Persuni mhux ta’ nazzjonalità Maltija li għandhom permessi ta’ kaċċatur u nassab
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni mhux ta' nazzjonalità Maltija li għandhom permess ta' kaċċatur jew permess ta' nassab u kemm minn dawn il-persuni għandhom il-permess kemm ta' kaċċatur kif ukoll ta' nassab?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-Taqsima tar-Regolamentazzjoni għall-Għasafar Selvaġġi ma żżommx din l-informazzjoni minħabba li r-regolamenti nazzjonali li jikkonċernaw il-kaċċa u l-insib ma jiddifferenzjawx lid-detenturi tal-liċenzja fuq il-bażi ta' nazzjonalità.
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm tressqu kaċċaturi l-Qorti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta' kaċċaturi li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena bejn is-sena 2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2017, kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Ir-reati li tressqu fuqhom dawn il-persuni kienu fuq artikli relatati mal-provedimenti tal-Legiżlazzjoni Sussidjarja 504.71 (qabel Marzu 2016) u 549.42 (wara Marzu 2016) dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Fejn il-każ ġie deċiż il-pieni li ngħataw, kienu kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati bi Ksur tar-Regolamenti tal-Kaċċa:
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Ottubru
Persuni mressqa
34
83
39
30
31
Persuni misjuba ħatja
28
74
32
24
17
Persuni illiberati
6
8
3
4
8
Persuni b'sentenzi pendenti
Nil
1
3
2
6
Persuna laħqet mietet
Nil
nil
1
nil
nil
Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm tressqu nassaba l-Qorti mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid b'liema reati ġew akkużati, kemm instabu ħatja u x'kienet il-piena li ngħatat mill-Qorti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta' persuni li tressqu l-Qorti sena b'sena mis-sena 2013 sal-aħħar ta' Ottubru 2017, fuq akkużi relatati ma’ nsib kien kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. L-akkużi li bihom ġew akkużati dawn il-persuni kienu dawk relatati mal-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 504.71 u 549.42 dwar Konservazzjoni ta' Għasafar Selvaġġi. Id-deċiżjonijiet tal-Qorti fejn ingħatat sentenza f'dawn il-każijiet, kien kif jidher fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Persuni mressqa l-Qorti akkużati b’reati relatati ma’ nsib :
2013
2014
2015
2016
2017
Sa Ottubru
Persuni mressqa
87
65
49
41
47
Persuni misjuba ħatja
78
62
40
33
23
Persuni illiberati
8
1
7
5
16
Persuni b'sentenzi pendenti
1
1
2
3
8
Każ irtirat
nil
1
Nil
nil
nil
Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' armi li jinsabu fil-pussess tal-Korp tal-Pulizija u li huma intiżi għall-użu mill-membri tal-istess Korp? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' armi huma, f'liema sena ġew akkwistati mill-Korp tal-Pulizija jew f'liema sena ngħataw lill-Korp tal-Pulizija u minn liema stat jew entità ngħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kunfidenzjali u sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch ta’ Luxol St. Andrews?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali (North Harbours Local Plan: 2006), is-sit jinstab fiż-żona ta’ l-iżvilupp (ara Mappa PE1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Melita FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali ta’ fuq ta’ Malta, l-art li fuqha huwa mibni l-football pitch ta’ Melita FC tinsab f’ Żona ta’ Żvilupp fejn żvilupp relatat ma sport biss jista jkun permessibbli. Il-Facilitajiet ta’ l-stess club jinsabu fuq art barra iż-żona ta’ żvilupp fejn fl-istess Pjan Lokali jindika din l-art bhala spazju miftuh ghall-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Swieqi United FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali (North Harbours Local Plan: 2006), is-sit jinstab fiż-żona ta’ l-izvilupp (ara Mappa PE1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet tal-Għaxaq FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit jinstab barra iż-żona ta’ l-iżvilupp u ġo żona identifikata għal faċilitajiet sportivi (ara Mappa GH1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra).
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet tax-Xgħajra FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali tan-Nofsinhar ta’ Malta, is-sit li jinsab fih il-football pitch tax-Xgħajra qiegħed fiż-żona tal-iżvilupp.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhi definita l-art (jiġifieri jekk hux Żona ta’ Żvilupp, ODZ, Strategi Open Gap eċċ.) li fuqha huwa mibni l-football pitch u l-faċilitajiet ta’ Marsaxlokk FC?
