Il-Gudja – Parkeġġ ta’ vetturi ta’ persuni li jkunu msiefra
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu jew se jittieħdu sabiex tiġi mitigata l-problema kbira li jħabbtu wiċċhom magħha r-residenti tal-Gudja hekk kif diversi persuni jagħżlu li jħallu l-vetturi tagħhom fil-Gudja meta jkunu msiefrin, peress li hija l-lokalità l-aktar viċin tal-ajruport?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qiegħda tagħmel eżerċizzju sabiex tevalwa, b’mod ħolistiku, din il-problema, u dan minħabba li kull belt jew raħal jesperjenza sfidi simili. Wieħed irid ukoll jikkunsidra l-liġijiet preżenti fejn kull min għandu liċenzja valida jista’ juża postijiet ta’ parkeġġi pubbliċi fit-toroq irrelevanti fejn jinsabu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm żvilupp fuq meta mistenni jibda x-xogħol fuq triq ġdida fi Triq l-Għarnuq il-Fgura, li għadha qatt ma ġiet asfaltata?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-triq imsemmija hija mdaħħla fil-programm ta’ xogħlijiet biex issir fix-xhur li ġejjin.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm każijiet kriminali li nbdew mill-pulizija kontra persuni akkużati bi vjolenza domestika fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li għalkemm it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata, verifiki manwali juru li kien hemm 1,204 każi kriminali li nbdew mill-pulizija kontra persuni akkużati bi vjolenza domestika fis-sena 2017.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika minn persuni tas-sess femminili fil-konfront ta’ persuni tas-sess maskili fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma’ tinżammx taħt forma ta’ statistika. Madankollu n-numru ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika ta' persuni tas-sess femminil reġistrati mal-Pulizija matul is-sena 2017, kien jammonta għal 1,064.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti ta’ vjolenza domestika minn persuni tas-sess maskili fil-konfront ta’ persuni tas-sess femminili fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni kif mitluba mill-Onor. Interpellant ma’ tinżammx taħt forma ta’ statistika. Madankollu n-numru ta’ vittmi ta’ vjolenza domestika ta' persuni tas-sess maskil reġistrati mal-Pulizija matul is-sena 2017, kien jammonta għal 333.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm rapporti dwar vjolenza domestika saru minn minuri fis-sena 2017?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi nformazzjoni dwar ammont ta' rapporti dwar vjolenza domestika li saru minn minuri ma’ tinżammx taħt forma ta’ statistika. Dan peress li meta jidħlu minuri hemm ċirkostanzi, fejn ir-rapport lill-pulizija jsir minn terzi persuni f’isimhom. Mill-informazzjoni rreġistrata, fis-sena 2017 kien hemm 72 persuna ta’ taħt it-tmintax-il sena, li ġew reġistrati bħala vittmi ta’ vjolenza domestika.
Pulizija — Ħatra ta’ Assistent Kummissarju tal-Pulizija ġdid
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jinħatar Assistent Kummissarju tal-Pulizija ġdid biex jieħu post l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li rriżenja fit-2 ta’ Jannar 2018?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li huwa l-ħsieb tal-Amministrazzjoni tal-Korp li timla l-post tal-Assistent Kummissarju tal-Pulizija li rriżenja u li ddetalji tiegħu ngħataw separatament.
Sptar Monte Karmeli – Xogħol ta’ rinovazzjoni fis-swali Female Ward 1 u 2
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir xogħol ta' rinovazzjoni fi swali Female Ward 1 u Female Ward 2 fl-Isptar Monte Karmeli?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddej proġett ta’ manutenzjoni u renovar f’numru ta’ swali tal-Isptar Monte Carmeli. Fil-ġimgħat li ġejjin dan ix-xogħol se jilħaq ukoll FW1 u FW2.
Fostering u addozzjoni ta’ tfal minn barra minn Malta
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ġodda ġew introdotti mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida fil-qasam tal-fostering u l-addozzjoni ta’ tfal minn barra l-pajjiż?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-1 ta’ Jannar 2018, kif imħabbar fil-baġit li għadda, żidna l-benefiċċju li jingħata lil dawk il-familji li jagħmlu fostering, biex b’hekk il-benefiċċju issa żdied minn €70 fil-ġimgħa għal €100 fil-ġimgħa, għal kull tifel u tifla li jkunu fostered.
