Legislature:
Category:
Reset
Active:

Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet irċieva kull sena, id-Direttorat għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ ta’ Formoli Notifika D – Reġistrazzjoni Volontarja għall-Ċittadini Maltin li Se Jsiefru jew Jgħixu Barra minn Malta, minn meta ġew varati?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Formola Notifika D - Reġistrazzjoni Voluntarja għall-Maltin li Jsiefru u l-Jgħixu Barra minn Malta – ġiet varata nhar is-6 ta’ Novembru 2013 u minn dak in-nhar is-sottomissjonijiet kienet hekk kif elenkat hawn taħt: 45 l-applikazzjoni fl-2013; 238 l-applikazzjoni fl-2014; 794 l-applikazzjoni fl-2015; 1226 l-applikazzjoni fl-2016; 951 l-applikazzjoni (ċifra sal-11 ta’ Diċembru) fl-2017.

Digriet mogħti mill-Qorti dwar Ambaxxatur

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif għadu ma ġiex sospiż l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament wara li nħareġ digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati ta’ Malta fil-31 t’Ottubru 2017 (Gazzetta tal-Gvern numru 19,899) li jirreferi għall-inċident serju stradali bil-karozza uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ? L-Ambaxxatur kellu dritt jagħmel użu minn vettura uffiċjali (number plates qed jingħataw separatament) waqt li qiegħed Malta u mhux jaqdi l-funzjonijiet tiegħu l-Olanda?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-Gazzetta tal-Gvern imsemmija fil-mistoqsija ma hemm l-ebda referenza għal kaz.
Leg 13 PQ #2931 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: DAVID STELLINI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

WTO – envoy – laqgħat ta’ Ambaxxaturi Permanenti f’Ġinevra

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il laqgħa tal-Ambaxxaturi Permanenti f’Ġinevra għal World Trade Organisation (WTO), magħrufa fil-qosor bħala HOMs, attenda u rrapporta lill-awtoritajiet kompetenti l-envoy tiegħu għall-World Trade Organisation (WTO) l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, mill-bidu tal-ħatra tiegħu sal-lum? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-minuti/rapporti ta’ dawn il-laqgħat li għalihom attenda l-istess individwu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nistieden lill-Onor Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Londra – Kummissjoni Għolja Maltija – passi dixxiplinarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex fil-każ tal-mistoqsija parlamentari 22284 tat-12-il Leġiżlatura ma ttieħdux pass dixxiplinari f’każ daqstant serju? Għaliex l-uffiċjal konċernat għadu jservi ta’ Konslu Ġenerali ta’ Malta f’Toronto?

Response (ABELA, CARMELO)

Nirreferi lil Onor. Interpellant għar-risposta li ngħatat għall-Mistoqsijiet Parlamentari 22284 tal-legislatura XII u numru 1881 ta’ din il-leġislatura.
Leg 13 PQ #2951 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Passi kontra bank

Question

Ladarba l-ebda mill-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu ma ħadu l-ebda azzjoni effettiva fil-konfront tal-bank li d-dettalji dwaru qed jingħata separatament, jista’ l-Ministru jgħid x’passi se jieħu hu biex jara li l-awtoritajiet li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu iwettqu dmirhom fil-konfront ta’ dan il-bank?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi mgħandi l-ebda ħsieb li nħalli lil min ju\ani biex issir xi pressjoni fuq istitutzzjonijiet pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Filwaqt li ntenni l-fiduċja sħiħa tiegħi fihom nappella lil dawn l-istituzzjonijiet jitħallew jaħdmu b’mod trankwil fil-qadi ta’ xogħolhom.

Direttur għall-Affarijiet Ewropej — CV

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-CV tad-Direttur għall-Affarijiet Ewropej, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija protetta bil-Liġi tad-Data u għaldaqstant ma tistax tingħata.

Dokumenti uffiċjali, passaporti u karti tal-identità ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’nazzjonalitajiet għandu r-raġel tad-Direttur li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti uffiċjali, passaporti u karti tal-identità għad-dispożizzjoni tiegħu kemm dik Maltija kif ukoll dawk barranin?

Response (ABELA, CARMELO)

Ma nistax nifhem x’relevanza għandha din il-mistoqsija.

