Legislature:
Category:
Reset
Active:

Marsaskala – football pitch — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha se jinbena l-football pitch ta’ Marsaskala?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit tal-football pitch ta’ Marsaskala jinstab barra iż-Żona ta’ l-iżvilupp u ġo żona identifikata għal facilitajiet ta’ rekrejazzjoni (ara Mappa MS1 annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Leg 13 PQ #2824 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fibre Optic Link — tender

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk ħarġux il-permessi neċessarji biex isir ix-xogħol fuq il-fibre optic link bejn Malta u Għawdex? Jekk iva, tista' tpoġġi kopja ta' dawn il-permessi fuq il-Mejda tal-Kamra? Tista' tgħid jekk ħarġux it-tender għal dan ix-xogħol u jekk iva meta ħarġu? Jekk le, x’inhi r-raġuni li għadhom ma ħarġux dawn it-tenders u meta huwa ppjanat li jinħarġu?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li l-applikazzjonijiet neċessarji għall-permessi meħtieġa biex isir ix-xogħol fuq il-fibre optic link bejn Malta u Għawdex qed ikunu proċessati mill-Awtorita’ tal-Ippjanar. Il-vetting tad-dokument tat-tender mid-Dipartiment tal-Kuntratti, wasal fi stadju avvanzat.
Leg 13 PQ #2825 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Junior Architects

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm ġew ingaġġati Junior Architects fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex minn Marzu 2013 sal-lum? Tista’ tgħid meta nħarġet is-sejħa f'kull każ u jekk is-sejħa nħarġitx internament fis-Servizz Pubbliku jew minn barra? Tista' f'kull każ tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' kull sejħa li saret? Tista' tgħid xi kwalifiki u/jew kemm snin ta' esperjenza ntalbu lill-applikanti biex setgħu jkunu eleġibbli? X'tip ta' xogħol qed jagħmlu preżentament dawk magħżula u f’liema sezzjoni tal-Ministeru qegħdin?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninsab infurmata li fil-perijodu imsemmi ġew ingaġġati 2 Junior Architects mal-Ministeru għal Għawdex. Is-sejħiet għal dawn il-postijiet vakanti kienu minn barra u kienu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern Nru 19,485 tat-13 ta’ Ottubru 2015. Il-persuni li ġew ingaġġati f’dawn il-gradi kienu magħżula minn Bordijiet tal-Għażla maħtura apposta u l-kriterji użati kienu approvati mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ilma – kontijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta’ Ilma x’ammont ta’ kontijiet pendenti għandha li għadha trid tħallas għal xogħol li sar f'Għawdex jew servizzi li xtrat f'Għawdex? Jista' għal kull każ jgħid, x’kien ix-xogħol li sar, jekk inħarġitx tender, is-sena meta sar ix-xogħol u t-triq u l-lokalità fejn sar ix-xogħol? Meta hu ippjanat li jitħallsu dawn il-kontijiet?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għandha żewġ kontijiet pendenti għal xogħolijiet li saru fl-aħħar kwart tas-sena 2016 u d-dettalji ta’ dawn ix-xogħlijiet jinsabu fit-tabella t’hawn taħt. Deskrizzjoni tax-xogħol Ammont Pendenti (VAT eskluż) Ingħata b’Tender? Iva/Le Meta sar ix-xogħol Triq Lokalita Ħlass Ippjanat Tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ katusi €566,829.00 Iva L-aħħar kwart tas-sena 2016 Ħondoq / Ta’ Ċenċ Qala, Xewkija, Sannat Diċembru 2017 Tħaffir ta’ trinek u tqegħid ta’ katusi €282,000.00 Estensjoni ta’ xogħol wara li kien inħareġ tender . L-aħħar kwart tas-sena 2016 Triq Sant’ Ursola Rabat, Għawdex Diċembru 2017
Leg 13 PQ #2827 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Intervention unit

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2696, tista’ l-Ministru tgħid xi grad għandu u kemm ilu jaħdem mal-Gvern, kull wieħed mill-11-il ħaddiem tal-Intervention Unit fil-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2838 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – uffiċjali li ħadu kumpens għas-servizz telefoniku

