Legislature:
Category:
Reset
Active:

Linji gwidi ta’ żbir ta’ siġar f’żoni pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-gwidi u x’qed jagħmel il-Ministeru dwar il-mod u ż-żmien ta’ meta jsir iż-żbir ta’ diversi speċi ta’ siġar f’żoni pubbliċi meta dawn jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-kunsilli lokali, kooperativi, entitajiet privati jew ħidma mogħtija f’għamla ta’ kuntratti li jingħataw mill-Gvern? Hemm formula t’applikazzjoni u verifika qabel ma dan jitwettaq? X’moniteraġġ jeżisti dwar hekk?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’każijiet fejn isir żbir ta’ siġar protetti skont L.S. 549.64, ir-Regolamenti dwar il-Ħarsien tas-Siġar u l-Imsaġar 2011, hemm obbligu ta’ permess ambjentali li fih ikun hemm kundizzjonijiet sabiex ix-xogħlijiet isiru biss fiż-żmien adekwat biex ma ssirx ħsara lis-siġar. L-applikant huwa obbligat illi jinforma l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ġimgħa qabel ma jsiru x-xogħlijiet sabiex tkun tista’ tagħmel monitoraġġ u tispezzjona dawn ix-xogħlijiet waqt illi jkunu qegħdin isiru. F’każ ta’ siġar tal-palm fl-2016, id-Direttorat għall-Ħarsien tal-Pjanti aġġorna l-linji gwida fejn jirrigwarda ż-żbir u bexx biex jiġi mħares it-tixrid tal-Bumunqar l-Aħmar tal-palm. Dawn il-linji gwidi huma applikabbli għall-mixtliet, ċentri tal-ġonna, entitajiet tal-Gvern, organizzazzjonijiet mhux governattivi, individwi privati u s-sidien l-oħra kollha tal-palm.

Kunsilli Lokali – żbir ta’ siġar f’żoni pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’moniteraġġ għandhom il-kunsilli lokali mill-Ministeru dwar il-mod u l-waqt li jsir iż-żbir tas-siġar li jinsabu f’żoni pubbliċi li jaqgħu taħt il-ħarsien tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat.

Ċertifikati tal-mewt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid minn fejn jistgħu jinsabu u jinġiebu ċertifikati tal-mewt li jkunu tas-seklu 19 (madwar is-snin 1880)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministeru tiegħi mhuwiex responsabbli miż-żamma ta’ ċertifikati tal-mewt li seħħew fis-seklu 19 (qabel jew wara). Għadaqstant nitlob lill-Onorevoli interpellant biex iressaq il-informazzjoni tiegħu lill-Ministeru jew Ministeri kkonċernati.

Is-Seba’ Distrett Elettorali – flus minfuqa fuq manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, Kunsill Lokali b’Kunsill Lokali, fuq manutenzjoni ta’ toroq fis-Seba’ Distrett Elettorali fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-infieq ta' flus mill-Kunsilli Lokali fis-Seba' Distrett Elettorali fuq manutenzjoni ta' toroq matul is-snin 2015 – 2017 hum skond is-segwenti tabella. Ħa¿-¯ebbuġ Ħad-Dingli 2015 € 29,142,11 €3,564.79 2016 € 3,131,24 €6,278.16 2017 € 1,747,00 €3,368.33 L-Imtarfa Ir-Rabat Il-Baħrija (Rabat) 2015 €8,334.98 €18,975.60 €5,346.07 2016 €9,021.29 €13,813.94 €5,773.32 2017 €8,831.66 €11,546.76 €6,674.54 Tal-Virtu (Rabat) 2015 €2,544.69 2016 €3,403 2017 €2,748.22

It-Tmien Distrett Elettorali – flus minfuqa fuq manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, Kunsill Lokali b’Kunsill Lokali, fuq manutenzjoni ta’ toroq fit-Tmien Distrett Elettorali fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Infieq ta' flus mill-Kunsilli Lokali tat-Tmien Distrett Elettorali fuq manutenzjoni ta' toroq matul is-snin 2015 – 2017 huma skond is-segwenti tabella. Ħal BalzanBirkirkaraL-IklinĦal Lija 2015€2,275€14,153 €57,607.87€4,769.03 2016€1,706.25€113,292 €22,842.47€1,864.51 2017€910€70,116 €30,596.51€696.16

Id-Disa’ Distrett Elettorali – flus minfuqa fuq manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, Kunsill Lokali b’Kunsill Lokali, fuq manutenzjoni ta’ toroq fid-Disa’ Distrett Elettorali fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-infieq ta' flus mill-Kunsilli Lokali fid-Disa' Distrett Elettorali fuq manutenzjoni ta' toroq matul is-snin 2015 – 2017 huma skond is-segwenti tabella. Ħal Għargħur Msida S. Ġwann Swieqi Ta' Xbiex 2015 €9,279 €10,006.57 €22,516 €63,828.51 €716.04 2016 €29,220.35 €3,371.77 €20,969 €31,179.07 €328.75 2017 €19,980.01 €4,200.31 €17,080 €26,178.39 €21,539.13

L-Għaxar Distrett Elettorali – flus minfuqa fuq manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, Kunsill Lokali b’Kunsill Lokali, fuq manutenzjoni ta’ toroq fl-Għaxar Distrett Elettorali fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Infieq ta’ flus mill-Kunsilli Lokali fl-Għaxar Distrett Elettorali fuq manutenzjoni ta' toroq matul is-snin 2015 – 2017 huma skond is-segwenti tabelli. Naxxar Pembroke S.Ġiljan Sliema 2015 €69,715.55 €28,960.35 €111,318 €226,233 Pembroke S.Ġiljan Sliema 2016 €41,150.07 €131,799 €45,534 Pembroke S.Ġiljan Sliema 2017 €9,743.59 €26,753 €2,926

