Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – twaħħil ta’ Sleeping Policeman
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Manuel Buhagiar Tarxien u jikkonsidrax li jkun hemm twaħħil ta’ żewġ sleeping policeman għax din hija traffikuża f’kull ħin tal-ġurnata?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Tarxien għaddej bid-diskussjonijiet neċessarji ma’ Infrastructure Malta sabiex Triq Manuel Buhagiar issir mill-ġdid. Il-Kunsill Lokali ser jikkunsidra li jinstalla sleeping police ġaladarba jkun intemm ix-xogħol fuq it-triq.
Ħal Tarxien – Triq Manuel Buhagiar – twaħħil ta’ Sleeping Policeman
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta ser issir Triq Manuel Buhagiar Tarxien u jikkonsidrax li jkun hemm twaħħil ta’ żewġ sleeping policeman għax din hija traffikuża f’kull ħin tal-ġurnata?
Response (BORG, IAN)
Minn kemm ilha li twaqqfet fis-sajf tas-sena 2018, Infrastructure Malta bniet mill-ġdid u għamlet titjib f’709 toroq residenzjali u rurali, li jfisser li lestiet medja t’aktar minn erba’ toroq fil-ġimgħa. L-aġenzija tejbet il-kwalità ta’ dawn it-toroq fl-istess żmien li lestiet fost l-ikbar proġetti ta’ toroq arterjali u faċilitajiet marittimi f’pajjiżna u filwaqt li baqgħet għaddejja bi programm kontinwu ta’ tiswijiet u manuntenzjoni f’ħafna toroq oħrajn.
Mill-bidu ta’ din is-sena s’Awwissu li għadda, Infrastructure Malta lestiet xogħlijiet f’123 triq residenzjali u 71 triq oħra qalb il-kampanja. Flimkien, jgħoddu mat-52 kilometru ta’ toroq aħjar, b’37 kilometru ta’ bankini ġodda u 122 kilometru ta’ katusi, pajpijiet u cables ġodda tad-distribuzzjoni ta's-servizzi taħt l-art. Sabiex tlesta l-bini mill-ġdid tagħhom intużaw 91,100 tunnellata asfalt u konkos.
Fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien diġà nbnew mill-ġdid u saru xogħlijiet fi Triq is-Sorijiet, Triq iż-Żejtun, Triq Marjanu Ġerada, Triq Santa Marija, Triq Paola, Triq Ġużeppi Montebello, Triq Francesco Crispi, Triq San Anard u Triq Xintill. It-triq indikata, flimkien ma’ toroq oħrajn f’din il-lokalità, diġà qiegħda fil-pjanijiet ta’ Infrastructure Malta biex issir fiż-żmien li ġej.
Minn naħa ta’ Transport Malta bħalissa ma għandha l-ebda talbiet pendenti fuq it-triq imsemmija u ser tkun qed tikkomunika mal-kunsill lokali ħalli tara xi bżonnijiet jista’ jkun hemm.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 20818 u 21392 jista’ l-Ministru jgħid minn min hu ffurmat il-'Comino Steering Committee' (isem u kunjom l-individwu u lil min jirrappreżenta)? Jista’ jgħid minn Jannar 2020 sal-lum, kemm-il darba ltaqa’ dan il-kumitat u fejn saru l-laqgħat? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-aġenda u tal-minuti ta' kull laqgħa li saret?
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 18907 li ngħatat fis-16 ta' Frar 2021 u fis-6 ta’ Lulju 2021 fejn ingħad fit-tweġiba li 'fil-ġimgħat li ġejjin mistennija tingħata' t-tieni kisja asphalt (wearing course) lil Triq il-Pitkalija ġewwa x-Xewkija Għawdex’ jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għaddew iktar minn tliet xhur u nofs u din l-imsemmija triq għadha b'kisja waħda asphalt? Jista' wkoll b'referenza għal Triq tal-Ħanaq fin-Nadur jgħid kif wara ħames snin din it-triq għadha wkoll b'kisja waħda ta' tarmac u x-xogħol baqa' ma nagħlaqx wara dawn is-snin kollha?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fir-rigward ta’ Triq Ħanaq hemm kunsiderazzjonijiet legali li fuqhom il-Ministeru qed jistenna li jiġu ċċarati. Dwar Triq il-Pitkalija l-Ministeru qiegħed jistenna li jsiru xi xogħlijiet minn entitajiet oħra sabiex ikun possibli li l-Ministeru jagħti t-tieni kisja asphalt.
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21643 u jgħid kemm kien hemm u preżentement kemm hemm jaħdmu, ħaddiema Għawdxin ġewwa Malta f'dipartimenti, awtoritajiet, aġenziji u entitajiet governattivi sena b’sena, mis-sena 2013 sal-lum? Jista' jgħid preżentement dawn il-ħaddiema ma' liema entità qed jaħdmu u xi grad huma?
Response (ABELA, ROBERT)
Għas-snin 2013 sal-2018, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 8288.
Għas-snin 2019 u 2020, ninsab infurmat hekk:
Sena
Servizz Pubbliku
Awtoritajiet, Aġenziji u Entitajiet Governattivi
li huma fid-dekasteru tal-Prim Ministru
2019
1307
6
2020
1379
5
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 20190 u jgħid kemm kienet in-nefqa kapitali tal-Gvern mill-Fond Konsolidat f'Għawdex kull sena mill-2013 sal-lum? Jista' jagħti dan it-tagħrif skont in-natura tal-investiment, pereżempju investiment produttiv, infrastrutturali u soċjal? Jista' jagħti dan l-investiment bħala persentaġġ tan-nefqa kollha f'Malta mill-Fond Konsolidat għall-istess oqsma ta’ investiment?