Question

Tista' l-Ministru twieġeb il-mistoqsija parlamentari 1798 u tgħid kemm uffiċjali fil-Ministeru għal Għawdex inkluż id-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha, u li x-xogħol tagħhom mhux regolat b’kuntratt, irċevew xi tip ta’ kumpens għas-servizz telefoniku permezz ta’ amenda fis-salarju rispettiv tagħhom jew permezz ta’ rimbors jew inkella permezz ta’ għotja ta’ top up mobile cards? Tista’ tgħid min kienu dawn l-uffiċjali kif ukoll tispeċifika r-raġuni u fiex kien jikkonsisti l-kumpens f’kull każ, inkluż l-ammont rispettiv u jagħti dan it-tagħrif minn Marzu 2013 sal-lum, maqsum sena b’sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2839 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Fast ferry service bejn Għawdex u Malta

Question

Tista' l-Ministru tgħid meta hu mistenni li jibda s-servizz tal-fast ferry service bejn Għawdex u Malta?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li hu fil-pjan tal-Gvern li jkun hawn il-fast ferry service bejn Għawdex u Malta. Dan ser isir wara li jiġi konkluż l-eżerċizzju tal-PSO.

Karozza tal-linja bin-numru 82 – żieda ta’ vjaġġi

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-vjaġġi tal-karozza tal-linja bin-numru 82 jiżdiedu fil-ħinijiet ta’ filgħodu, peress illi diversi residenti ta' Birżebbuġa qegħdin jitħallew l-art peress li l-karozza tal-linja qegħda tgħaddi mimlija u għalhekk il-ħaddiema qegħdin jaslu tard għax-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur.

Karozzi tal-linja 80 u 82

Question

Jista’ l-Ministru jara li l-karozzi ta' linja bin-numru 80 u 82 jibdew jgħaddu mill-Qajjenza wkoll ħalli jibdew jinqdew ir-residenti ta' din iż-żona?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ttieħdet nota ta’ dan is-suġġeriment għal aktar konsiderazzjoni fil-futur.

Żona ta’ Ħ’Attard – teħid ta’ 120 tomna ta’ art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fiż-żona ta' Ħ’Attard ser jittieħdu madwar 120 tomna (135,000 metru kwadru) ta' art verġni li tikkonsisti f'raba’ agrikola biex isiru xi toroq? X'tip ta' triq ser issir? Jista’ l-Ministru jpoġġi l-pjanti proposti ta' din t-triq fuq il-Mejda tal-Kamra? Fuq pjanta, jista’ jimmarka liema huma dawk il-bdiewa li ser jiġu affetwati minn dan il-proġett u kemm ser jittieħdilhom raba’?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil Onor. Interpellant li le mhux minnu li fiż-żona ta' Ħ’Attard ser jittieħdu madwar 120 tomna (135,000 metru kwadru) ta' art verġni sabiex isiru xi toroq.

Żona ta’ Ħ’Attard – teħid ta’ 120 tomna ta’ art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx illi fiż-żona ta' Ħ’Attard ser jittieħdu madwar 120 tomna (135,000 metru kwadru) ta' art verġni li tikkonsisti f'raba agrikola biex issir triq distributorja? Kif ser ikunu affetwati l-bdiewa li jaħdmu din l-art?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2856.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal retail outlets

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal retail outlets tal-bdiewa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal sanzjonar / bini ta’ stalel taż-żwiemel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal sanzjonar / bini ta' stalel taż-żwiemel, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.
Leg 13 PQ #2916 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP – kumpanija – persuna li toffri servizz bi ħlas fil-forma ta’ referral services