Il-Ħdax-il Distrett Elettorali – flus minfuqa fuq manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, Kunsill Lokali b’Kunsill Lokali, fuq manutenzjoni ta’ toroq fil-Ħdax-il Distrett Elettorali fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-infieq ta' flus mill-Kunsilli Lokali fil-Ħdax -il Distrett Elettorali fuq manutenzjoni ta' toroq matul is-snin 2015 – 2017 huma skond is-segwenti tabelli. Mosta 2015 €29,190.56 2016 €18,630.23 2017 €22,496.06 Attard 2015 €31,455.98

It-Tnax-il Distrett Elettorali – flus minfuqa fuq manutenzjoni ta’ toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus, Kunsill Lokali b’Kunsill Lokali, fuq manutenzjoni ta’ toroq fit-Tnax-il Distrett Elettorali fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Infieq ta’ flus mill-Kunsilli Lokali tat-Tnax –il Distrett Elettorali fuq manutenzjoni ta’ toroq huma skond is-segwenti tabella. MellieħaNaxxarSan Pawl il-Baħar 2015€287,080€6,558.68€140,000 2016€110,196€292,831.26€26,000 2017€826€114,285.98€236,000 Apparti dawn l-ammonti l-Kunsill Lokali tal-Mellieħa ħallas €35,817 kull sena bejn 2015 - 2017 skont il-ftehim tal-PPP dwar Triq l-Armier

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan sena b’sena matul is-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema kienu jew għadhom qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li kienu jew qegħdin jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perjodu mit-3 ta' Ġunju 2017 sad-data li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2617.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-ħaddiema li bdew iservu ma’ diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha u dan għal matul il-perijodu mill-10 ta' Marzu 2013 sat-2 ta' Ġunju 2017? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirefferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 2617.

WasteServ Malta Limited – impjegati ma’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema li bħalissa qed iservu ma' diversi entitajiet, fergħat, stabbilimenti u intrapriżi, uffiċini u/jew dipartimenti tal-kumpanija WasteServ Malta Limited li fil-fatt kienu u għadhom sal-lum fuq il-kotba tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jew xi kumpanija sussidjarja tagħha? Jista' jagħti lista bid-dettalji kollha iżda mingħajr l-ismijiet tal-ħaddiema, tad-diversi postijiet fejn dawn l-istess ħaddiema qed jagħmlu xogħol u x'inhu x-xogħol partikolari li qed jagħmlu?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bl-informazzjoni mitluba.

Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi – telefonati dwar każijiet ta’ emerġenza

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il telefonata rċeviet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar każijiet ta' emerġenza, xahar b'xahar, mill-1 ta' Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'azzjoni ttieħdet mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi dwar kull waħda mill-imsemmija telefonati?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi Tabella fuq il-Mejda tal-Kamra bil-każijiet ta’ emerġenza li l-Awtorità rċiviet fuq in-numru tal-emerġenza ta’ wara l-ħin tal-uffiċċju minn April 2016 sa Ottubru 2017. Din it-Tabella turi wkoll l-azzjoni li ttieħdet fuq il-każijiet elenkati. Qed tinġibed l-attenzjoni li d-dejta li bdiet tinżamm minn Frar 2017 hija differenti u iktar komprensiva minn dik tal-perjodu ta’ qabel, prinċiparjament peress li fi Frar 2017 l-Compliance & Enforcement Unit fi ħdan l-ERA issaħħet u bdiet tindirizza l-infurzar ta’ setturi ambjentali skont il-poteri mogħtija lilha mil-liġi.

Kumpless Sportiv tal-Marsa — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet tal-Kumpless Sportiv tal-Marsa?

Response (BORG, IAN)

Skond mappa 12 tal-Grand Harbour Local Plan (ara l-mappa annessa li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ), l-stadium u l-faċilitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa jinsabu ġo żona ta’ mportanza Xjentifika (Site of Scientific Importance - An area of geological importance has been identified as indicated on the Inset Map. Any works proposed to be carried out on or in the vicinity of this area which require development permission must be assessed in relation to their effect upon the geological significance of the site. Dumping or significant excavation of material will not normally be acceptable) Ir-reviżjoni tal-Pjan Lokali datat 10 ta’ Marzu 2011 jagħraf s-sit ta’ l-stadium u l-faċilitajiet fil-Kumpless Sportiv tal-Marsa bħala l-Marsa Sports Complex taħt il-policy GM 24 – The Marsa Sports Complex (ara l-mappa - FIG A approved li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).

Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop — art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-Kumpless Sportiv f’Ħal Kirkop?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, il-Kumpless Sportiv ta’ Ħal Kirkop jaqa parti (madwar kwart tal-binja, b’faccata fuq Triq Raffaele Caruana) fiż-żona tal-iżvilupp filwaqt li l-kumplament tal-binja taqa barra iż-żona tal-iżvilupp.

Santa Luċija — stadium - art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Santa Luċija?

Response (BORG, IAN)

Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit li jinsabu fih l-istadium u l-faċilitajiet ta’ Santa Lucija qiegħed fiż-żona tal-iżvilupp.