Individwu – kwistjonijiet ma’ pulizija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qattx kellu kwistjonijiet mal-Pulizija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mhux għaqli li informazzjoni ta' din in-natura, jekk din teżisti, fuq l-individwu li d-dettalji tiegħu ngħataw separatament, għandha tiġi ppubblikata.
Leg 13 PQ #2960 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Reġistru Pubbliku – divorzji rreġistrati

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm ġew reġistrati divorzji ġewwa r-Reġistru Pubbliku li ġew pronunzjati minn Qorti jew xi awtorità oħra kompetenti barranija, mis-sena 2010 sal-lum? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għal kull sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ġejt nformat li n-numru ta’ divorzji li ġew pronunzjati minn Qorti jew xi awtorità oħra kompetenti barranija, mis-sena 2010 sal-lum li ġew reġistrati ġewwa r-Reġistru Pubbliku huma: 2010 47 2011 69 2012 66 2013 57 2014 67 2015 89 2016 124 2017 sal-11ta’ Diċembru 76
Leg 13 PQ #2961 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ismijiet tat-tfal

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid liema kienu l-aktar tliet ismijiet komuni li ngħataw lil trabi li twieldu f'Malta kemm għas-subien kif ukoll għall-bniet sa mis-sena 2000 sal-lum, maqsuma sena b’sena?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, it-tagħrif mitlub.

Servizz ta’ sapport professjonali mill-psikologi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hemm psikologi mħarrġa fil-qasam tas-saħħa mentali fil-Ministeru tiegħu? Kemm kellhom klijenti/pazjenti matul is-sena 2016? X'għandu wieħed jagħmel biex jagħmel użu minn dan is-servizz?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bħalissa hemm 15 -il psikologu li jaħdmu fis-Servizzi Psikoloġiċi. Dawn il-psikologi huma kollha mħarrġa fil-qasam tas-saħħa mentali. Sabiex wieħed jagħmel użu minn dan is-servizz hemm diversi mezzi. Servizzi fil-komunita' jistgħu jiġu utilizzati billi wieħed jagħmel ticket of referral mingħand tabib tal-familja u b'hekk jaċċessa il-GP services. Il-pazjenti li jużaw il-POP u l-Mental Health Clinics jistgħu jiġu referuti għand il-psikologu permezz ta’ referral mingħand psikjatra. Servizzi fl-isptar mentali: Il-pazjent jiġi riferut mill-psikjatra kuranti. L-aċċess għas-servizz psikoloġiku għat-tfal u ż-żagħżagħ (fi ħdan ic-Child and Young People's Service) huwa permezz ta' referral mill-Konsulent Psikjatra. Servizzi fl-isptar Karen Grech: Il-pazjent jiġi riferut mill-Allied Health Professionals, mill-Konsulent kuranti, kif ukoll direttament mill-psikologu. Fil-każ tas-servizz ta’ Staff Support il-persuna tirreferi lilha nnfisha sabiex tkun tista’ tagħmel użu minn dan is-servizz. Dar Kenn għal Saħħtek: Ir-resident jkun jista’ jiġi riferut mill psikjatra kuranti u/jew mill-Allied Health Professional u/jew direttament mill-psikologu. Servizzi f’l-isptar Mater Dei. Il-pazjent jiġi riferut mill-konsulent kuranti tiegħu kif ukoll mill-Allied Health Professionals. Fil-każ tas-servizz ta’ Staff Support il-persuna tirreferi lilha nnfisha għal dan is-servizz. Ninfurmah ukoll illi fl-2016 kien hemm 3,132 pazjent li għamel użu mis-servizzi Psikoloġiċi

Servizzi ta’ Assistant Psychologists fil-qasam tas-saħħa mentali

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm offrew sessjonijiet fi gruppi l-Assistant Psychologists lill-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali? Fiex kienu jikkonsistu dawn is-sessjonijiet u fejn saru dawn is-sessjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul l-2016 saru 341 sessjoni fi gruppi mill- Assistant Psychologists. Dawn is-sessjonijiet kienu jinkludu Psycho-education għal diversi tipi ta’ nies bi problemi differenti, saħansitra għal ġenituri ta’ tfal bi problemi ta’ saħħa mentali u ta’ mġieba, Assertiveness Training, EMDR interventions for Post-Traumatic Stress Prevention u interventi psikoloġiċi għas-support staff post trauma. Dawn is-sessjonijiet saru f’diversi postijiet fosthom fl-isptar Monte Carmeli, fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, fl-isptar Mater Dei u fil-kwartieri tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Nefqa fil-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali fil-komunità

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità fis-sena 2016?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2818.

Nefqa fis-sodod fl-Isptar Mater Dei u fl-Isptar Monte Carmeli

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti dettalji dwar kemm tiswa ta’ kuljum sodda fl-Isptar Mater Dei u sodda fl-Isptar Monte Carmeli?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-ispiża ta’ sodda kuljum fl-isptarijiet Mater Dei u Monte Carmeli tvarja skont it-trattament u l-kura li jkun jeħtieġ il-pazjent kkonċernat.