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid hux aċċettabbli għalih li skont kif qed jiġi rapportat, il-kumpanija tal-mara taċ-Chief of Staff tiegħu toffri servizzi bi ħlas fil-forma ta’ referral services for private individuals who wish to take part in the IIP (Individual Investor Programme)?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 2915.
Leg 13 PQ #2917 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP – kumpanija — aġenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid ma’ liema aġent tal-IIP (Individual Investor Programme) taħdem il-kumpanija tal-mara taċ-Chief of Staff tiegħu?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 2915.
Leg 13 PQ #2918 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP — klijenti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk xi nies li ltaqa’ magħhom iċ-Chief of Staff tiegħu sarux klijenti tal-kumpanija tal-mara taċ-Chief of Staff tiegħu fil-kuntest tas-servizz li toffri ta’ referral service for private individuals who wish to take part in the IIP (Individual Investor Programme) jew fil-kuntest ta’ kwalunkwe servizz ieħor li toffri?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 2915.
Leg 13 PQ #2919 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

IIP – Servizz ta’ referral services

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk iċ-Chief of Staff tiegħu talabx il-permess tiegħu qabel ma’ l-mara tiegħu,skont kif qed jiġi rapportat, bdiet toffri servizz ta’ referral service for private individuals who wish to take part in the IIP (Individual Investor Programme) mill-kumpanija tagħha?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba għall-mistoqsija 2915.
Leg 13 PQ #2920 Sitting 65 2017-12-18 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Chief of Staff – kunflitt ta’ interess

Question

Jista’ l-Prim Ministru jikkonferma li ċ-Chief of Staff tiegħu, li terġa’, jinsab taħt inkjesta kriminali dwar allegat tixħim fuq bejgħ ta’ passaporti, għandu kunflitt ta’ interess meta skont kif qed jiġi rapportat il-mara tiegħu hija azzjonista f’kumpaniji li toffri servizzi marbuta mal-Individual Investor Programme (IIP) jew kif inhu magħruf aħjar il-programm ta’ bejgħ taċ-Ċittadinanza Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi waqt li l-ewwel parti tal-mistoqsija tiegħu bħal drabi ohra ohra hija bba¿ata fuq premessa ¿baljata, dwar it-tieni parti tal-mistoqsija tieghu nirreferih ghat-tweġiba għal mistoqsija 2915.

Uffiċjali Diplomatiku/Ambaxxatur/Kummissarju – kontijiet bankarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-prassi meta uffiċjal diplomatiku u/jew Ambaxxatur/Kummissarju Għoli/Rappreżentant Permanenti jispiċċa mill-posting f’xi Ambaxxata/Kummissjoni Għolja/Rappreżentanza Permanenti jekk għandux/iex jinforma lill-awtoritajiet kompetenti fuq il-kontijiet bankarji tiegħu/ha u/jew tal-familjari tiegħu/ha fejn serva/iet u jekk għandux/hiex dritt i/tħalli l-istess kontijiet bankarji bl-indirizz tal-Ambaxxata anke snin wara li j/tkun spiċċa/t?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor Interpellant illi meta uffiċjal diplomatiku u/jew Ambaxxatur/Kummissarju Għoli/Rappreżentant Permanenti jispiċċa mill-posting f’xi Ambaxxata/Kummissjoni Għolja/Rappreżentanza Permanenti, il-kont ta’ l-Ambaxxata jibqa` miftuħ. Dan ifisser illi bejn posting u ieħor il-kont bankarju ma jiġix affettwat. Hija prassi tal-Ministeru illi joħroġ ittra speċifika li tawtorizza lill-Uffiċjal li jkun għadu kif ġie maħtur fil-Missjoni ta’ Malta bl-awtorita` meħtieġa biex jassumi l-awtorita` finanzjarja fuq il-kont ta’ dik l-Ambaxxata rispettiva. Inżid ninforma lill-Onor Interpellant illi naturalment hija ir-responsabilita` ta’ kull Uffiċjal diplomatiku u/jew Ambaxxatur/Kummissarju Għoli/Rappreżentant Permanenti li jispiċċa mill-posting li jieħu ħsieb jagħlaq il-kont personali tiegħu u li fi kwalunkwe każ qatt ma jħalli l-indirizz tal-kont fuq l-indirizz tal-Missjoni Maltija.

Direttur għall-Affarijiet Konsulari – kopja tas-CV

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-CV tad-Direttur għall-Affarijiet Konsulari, li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija protetta bil-Liġi tad-Data u għaldaqstant ma tistax tingħata.