B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21235 jista’ l-Ministru jgħid 'fiex jikkonsisti', fejn eżatt bħala post (ipoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra site plan) ta’ irmiġġ kif ukoll għal bini alternattiv li ser jospita l-ekwipaġġ u l-laneċ b’mod permanenti', li dwaru kien hemm 'qbil fil-prinċipju bejn il-Forzi Armati ta Malta, Transport Malta u l-Ministeru għal Għawdex'? Jista’ jgħid x'sar u x'inhu jsir u meta hu ppjanat li jibda x-xogħol meħtieġ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi l-irmiġġ għall-laneċ tal-FAM li joperaw minn Għawdex ser isir b’mod permanenti fil-post fejn indikat fuq is-site plan li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Bl-istess mod huwa ndikat il-post pjanat biex jakkomoda l-ekwipaġġ.
L-ewwel fazi ta’ dan il-proġett tikkonsisti f’xogħol f’parti mill-parkeġġ eżistenti t’Għajnsielem, fejn ġie stabbilit li ser jakkomoda l-membri tal-FAM. Dan ix-xogħol jinkludi servizzi ġodda u xogħol ieħor neċessarju sabiex il-post ikollu l-faċilitajiet neċessarji. Il-proċess tax-xiri beda u għandu jitlesta sal-aħħar tas-sena 2021. Ix-xogħol huwa pjanat li jkun lest is-sena d-dieħla (2022). Eżatt kif l-ewwel fażi tkun lesta u l-post ikun jista jibda jintuża mill-ekwipaġġ, tiskatta t-tieni fażi fejn jiġu trasferiti l-laneċ.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet għala tender li ħarġet ftit tal-ġimgħat ilu mid-Dipartiment tal-Kuntratti biex tinbena u titlesta blokka flats ġewwa Taċ-Ċawla fir-Rabat Għawdex, ftit ġranet qabel kellha tagħlaq din it-tender ma baqgħatx tidher fuq il-website 'www.etenders.gov.mt'? Jista’ jgħid x'ġara eżatt?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess ġie kkanċellat minħabba inkonsistenza teknika fid-dokument ippubblikat. Se tiġi ppublikata sejħa ġdida għall-offerti.
Pjazza ta’ Raħal Ġdid – Triq Ħal Saflieni, Triq Ħal Luqa u Triq il-Foss — ħamiem
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 21379, jista' l-Ministru jgħid meta ser jittieħdu l-passi neċessarji sabiex jiġu kontrollati l-ammont kbir ta’ ħamiem li hemm li issa qed jiġġeneraw ukoll l-preżenza ta’ ġrieden?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali ta’ Paola għandhom Bye-Laws li ma jippermettux li xi persuna titma l-ħamiem selvaġġ. Barra minn hekk, il-Kunsill Lokali ta’ Paola huwa wieħed mill-Kunsilli li ser ikunu qed jibbenefikaw mis-servizz ta’ għalf kontrollat lill-ħamiem selvaġġ, liema servizz qiegħed fl-aħħar fażijiet sabiex jibda jiġi implimentat.
Jista' l-Ministru, wara l-introduzzjoni tal-aħħar emendi fil-liġi tal-kera, jinforma l-kamra kemm-il rikors quddiem l-Bord li Jirregola l-Kera ġie preżentat mill-ewwel ta' Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru 2021? Kif ukoll kemm min dawn ir rikorsi ġew diġà deċiżi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Qorti ta’ Malta ġew ipprezentati 466 rikors li minnhom ma kien hemm ebda rikors deċiz bejn l-ewwel ta’ Ġunju sal-aħħar ta’ Settembru 2021, filwaqt fil-Qorti ta’ Għawdex, fl-istess perjodu, ġew prezentati 21 rikors. Min dawn kien hemm wieħed irtirat, wieħed ċedut u ieħor deċiż.
Jista' l-Ministru jgħid għalkemm żmien hu mikri l-post li qed jintuża mill-Malta Business Registry u x'kera fis-sena qed titħallas u jekk hemmx ikkontemplat awment fil-kera matul is-snin?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-taghrif ghadu qed jingabar u t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq Marsalforn, Xagħra, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet qegħdin isiru mill-Kunsill Lokali tax-Xagħra, b’fondi mill-Ministeru għal Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid meta bdew ix-xogħlijiet fi Triq ta' Sdieri, limiti tal-Għarb, meta ser jitlestew dawn ix-xogħlijiet u kemm ser jiswew dawn ix-xogħlijiet? Jista' jelenka x-xogħlijiet li twettqu jew li għad iridu jitwettqu f'din it-triq?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet bdew u ser jingħalqu din is-sena.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni self-employed li taw jew qed jagħtu servizz lill-Ministeru f'Għawdex, sena b'sena mill-2010 'l hawn u x'inhi n-natura tas-servizz li tqabbdu jagħtu? Kemm hu t-tul ta' dawn il-kuntratti ta' servizz u x’inhi r-rimunerazzjoni li qed tingħatalhom?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija parlamentari numru 22308.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati ħaddiema tal-kuntrattur sabiex jaħdmu fil-Qrati f'mansjonijiet li m'għandhomx x'jaqsmu mas-sigurtà tal-binja tal-Qorti? X'mansjonijiet intalbu jwettqu dawn il-ħaddiema, it-tul tal-kuntratt tagħhom u x'remunerazzjoni qed tingħata lill-kuntrattur għal tali ingaġġ?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni għada qed tinġabar