Response (BORG, IAN)
Skond il-Pjan Lokali ta’ Marsaxlokk l-football pitchu l-faċilitajiet ta’ Marsaxlokk FC jinsab barra iż-żona ta’ l-iżvilupp pero' jinsab ukoll ġo żona li hija identifikata fil-pjan lokali bħala sit li għaliha jrid isir Development Brief.
Devoluzzjoni ta' ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta' Għawdex — white paper
Question
Tista' l-Ministru tgħid meta ser toħroġ white paper li permezz tagħha jingħata bidu għall-proċess ta' konsultazzjoni dwar id-devoluzzjoni ta' ċerti responsabilitajiet għall-gżira ta' Għawdex u dan stante li din kienet msemmija fil-budget għas-sena 2017 li issa waslet biex tispicca u din il-white paper ma jidhirx li għadha ġiet ppubblikata? Tista' tikkonferma li din il-proposta li kienet fid-diskors tal-Budget fil-fatt hiex se sseħħ fl-2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija parlamentari numru 1505.
Tista' l-Ministru twieġeb it-tieni parti tal-mistoqsija parlamentari 1735 u tgħid fil-każ ta' kull triq li ġiet miksija bit-tarmak matul is-sena 2017 kemm kien it-tul tat-triq u kemm sewa x-xogħol fuq kull triq?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għal din il-mistoqsija tinsab fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta inbeda x-xogħol u meta ser jitlesta x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi? Jista’ l-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru s'issa inkluż il-perijodu li fih sar x-xogħol u x-xogħol li fadal isir inkluż id-dati relatati minn meta sa meta ser isir dan x-xogħol? Kemm ser tkun in-nefqa fuq dan ix-xogħol u kemm intefqu flus s'issa?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija Parlamentari numru 2851 nixtieq ninforma lil Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla, Żurrieq inbeda fil-11 ta’ April 2017 u x-xogħol ser jitlesta fl-ewwel kwart ta’ l-2018. Ix-xogħolijiet li saru s’issa jikonsisti f’bini ta’ħitan, mgħodija tal-pajpijiet ta’ l-ilma tax-xita u s-sistema kollha li għandha x’taqsam ma’ l-ilma tax-xita, bini tat-triq, skavar ta’żewg ġibjuni ta’ l-ilma, bini ta’ l-istess ġibjuni ta’ l-ilma, bini ta’ bankini u tlestija ta’ postijiet għall-arbli tal-festa, asfaltar ta’ parti mit-triq sa l-ewwel saff. Dan ix-xogħol sar minn April sa nofs Diċembru. Ix-xogħol li fadal isir huwa 'No objection' minn naħa tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex jitkompla x-xogħol, tkomplija tas-sistema ta’ l-ilma, għeluq tal-ġibjuni bis-soqfa, bini tas-central strip bejn it-triq prinċipali u s-service road, mogħdija tad-drenaġġ mis-service road, mogħdija tas-servizzi mis-service road, sistema tad-dawl tat-triq, asfaltar tas-service road. Ix-xogħol għadu għaddej, biss id-dati tat-tlestija jiddependu min-'no objection' tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali minħabba li nstabu l-oqbra fis-sit tax-xogħol. Huwa maħsub illi jekk ma jkunx hemm aktar sejbiet arkeoloġiċi, ix-xogħol ikun lest sa l-aħħar ta’ l-ewwel kwart tas-sena 2018. Il-Kuntratt jammonta għal EUR 1,539,731,88. S’issa sar xogħol b’ammont ta EUR 298,374.64 (xogħol sa 8 ta’ Novembru 2017).
Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi - xogħlijiet
Ix-xogħol fi Triq il-Kuċċard, Safi kien maqsum f’żewg fażijiet:
L-ewwel fażi li kienet tikkonsisti fix-xogħlijiet ta’ twessiegħ u bini tal-ħitan, liema xogħol beda f’Mejju 2017.
