawn il-sejħiet ħarġu skont kif inhu irregolati l-ingaġġ ta’ ħaddiema fis-servizz pubbliku.Ta’ min isemmi ukoll li fl-istess perijodu kien hemm 215-il persuna li rtiraw jew irriżenjaw mis-Servizz Pubbliku, ġew trasferiti f’Ministeri oħra, tkeċċew mis-Servizz Pubbliku jew mietu.
Leg 13 PQ #2790 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Nadur – Triq l-Imġarr – terms of reference għall-istudju

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2268, tista’ l-Ministru tgħid min qed iħejji t-terms of reference għall-istudju biex isiru interventi fi Triq l-Imġarr fin-Nadur? Tista' tgħid meta huwa mistenni li jkunu lesti dawn it-terms of reference?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li t-Terms of Reference indikati qed jitħejjew minn Perit fi ħdan il-Ministeru u mistenni li jkunu lesti sa l-aħħar ta’ din is-sena.

Electrogas – gass stored fit-tanker

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ elettriku li xtara l-Gvern mill-Electrogas u b’liema prezz il-Gvern ħallas għal dan l-elettriku fl-2017? Jista’ jgħid kemm-il darba t-tanker li qed jintuża bħala store tal-gass li jintuża mill-power station kien mogħti konsenja ġdida ta’ supply gas biex jintuża mill-power station fl-2017? Jista’ jgħid mill-power station li tuża l-gass, kemm filfatt użat gass li kien qed ikun supplied mit-tanker li hemm fil-bajja ta’ Delimara matul l-2017? (Nifhem li meta qed tintuża l-kelma gass, qed nirreferi għal-LNG)

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta wasal l-LNG tanker fil-bajja ta’ Marsaxlokk, inħattu total ta’ tmien kunsinni ta’ LNG. It-tagħrif mitlub, rigward kemm intuża gass mit-tanker matul l-2017, kif ukoll l-ammont ta’ elettriku li xtara l-Gvern mill-Electrogas u b’liema prezz il-Gvern ħallas għal dan l-elettriku fl-2017, għandu valur kummerċjali għall-Enemalta plc. Minħabba f’hekk, l-iżvelar ta’ dan it-tagħrif jista’ jippreġudika n-negozju tal-istess Kumpanija.

Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – responsabilità politika

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, fid-dawl tal-fatt li l-eks canvasser tiegħu, li ddaħħal jaħdem f’entità li taqa’ taħt ir-responsabilità ministerjali tiegħu, tressaq il-Qorti b’rabta ma’ każi ta’ tixħim u frodi fil-qadi ta’ dmirijietu fl-istess entità; u fid-dawl ta’ dak li dejjem sostna dwar responsabilità politika u dwar l-importanza li m’għandux ikun hemm liġi għall-allat u liġi għall-annimali, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux se jerfa’ responsabilità politika dwar dan il-każ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Dejjem erfajt ir-responsabbiltà politika u ħadt il-passi kollha meħtieġa biex ħadd, hu min hu, ma jkun 'il fuq mil-liġi kif spjegajt fl-istqarrija ministerjali li għamilt fis-seduta 458 tal-5 ta' Diċembru 2016. Fil-fatt fis-16 ta' April 2016 jiena infurmajt lill-Kap Eżekuttiv ta’ dak iż-żmien li “Treat him like any normal employee.” u “No one outside good governance regulations....”. F’April stess tas-sena l-oħra għidtlu wkoll “Please understand that no one no one enjoys immunity or is untouchable....”. F’Ġunju ta’ dik is-sena għidt lis-CEO “...we cannot have him run a parallel rogue operation that does not respect any procedures on how public money is spent...” Fl-istess żmien ridt li ma jitħallsux irċevuti ssuspettati li huma falsifikati. F’Awwissu ordnajt investigazzjoni dwar dan. Malli ntemmet u rrikkmandat li jittieħdu passi rajt li jsir rapport lill-Pulizija dwar dan. Fl-10 ta’ Settembru 2016 is-CEO ta’ dak iż-żmien qalli, wara li ħadt il-passi meħtieġa, “But Sir what you are doing NOW, after you have plenty of tangible evidence is what you will be judged upon...nobody thinks you were involved then...but now your duty is clear.” Dan id-dmir wettaqtu. Malli kelli "tangible evidence" infurmajt lill-Pulizija, lill-Internal Audit and Investigations Department u lill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni b’dak li ġara u mpenjajt ruħi li nikkopera f’kull investigazzjoni li riedu jagħmlu.
Leg 13 PQ #2812 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Delegazzjoni mexxija mill-Ewroparlamentari Soċjalista

Question

Peress li l-Ewroparlamentari Soċjalista Ana Gomes, li mexxiet delegazzjoni tal-Parlament Ewropew f’Malta bejn it-30 ta’ Novembru u l-1 ta’ Diċembru kkonkludiet li f’Malta hawn nuqqas ċar ta’ rieda politika li jittieħdu passi kriminali fil-konfront ta’ nies fil-poter, tant, li f’messaġġ fuq Twitter nhar l-4 ta’ Diċembru 2017 qalet bla tlaqliq li “Muscat shelters in his Gov the corrupt exposed in PanamaPapers and Malta’s FIAU”, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk din l-Ewroparlamentari Soċjalista, mill-istess partit politiku tal-Partit Laburista, hiex fost dak il-grupp partikolari ta’ MEPs li skont hu, “Malta għandha issue magħhom?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li la jien u lanqas il-pajjiż m’għandu issue ma ħadd. Huwa ħaddiehor, ewlieni fosthom grupp politiku fil-Parlament Ewropew, li għaliex mitmugħ informazzjoni parzjali u ħafna drabi skorretta, jidher li għandu issue ma’ Malta.
Leg 13 PQ #2813 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għat-Turiżmu

Airmalta – impjegati – early retirement schemes

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-early retirement schemes għall-impjegati tal-Airmalta li diġà saret referenza għalihom fil-pubbliku, humiex lesti? Dawn minn fejn ser jiġu ffinanzjati? Sar provvidement fil-pjan finanzjarju tal-gvern għas-sena 2018, jekk ser jitħallsu mill-gvern u mhux mill-kumpanija? Il-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata b’dawn l-iskemi? Hemm state aid clearance min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea? Hemm ħsieb li l-impjegati tal-Airmalta jiġu trasferiti fis-servizz pubbliku jew fis-settur parastatali?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-early retirement schemes tfasslu u maqbula mar-rappreżentanti tal-impjegati tal-kumpanija u jibdew jitħallsu malli jiġu konklużi l-ftehimi kollettivi. Dawn se jitħallsu mill-Kumpanija u mhux mill-Gvern u allura m’hemm l-ebda State Aid.
Leg 13 PQ #2821 Sitting 64 2017-12-12 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Ministeru għal Għawdex

Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tal-Munxar – Impjant tar-riċiklaġġ tad-demel

Question

Peress li kien hemm oġġezzjonijiet kbar mir-residenti u mill-Kunsilli Lokali Ta’ Sannat u tal-Munxar, tista’ l-Ministru tgħid jekk tafx li l-investitur tefax applikazzjoni għand l-Awtorità tal-Ippjanar dwar l-impjant tar-riċiklaġġ tad-demel li huwa intiż li jsir fi Triq Żgħawri, il-Munxar, Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2795.