Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ftehim bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Arċidjoċesi ta’ Malta dwar il-Patrimonju Kulturali

Question

Jista' l-Ministru jispjega għalfejn il-ftehim bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Arċidjoċesi ta' Malta dwar il-Patrimonju Kulturali, inkluż il-knejjes, għadu ma ġiex iffirmat, hekk kif dan qed iżomm milli jingħataw fondi għar-restawr ta' knejjes u kappelli li jinsabu f'periklu ta' kollass?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet dwar l-iskedar ta’ knejjes Nsara Kattoliċi bejn l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Arċidjoċesi ta’ Malta, d-Djoċesi ta’ Għawdex u l-Ordnijiet Reliġjużi Nsara Kattoliċi ilhom għaddejjin mill-2011. L-aħħar laqgħa saret fis-26 t’April 2017 u l-aħħar skambju ta’ dokumenti sar fl-1 t’Awissu 2017. L-Awtorità tal-Ippjanar qed tistenna tweġiba mill-Kurja Arċiveskovili.

Ftehim kollettiv tal-għalliema

Question

Peress li l-Gvern, ftit taż-żmien ilu ffirma l-ftehim kollettiv mal-union tal-għalliema, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim kollettiv jew inkella jagħti aktar dettalji ta' dan il-ftehim?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim mitlub mill-Onor. Interpellant.

NCFHE — audit annwali mill-Università ta’ Clemson fuq l-American University of Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) approvawx il-format u l-parametri tal-audit annwali li l-Università ta’ Clemson huma obbligati jwettqu fuq l-American University of Malta u jekk ġietx stabbilita data sabiex isir l-ewwel audit annwali?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għal din il-mistoqsija, l-NCFHE tikkonferma li l-AUM diġà ssottomettiet rapport preliminari mill-Università ta' Clemson; ir-rapport huwa skont il-parametri stabbiliti mill-NCFHE. L-ewwel rapport komplet annwali minn Clemson huwa mistenni iktar tard din is-sena.

NCFHE – spot-check fuq l-American University of Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) wettqitx spot-checks fuq l-American University of Malta sa minn meta bdiet topera din l-Università u jekk għadha ma wettqitx tali spot-checks jekk għandhiex il-ħsieb li twettaq spot-check u meta?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B’referenza għal din il-mistoqsija, l-NCFHE tikkonferma li għamlet spot-checks fuq l-AUM minn meta din bdiet topera.

NCFHE – Approvazzjoni għat-tkeċċija tal-istaff akkademiku tal-American University of Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk in-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) tatx l-approvazzjoni tagħha għat-tkeċċija tal-membri tal-istaff akkademiku fl-American University of Malta, u jekk tat din l-approvazzjoni jista’ jagħti d-data ta’ meta ngħatat?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li, kif stipulat fil-liċenzja mogħtija mill-NCFHE lill-Università Amerikana f’Malta, ir-rwol tal-Kummissjoni huwa li tassigura li kull bidliet jew żidiet fl-istaff akkademiku jkunu jirrispettaw l-istandards ta’ kwalità mistennija mill-istituzzjoni edukattiva. Naturalment dan il-proċess ta’ evalwazzjoni u approvazzjoni sar qabel l-istaff akkademiku ġdid beda jwettaq id-dmirijiet tiegħu. Inżid li din il-kundizzjoni m’hijiex prassi għall-istituzzjonijiet edukattivi kollha f’Malta iżda ġiet inkluża bħala kundizzjoni fil-liċenzja li ngħatat lilll-Università Amerikana f’Malta biex pajjiżna jkompli jilħaq standards dejjem ogħla fil-qasam tal-edukazzjoni terzjarja.

NCFHE – tmexxija u operat ta’ Università minn kumpanija

Question

Skont il-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, din il-kumpanija hija obbligata twettaq proġett li jinkludi t-tmexxija u l-operat akkademiku ta’ Università. Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-liċenzja mogħtija min-National Commission for Further and Higher Education (NCFHE) għat-tmexxija u l-operat ta’ din l-Università nħarġitx fuq din l-istess kumpanija, u jekk le jindika fuq liema soċjetà nħarġet?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-liċenzja biex l-AUM topera bħala università ħarġet mill-NCFHE lil ‘American University of Malta’, taħt l-operat ta’ Sadeen Education Investment Ltd.