Matul din il-leġislatura, sabiex inkomplu inħajru iktar persuni jidħlu għall-
fostering
, ingħatat bidu għal kampanja informattiva bil-għan illi nżidu l-ammont ta’ tfal li jkunu
fostered
.
Sabiex dejjem inwessgħu l-opportunitajiet għal persuni li jixtiequ jaddottaw, matul l-2017, ftaħna l-opportunitajiet għall-addozzjoni, minn pajjiżi bħall-Latvja, il-Kolombja, il-Polonja u ċ-Ċili.
Ta’ min isemmi li fil-baġit tal-2018 ġiet mħabbra wkoll il-miżura ġdida għal persuni li jixtiequ jaddottaw, fejn hekk kif din tidħol fis-seħħ, ikunu qed jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja sa massimu ta’ €10,000 biex tagħmel tajjeb għal parti mill-ispejjeż illi jagħmlu l-koppji adottivi.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi fit-22 ta’ Settembru tal-2017 varajna għall-konsultazzjoni pubblika, l-“Istandards Nazzjonali għall-Proċess tal-Adozzjoni tat-Tfal”, sabiex inkomplu nsaħħu l-adozzjoni f’pajjiżna.
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall l-estensjoni li kien hemm fl-In-Work Benefit u t-tapering tal-benefiċċji?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-estensjoni li kien hemm fl-In-Work Benefit kienet għal koppja fejn xi ħadd minnhom biss ikun qed jaħdem jew taħdem. F’dawn il-każijiet ir-rati żdiedu kif ġej :
Dħul Nett Fis-Sena
Rati Applikabbli Fis-Sena
Minn
Sa
2017
2018
€6,600
€9,499
€350
€450
€9,500
€11,999
€300
€400
€12,000
€12,999
€250
€350
€13,000
€13,999
€150
€200
€14,000
€14,999
€100
€140
€15,000
€16,500
€52
€75
Infakkar ukoll illi, l-In-Work Benefit jingħata wkoll lil dawk il-koppji fejn it-tnejn ikunu jaħdmu kif ukoll lil persuni waħedhom. Fit-tliet kategoriji msemmija jittieħed id-dħul nett minn xogħol u li għad għandhom it-tfal jgħixu magħhom li għadhom taħt it-23 sena.
Ir-rati fis-sena tal-aħħar żewġ kategoriji huma ħafna ogħla minn dawk imsemmija hawn fuq.
Filwaqt li sas-sena l-oħra biex persuna tikkwalifika għat-tapering tal-benfiċċji, kellha tkun ilha fuq l-Għajnuna Soċjali għal sentejn fl-aħħar tliet snin qabel ma tapplika, issa dan il-perjodu tnaqqas għal sena waħda biss.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew iffrankati flus minn każijiet ta’ frodi ta’ benefiċċji soċjali matul is-sena 2017?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, huwa kkalkulat li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji ffranka madwar €4,057,300 b’riżultat tal-ħidma tiegħu matul is-sena 2017.
Ġaladarba l-proġett tal-Kappara tlesta, jista' l-Ministru jara li Triq Salvu Busuttil f'San Ġwann tirritorna għall-istat li kienet qabel ma beda l-proġett?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li la darba l-proġett tal-Kappara jkun lest għal kollox, Transport Malta se tkun qed tiltaqa’ mal-kunsilli lokali kkonċernati li ġew affetwati mill-proġett sabiex jiġi onorat l-impenn li din it-triq terġa' tiġi kif kienet, u anke sabiex jiġi deċiż x’għandu jsir, minħabba li ċertu kunsilli wrew xewqa li jżommu l-istat attwali għal dak li jirrigwarda arranġamenti tat-traffiku.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm kien l-ammont li l-Gvern ħallas bħala Hospital Concession Agreement għall-Isptar Ġenerali ta' Għawdex u l-Isptar Karin Grech (separatament) minn meta dawn bdew jitmexxew minn Vitals sa meta tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-flus imħallsa mill-Gvern lill-kumpanija Vitals Global Healthcare matul is-snin 2016 u 2017 huma skont it-termini maqbula fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern u l-VGH u li jammontaw għal €16 il-miljun fl-2016 u €33.5 miljun fl-2017.