In-nefqa kurrenti fuq l-ewwel fazi hija ta’ Ewro 13,400. In-nefqa proġettata hija ta’ Ewro 25,000. Dan ix-xogħol mistenni ikun lest fl-ewwel kwart tas-sena 2018.
It-tender tat- tieni fażi li tirrigwarda il- bini tat-triq, service road, u servizzi għadu fi stadju ta’ evalwazzjoni.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal relokazzjoni ta’ rziezet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal relokazzjoni ta' rziezet, sena b' sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2860, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħdax-il applikazzjoni (11) għal żvilupp relatat ma’ relokazzjoni ta’ rziezet mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2013
2
2014
1
2015
3
2016
2
2017
3
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm waħda mill-kliem segwenti,
·
Farm/s
·
Cow/s
·
cattle
·
bull/s
·
heif/heives
·
calf/calves
·
poultry
·
hen
·
chicken
·
broiler/s
·
fattening
·
layers
·
sheep
·
ruminant/s
·
goat/s
·
rabbit/s
·
pig/s
·
sow/s
· razzett/rziezet
· baqra/baqar
· barri/barrin
· għoġol
· tiġieġ/a
· ngħaġ/a
· muntun/mtaten
· mogħża/mogħoż
· fniek
· ħanżir/ħnieżer
· maqjel
flimkien ma’ waħda mill-kliem segwenti
·
relocation
·
shift/ing
·
move/ing
· relokazzjoni
·
transfe
r
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal boutique wineries
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal boutique wineries (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2861, l-Awtorità tal-Ippjanar ma ivvalidat jew ippublikat l-ebda applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ boutique wineries mill-01/01/2014 sal-lum.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Boutique + winery / wineries
kif msemmija fir-
Rural Policy & Design Guidelines,
2014.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal bini fejn jiġi prodott ż-żejt taż-żebbuġa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini fejn jiġi prodott iż-żejt taż-żebbuġa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ, dan kien bini ġdid jew konverżjoni ta' bini eżistenti? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2862, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat applikazzjoni waħda għal żvilupp relatat ma’ produzzjoni taż-żejt taż-żebbuġa mill-01/01/2014 sal-lum. Din l-applikazzjoni ġiet ivvalidata fis-sena 2016. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni fuq din l-applikazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant.
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
olive + oil
· żejt + żebbuġ/a
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal żamma tan-naħal u produzzjoni tal-għasel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal żamma tan-naħal u produzzjoni tal-għasel (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ, dan kien bini ġdid jew konverżjoni ta' bini eżistenti? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2863, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat tlettax-il applikazzjoni (13) għal żvilupp relatat ma’ żamma ta’ naħal jew produzzjoni tal-għasel mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2014
2
2015
3
2016
5
2017
3
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-izvilupp tagħhom hemm waħda mill-kliem segwenti,
·
honey
·
bee/s
·
apiary/ies
· naħla/naħal
· għasel
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal Visitor Attractions
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Visitor Attractions (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ, dan kien bini ġdid jew konverżjoni ta' bini eżistenti? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2864, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħames applikazzjonijiet (5) għal żvilupp relatat ma’ Visitor Attractions mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
2014
1
2016
2
2017
2
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-izvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Visitor + Attraction/s
kif msemmija fir-
Rural Policy & Design Guidelines,
2014.
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal Animal Sanctuaries
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal Animal Sanctuaries (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2842, 2843, 2844, 2845, 2846, 2847, 2848, 2853, 2858, 2859, 2860, 2861, 2862, 2863, 2864, u 2865, peress li l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet sittax il-mistoqsija parlamentari relatata ma’ statistika fejn it-tfittxija fis-sistema tal-informatika trid tkun ibbażata fuq il-proposta tal-iżvilupp, l-Awtorità ser ikollha ddur aktar minn 35,000 applikazzjoni, aktar min 10,000 minnhom sottomessi fl-2017, sabiex tiġbor l-informazzjoni għal kull waħda, li kumplessivament jiġu aktar minn nofs miljun applikazzjoni (dan apparti tfittxija fid-DNO f’ċerti każi addizzjonali), l-Awtorità ser tibda tiġbor immedjatament l-informazzjoni mitluba u ser tpoġġi r-risposti meħtieġa quddiem il-kamra, kull waħda immedjatament meta tkun lesta.