American University of Malta – twaqqif ta’ kulleġġi/fakultajiet minn kumpanija

Question

Skont il-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għat-twaqqif u l-operat tal-American University of Malta, din kellha twaqqaf mhux anqas minn ħames kulleġġi/fakultajiet. Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kulleġġi/fakultajiet li twaqqfu, u liema programmi ta’ studju qegħdin jiġu offruti għal din is-sena akkademika minn dawn il-kulleġġi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Għalkemm il-proġett jaħseb għal ħames kulleġġi sad-data tat-tlestija tiegħu, il-kuntratt li qed tirreferi għalih l-Onor. Interpellant jistipula li jrid ikun hemm minimu ta’ żewġ kulleġġi fl-ewwel 25 xahar mill-ħruġ tal-permessi. Dan l-obbligu diġà ntlaħaq fl-ewwel sena akkademika tal-AUM bit-twaqqif tal-fakultà tal-Business Studies u tan-Natural Sciences and Technology. Il-programmi tal-AUM akkreditati mill-NCFHE huma: 1. B.A in Graphic Design and Animation 2. B.Sc in Game Development 3. B.Sc in Business Administration 4. B.Sc. in Accounting 5. B. Sc in Business and Finance 6. Master of Business Administration 7. PhD in Computer and Information Science 8. Doctorate in Business Administration 9. Doctorate in Business Administration in Finance 10. Doctorate in Business Administration in Accounting

Perijodu ta’ żmien mogħti lill-kumpanija għal tlestija ta’ proġett

Question

Skont il-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 12.3, il-Gvern seta’ jagħti perijodu ta’ sena grazzja, biex jitlesta l-proġett. Jista’ l-Ministru jgħid jekk ingħatax dan il-perijodu, u jekk sarux diskussjonijiet biex jiżdied iż-żmien, fejn l-istess kumpanija trid twettaq l-obbligi tagħha?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-period of grace ma japplikax f'dan il-mument.