Servizz ta’ Ambulanza tal-Ajru bejn Malta u Għawdex
Question
Jista' d-Deputar Prim Ministru jgħid kemm-il darba ntuża s-servizz tal-ambulanza tal-ajru bejn Malta u Għawdex minn meta kien inawgurat?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn meta ġie inawgurat is-servizz tal-Ambulanza tal-Ajru sal-10 ta’ Jannar 2018 ġew trasferiti 44 pazjent minn Għawdex għal Malta.
Atti pubbliċi ta’ trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex, kull xahar minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna — proġetti
Question
Peress li l-ambjent rurali u urban huwa parti integrali mill-karatteristiċi tal-gżira ta' Għawdex, tista' l-Ministru tgħid xi proġetti huma maħsuba li se jitwettqu mis-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna Pubbliċi fi ħdan id-Dipartiment tal-Proġetti u Żvilupp fil-Ministeru għal Għawdex biex jintlaħaq dan il-għan?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Is-Sezzjoni tal-Afforestazzjoni, Parks u Ġonna, barrra x-xogħol li twettaq fuq bażi regulari, ser tkompli bil-proġett ta’ tħawwil ta’siġar indigeni fuq l-għolja t’Għammar fil-limiti tal-Għarb li beda f’Diċembru li għadda. Apparti dan, ser ikun hemm diversi proġetti li ser isiru fuq diversi żoni fil-beraħ bħall-proġett Ta’ Isopu, il-proġett ta’ park għall-familja fil-Farm Sperimentali tax-Xewkija, ir-riġenerazzjoni tal-Fanal tal-Ġurdan kif ukoll l-Ulysses Grove li ser jinfetaħ bħala park għall-familja wkoll. Barra minn dan, il-ġnien taż-żona fid-Dawwara, r-Rabat, ser jiġi msebbaħ biex jitgawda aktar mill-pubbliku.
Għawdex – twaħħil ta’ tabelli bis-sinjali tat-traffiku
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 1813, li kienet dwar tender ta' twaħħil ta' tabelli bis-sinjali tat-traffiku u fejn fit-tweġiba ngħad li din it-tender ingħatat fil-15 ta' Frar 2016 u kienet għal perijodu ta' sena, tista' l-Ministru tgħid jekk sarx xogħol mill-istess kuntrattur wara li għalaq il-perijodu ta' sena? Tista' tgħid jekk sadanittant inħarġitx tender oħra biex isir l-istess xogħol?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant, li sar xogħol mill-istess kuntrattu wara li ngħalaq it-tender. Dan sar skont proċedura stabbilita u skont l-approvazzjonijiet meħtieġa. It-tender il-ġdid qiegħed fil-proċess.
Peress li Malta bħala membru fl-Unjoni Ewropea hija obbligata tirraporta kull sena lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2; u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw tekonoloġiji ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew mir-riħ, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija qed timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
B’referenza għas-snin 2016 u 2017, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm saru referrals (appuntamenti għall-ewwel darba) lid-Dipartiment tad-Dentistrija? Kemm minnhom kienu persuni li kellhom il-kartuna r-roża? Kemm minnhom kienu tfal taħt is-16-il sena? Kemm-il konsultazzjoni saret? X’kienet l-istennija għal appuntament fis-snin 2016 u 2017? Kemm hi l-lista ta’ stennija attwalment f’Jannar 2018 għal filling jew dentatura jew check up?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2017 komplew jiżdiedu inizzjattivi ġodda fi ħdan id-dipartiment tad-dentistrija sabiex jiġu ndirizzati diversi problemi li ġew ikkawżati snin ilu.
Għalhekk matul l-2017 kien hemm total ta’ 11,113
referrals
lid-dipartiment tad-Dentistrija. Matul is-sena msemmija saru 13,044
check-up
u 3,424 konsultazzjoni minn Konsulenti f’dan il-qasam.
Ninfurmah ukoll li matul l-2016 kien hemm 27,604 persuna li użat is-servizzi tad-dentistrija b’urġenza filwaqt li fl-2017 kien hemm 33,190.