Natura 2000 Buskett – monitoraġġ tax-xogħol

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2583, ladarba kien hemm tenders pubbliċi li ngħataw, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kumpaniji li ġew mogħtija dawn it-tenders? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapporti li għamlu dawn il-kumpaniji msemmija?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għall-proġett imsemmi fit-tweġiba tal-Mistoqsija Parlamentari Nru 2583, fil-Buskett ngħataw żewġ tenders għall-monitoraġġ li huma ko-finanzjati mill-EU Life+ Nature li huma AIS Environment Ltd u Ecoserv Ltd. Dawn ir-rapporti jinsabu fuq il-link tal-proġett http://lifesavingbuskett.org.mt/reports/
Leg 13 PQ #2979 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: GODFREY FARRUGIA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Barranin li jgħixu f’Malta

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 2527, jista' l-Prim Ministru jagħti l-lista kollha ta' kemm hawn barranin li jgħixu f’Malta bħala residenti reġistrati peress li wieħed jinnotta li dawk Ewropej huma nieqsa mil-lista tar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2527?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2527 tirrifletti l-istatistka uffiċjali skont il-metodologija tal-Eurostat li tirrigwardja ċittadini ta’ pajji¿i terzi li jgħixu f’Malta, kif miġbura minn Identity Malta. Din il-lista teskludi ċittadini li ġejjin mill-Unjoni Ewropea, għaliex Identity Malta tintalab biss mill-NSO sabiex tipprovdi informazzjoni fuq ċittadini ta’ pajjizi terzi li għandhom permess ta’ residenza. L-informazzjoni dwar il-popolazzjoni f’Malta, maqsuma bejn Maltin u barranin, inklu¿ dawk iċ-ċittadini li ġejjin mill-UE, tinkiseb mill-NSO. Dan għaliex skont id-definizzjoni wzata mill-Eurostat, mhux kull ċittadin tal-Unjoni Ewropea li jikseb dokument ta’ residenza, b’validità ta’ ħames snin, jista’ jitqies li huwa resident ta’ Malta. Dan huwa dovut għall-fatt li ċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea m’humiex obbligati li jagħmlu direġistrazzjoni meta ma jibqgħux jgħixu f’Malta, għal kontra ta’ ċittadini ta’ pajjizi terzi li kif jiskadilhom il-permess ta’ residenza jkunu awtomatikament ikkunsidrati li m’għadhomx jgħixu f’Malta.

Negozji f’kull lokalità ta’ Malta u Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm negozji ta’ retail f’kull lokalità f’Malta u Għawdex sal-aħħar tal-2016 u kemm hawn negozji ta’ retail sal-11 ta’ Diċembru 2017?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.

Dipartiment tas-Saħħa – Approvazzjonijiet għal beauty treatment and physical well-being

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhu n-numru ta’ approvazzjonijiet li d-Dipartiment tas-Saħħa ħareġ għal talbiet ta’ liċenzi ta’ beauty treatment and physical well-being fis-snin 2014, 2015, 2016 u 2017 separatament? Jista’ jgħid ukoll jekk id-Dipartiment tas-Saħħa għandux reġistru taċ-ċentri ta’ beauty treatment and physical well-being centres fil-lokalitajiet ta’ Malta u Għawdex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrindenza tas-Saħħa Pubblika joħroġ l-approvazzjonijiet neċessarji għal postijiet ta’ Beauty treatment and physical well-being centres f’Malta u f’Għawdex. Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tabella t’hawn taħt: Sena Numru ta’ talbiet approvati f’Malta. Numru ta’ talbiet approvati f’ Għawdex. 2014 101 8 2015 116 1 2016 78 2 2017 ( Jannar sa1-14 ta’ Diċembru ) 47 1

Il-Mosta – Triq il-Mastrudaxxa — Kuntratti ta’ ġbir ta’ skart

Question

B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2798, jista’ l-Ministru jieħu l-passi neċessarji sabiex kuntratt diġà eżistenti għal ġbir ta’ skart, ikun estiż għal toroq inkluż Triq il-Mastrudaxxa, li tali kuntratt kien diġà maħruġ mill-Malta Enterprise? (Din it-talba qed issir għaliex din id-deċiżjoni tista’ tittieħed mingħajr ma jkun hemm il-proċeduri li ngħataw fir-risposta mogħtija).

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm mhuwiex il-kompitu tal-MIP li jinġabar skart miż-żoni Industrijali kollha tal-Mosta, bħalissa l-MIP qiegħdha tiġbor skart minn żona Industrijali partikolari fil-Mosta, anke jekk din iż-żona mhiex żona Industrijali tal-Gvern. Din is-sitwazzjoni ser tiġi ndirizzata u bħalissa qed jitħejjew diskussjonijiet mal-partijiet konċernati.