Floor-to-area ratio — policy

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista komprensiva tal-applikazzjonijiet sottomessi taħt il-policy tal-Floor-to-area ratio għal tall buildings, fejn ikun indikat liema huma pendenti, sospiżi jew approvati, mill-ġurnata li fiha daħlet fis-seħħ tali policy?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li tagħrif mitlub qed jingħatw f'din il-lista li tikludi dettalji tal-applikazzjonijiet sottomessi taħt il-policytal-Floor-to-area ratiogħal tall buildingsmill-ġurnata li fiha daħlet fis-seħħ tali policy. PA Nos. Type of Application Reception Date Proposal Location Local Council Status PA1505/15 Screening 18/06/2014 Demolition of existing industrial/office block and construction of a mixed use (commercial & residential) high-rise building with a public open landscaped plaza at ground level and three underground levels of car parking. United Garage Ltd, 66, Triq il-Gzira c/w Triq ir-Rebha c/w, Triq Tas- Sliema, Gzira, Malta Gzira Decided Approved PA1996/16 Screening 29/04/2016 Proposed extension to highrise development approved in PA 01505/15 consisting of 5additional floors to accommodate a total of 5 additional residential units. Proposal also includes small changes to the alignment of the facade at the lower approved levels. United Garage Ltd, 66, Triq il-Gzira c/w Triq ir-Rebha c/w, Triq Tas- Sliema, Gzira, Malta Gzira Decided Approved PA581/16 Screening 16/09/2014 To demolish existing dilapidated structure, excavate ground, construct reservoir, car parking, mixed commercial uses utilizing the FAR policy including class uses 4A, 4B, 4C, 3C, 2C, 6A, supermarket and showroom. Site at, Triq il-Merghat c/w Triq L-Esportatur c/w, Triq L- Intornjatur, Birkirkara, Malta Birkirkara Decided Approved PA2765/16 Screening 31/03/2015 To sanction demolition of building partly covered by dangerous structure [DS 104/14] in view of frail block and proposed construction of basement parking levels with overlying business tower 'Ta' Xbiex Palace', Triq Testaferrata / Triq Enrico Mizzi/, Triq Emmanuel Galizia, Ta'Xbiex, Malta Ta’ Xbiex Pending PA8158/17 Outline 06/09/2017 Demolition of existing, excavation and construction of residential development with underlying basement parking levels, commercial space, general landscaping and open central pjazza 105, Telghet Birkirkara c/w, Sqaq Ciantar, San Giljan, Malta San Giljan Pending PA7446/17 Screening 11/08/2017 To excavate the site up to three levels below Triq Hal Qormi, accommodating two levels of car parking as well as a showroom. To construct an office block within a medium-rise building and to retain the existing old building. Site at, Triq Hal-Qormi c/w Triq l-Erba Qaddisin c/w, Triq Valletta, Qormi, Malta Qormi Pending PA6697/17 Screening 15/11/2017 To demolish existing, vacant, dilapidated ice cream factory. To dismount and re-erect existing front façade from Triq D`argens, to construct four levels of basement car park levels plus eighteen above ground levels of offices (Class 4A). 179, Wembley Ice Cream Factory, Triq D'Argens /, Triq De Brocktorff, Msida, Malta Msida Pending PA2282/17 Screening 18/02/2017 Utilising the FAR policy. Construction of Hybrid Development, consisting of 13 storey mid-rise & 29 storey highrise development. Consisting of an underground parking & service facilities (4 floors), with overlying commercial facilities class 4A, 4B & 4D, a supermarket and residential units. Golden Harvest, Misrah Turu Colombo / Triq Nazju Ellul / Triq Manoel De Vilhena / Triq Luqa Briffa /, Triq Reid, Gzira, Malta Gzira Pending PA6252/17 Screening 21/07/2017 Demolition of existing 4 star hotel and the Spa Wing of the 5 star hotel, and excavation of site. Construction of 3 levels of below ground car parking; construction of ground floor retail complex (mix of Class 4B and Class 4C) under a landscaped Public Open Space; and construction of residential complex rising to a maximum of 15 floors above street level. Development also to include complete refurbishment (including internal alterations) of the existing 5 star hotel, the construction of five additional floors on the hotel tower and construction of stepped hotel block rising to 13 floors above the plaza, in place of the Spa Wing. Fortina SPA Resort, Ix-Xatt Ta' Tigne &, Triq Censu Xerri, Sliema, Malta Sliema Pending PA6705/17 Screening 04/08/2017 Proposed lateral extension and amendments to the approved development in PA 581/16 for the construction of underground car parking , mixed commercial uses including class uses 4A, 4B, 4C, 3C, 2C, 6A, and supermarket. The Quad Business Towers, Triq il-Merghat c/w, Triq l-Esportaturi, Birkirkara, Malta Birkirkara Pending PA6704/17 Screening 04/08/2017 Demolition of existing building and construction of three levels of parking (one below road level), underlying proposal for Class 4A offices, including Class 4C commercial at street level. 11-17, Triq il-Moll tal-Knisja /, Triq Belt Il-Hazna, Marsa, Malta Marsa Pending PA6729/17 Outline 30/08/2017 To construct underground reservoir, 5 levels of underground car parking, mixed commercial uses utilizing the FAR policy to construct a 17 storey high rise building to include class uses 4A, 4B, 4C & 4D. Site at, Triq Is-Salib Ta' l-Imriehel, Birkirkara, Malta Birkirkara Pending PA8058/17 Outline 11/10/2017 Proposed demolition of existing petrol station and excavation of two levels of underground parking. Proposed Showroom at ground floor and mezzanine level and Class 4A offices from 2nd to 13th floor and receded floor. Proposal includes landscaping at street level in line with FAR Policy. Paul & Rocco Gzira Ltd., Triq l-Imsida, Gzira, Malta Gzira Pending

Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit – xogħlijiet fuq bankini

Question

B'referenza għall-korrispondenza li kienet għaddiet bejni u bejn Transport Malta dwar ix-xogħlijiet li qed isiru fi Triq Alfred Cachia Zammit iż-Żejtun liema korrispondenza l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kien ikkupjat, ladarba l-earth electrodes tar-residenti nstabu li kienu difettużi (dejjem skont il-korrispondenza minn Transport Malta) u nbiddlu mir-residenti spejjeż tagħhom, jista’ l-Ministru jgħid għaliex il-bankini li tneħħew, baqgħu ma sarux u dan b'periklu u skumdità mhux żgħira għar-residenti?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet fuq il-bankina msemmija mistennija jitkomplew fil-ġranet li ġejjin.

Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit – earth electrodes

Question

Billi fil-korrispondenza li għaddiet bejni u bejn Transport Malta liema korrispondenza l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kien ikkupjat, ladarba Transport Malta qalet li qed tinsisti mal-kuntrattur li kien għamel l-earth electrodes ħżiena u perikolużi fi Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun dejjem skont l-istess korrispondenza ffirmata mill-Perit ta’ Transport Malta lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-residenti, li issa ħallsu għall-bdil tal-earth electrodes, hux se jiġu kumpensati?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-installazjoni ta’ l-earth electrodeshija parti mill-installazzjoni tal-elettriku privata tal-konsumaturi u għaldaqstant huwa d-dover tal-konsumaturi li jassiguraw li l-istallazzjoni tkun sigura u ċertifikata skont r-Regolamenti.

Iż-Żejtun – Triq Alfred Cachia Zammit – informazzjoni lir-residenti

Question

Billi skont il-korrispondenza li għaddiet bejni u bejn Transport Malta dwar xogħlijiet li qed isiru fi Triq Alfred Cachia Zammit, iż-Żejtun u li l-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali kien ikkupjat f'din il-korrispondenza, jista’ l-Ministru jara li, kif intqal lir-residenti ta’ Triq Alfred Cachia Zammit mill-Perit inkarigat minn dan il-proġett, ir-residenti jirċievu ittra b'din l-informazzjoni u mhux jinżammu fl-għamma anki fid-dawl li mill-istess korrispondenza li għaddiet bejni u bejn Transport Malta din it-triq għandha sa April 2018 biex titlesta u billi qed tinqala’ mill-ġdid, fiha diversi fażijiet ta’ xogħol li jridu jsiru?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta Transport Malta ħadet f’idejha dan il-proġett f’Ottubru 2017, ix-xogħol li sar f'din it-triq huwa wieħed estensiv li kien jinkludi tibdil fis-servizzi tal-ilma, drenaġġ, sistema ġdida ta' water culverts, bankini ġodda kif ukoll bini mill-ġdid tat-triq. Bħalissa qegħdin fil-fażi li jinbeda wkoll l-ewwel saff ta' tarmak u dan biex jitnaqqas l-inkonvenjent kemm għar-residenti kif ukoll għal min ikollu bżonn jgħaddi minn dawn l-inħawi

Iż-Żejtun/Ħaż-Żabbar — Bulebell - Sqaq 'Ta' Taħt l-Iskorra' - tindif

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi mnaddaf sqaq maghruf bħala Ta' taħt l-Iskorra, fl-inħawi ta' Bulebell iż-Żgħir (Żejtun/Żabbar), minħabba li minkejja li saru numru ta' rapporti lill-kunsilli lokali u anki fil-Ministeru konċernat, ħadd għadu ma ħa azzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirefferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

L-Ewwel Distrett Elettorali – toroq residenzjali — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fl-Ewwel Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

It-Tieni Distrett Elettorali – toroq residenzjali — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fit-Tieni Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

It-Tielet Distrett Elettorali – toroq residenzjali — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fit-Tielet Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ir-Raba’ Distrett Elettorali – toroq residenzjali — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fir-Raba’ Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Ħames Distrett Elettorali – toroq residenzjali — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fil-Ħames Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Is-Sitt Distrett Elettorali – toroq residenzjali — asfaltar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fis-Sitt Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.