Jista' l-Prim Ministru jgħid fiex wasal ir-re-numbering tad-djar kollha f'Malta u Għawdex? U jekk dan il-proċess għadu għaddej, jista' jgħid hemmx lokalitajiet fejn ir-re-numbering hu lest; fejn għadu għaddej u meta hu maħsub li jkun finalizzat?
Response (ABELA, ROBERT)
Ninsab infurmat li dan huwa proċess kontiwu. In-numerar huwa eżerċizzju dinamiku li mhu se jieqaf qatt u fl-ebda mument ma jista’ jingħad meta se jiġi fi tmiemu.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?
Response (BORG, IAN)
Nirreferi għat-tweġiba li għadni kemm tajt tal-mistoqsija parlamentari 24371.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba sar studju ta’ Triq Santa Monika, Raħal Ġdid u jekk hijiex se tiġi rranġata billi hija fi stat ħażin ħafna?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Paola li bħalissa qed jiddiskuti programm ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq ma’ Infrastructure Malta fosthom Triq Santa Monika.
Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison
Question
Jista’ l-Prim Ministru jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed juża uffiċċu f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?
Kuntratt li bih indivdwu qiegħed juza juża uffiċċju f’Sa Maison
Question
Jista’ l-Ministru jippreżenta l-kuntratt li bih l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qiegħed juża ufficju f’Sa Maison? Jekk ma hemmx kuntratt, jista’ l-Ministru jagħti l-kundizzjonijiet taħt liema tali użu qiegħed isir, inkluż meta beda tali użu, it-titolu, l-ħlasijiet li qegħdin isiru, u t-terminu tal-użu?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-twegiba tinghata f’seduta ohra.
Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali — żjara fil-Golf Għarbi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 24408, jista' il-Ministru jgħid x'inhi d-diffikultà biex iwieġeb din il-mistoqsija dwar liema pajjjiż fil-Golf Għarbi żar riċentement? Kemm-il pajjiż fil-Golf Għarbi żar fl-aħħar tliet xhur?
Response (BORG, IAN)
M’għandi l-ebda diffikultà nwieġeb bħalma weġibt mistoqsijiet parlamentari simili fil-passat. Żjarat saru f’Abu Dhabi, Dubai u Doha.
Proġetti ta’ restawr permezz ta’ skema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema proġetti ta' restawr saret applikazzjoni għalihom permezz tal-iskema maħruġa mid-Direttorat għall-Gvern Lokali, Strateġija u Implimentazzjoni u mil-liema Kunsill Lokali matul is-sena li għaddiet? Liema minn dawn il-proġetti ġew aċċettati? Liema minn dawn il-proġetti ma ġewx aċċettati u x’kienet ir-raġuni għal dan f’kull każ?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex kien jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irċeviet wara li f’Jannar, 2020 kienet irriżenjat minn Ministru u minn membru tal-Kabinett?
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irċeviet wara li f’Diċembru, 2021 irriżenjat minn Ministru u minn membru tal-Kabinett?
Jista’ il-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament, irceviet wara li fi Frar , 2021 irriżenjat minn Segretarju Parlamentari u minn membru tal-Kabinett?
Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà pubblika lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà pubblika f’Sa Maison lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u jista’ iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (SCHEMBRI, SILVIO)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghal risposta f’mistoqsija numru 24503.
Sa Maison – Għoti ta’ proprjetà ta’ Transport Malta lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ il-Ministru jgħid f’liema data u b’liema titolu ngħatat il-proprjetà parti mill-bini ta’ Transport Malta f’Sa Maison lill-ex Prim Ministru Joseph Muscat u jistax iqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt/att/skrittura/deċiżjoni relattiv?
Response (BORG, IAN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-titlu tal-binja msemmija la hi u lanqas kienet tal-Ministeru li tiegħu jien responsabbli.
Sa Maison – xogħlijiet fil-bini li qed jokkupa l-ex Prim Ministru Joseph Muscat
Question
Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa pubblika fix-xogħlijiet li saru fil-bini f’Sa Maison li qed jokkupa l-ex Prim Ministru Joseph Muscat? Min awtorizza dawn ix-xogħlijiet u meta?
Response (BORG, IAN)
Ikun apprezzat jekk l-Onor. Azzopardi jispeċifika eżattament għal liema tip ta' xogħlijiet qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar xi żviluppi kien hemm dwar inċident li seħħ fil-Qawra f’Novembru 2021, fejn allegatament grupp ta’ żgħażagħ kienu armati bi skieken u tterrorizzaw lil diversi residenti fil-Qawra stess?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi dwar l-incident imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, saru l-indaġini meħtieġa, immedjatament wara li l-Pulizija tal-Qawra rċevew ir-rapport, biex ġie identifikat il-grupp ta’ żgħażagħ, kollha taħt l-erbgħatax -il sena u li fosthom kien hemm żagħżugħ li allegatament kellu mus f' idejħ waqt l-istess incident. Dawn ġew mitkellma mill-Pulizija fil-preżenza tal-ġenituri tagħhom. Infurmat illi l-Pulizija tad-Distrett u dawk tal-Komunità fl-istess lokalità, sussegwentament żiedu ir-rondi tagħhom fiż-żona rispettiva u żoni oħra fil-Qawra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra informazzjoni dwar jekk sarux rapporti fl-għases tal-pulizija ta’ inċidenti fejn gruppi ta’ żgħażagħ armati bi skieken itterrorizzaw lil residenti? Jekk iva, kemm saru u x’passi ħadet il-pulizija f’kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Infurmat illi fil-perjodu ta’ bejn Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Jannar 2022 ma sarux rapporti fl-għases tal-pulizija ta’ inċidenti fejn gruppi ta’ żgħażagħ armati bi skieken itterrorizzaw lil residenti, ħlief l-allegat kaz li ġara l-Qawra f’Novembru tas-sena l-oħra u li kien suġġett ta’ Mistoqsija Parlamentari oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24423, jista’ id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jagħti informazzjoni dwar kemm hu t-total ta’ tfal bejn il-ħames snin u l-11-il sena li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin f’Malta u Għawdex?
Mid-19,997 doża li ngħataw, kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin? Mis-6,881 doża li ngħataw, kemm minnhom huma Maltin u kemm huma barranin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi t-total ta’ tfal bejn il-5 u l-11 il-sena li huma eliġibbli għal dan il-vaċċin f’Malta u Għawdex huma 32,493. Ninfurmaha ukoll illi f’pajjiżna sas-7 ta’ Frar ta’ din is-sena, ngħataw 23,085 dożi tal-vaċċin kontra l-Covid-19 lil tfal ta’ bejn l-5 u l-11 il-sena li minnhom 9,776 ħadu it-tieni doża.
Pulizija – każi ta’ bullying fuq tfal u adoloxxenti
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm-il każ ta’ bullying ġew irrapportati fuq tfal u adoloxxenti li għandhom mhux iktar minn 18-il sena? F’kull każ x’kienet l-età tal-allegat vittma/i u f’liema lokalità seħħ kull każ?
Response (CAMILLERI, BYRON)
Ninsab infurmat illi in-numru ta’ każi ta’ bullying li ġew irrapportati lill-Pulizija bejn 1 ta’ Jannar 2021 u l-aħħar ta’ Jannar 2022, fuq tfal u adoloxxenti li għandhom mhux iktar minn 18-il sena kien ta’ tmintax (18) hu kif jidher fit-tabella annessa. L-Onorevoli Interpelant tapprezza illi dawn il-figuri nġabru manwalment peress li fis-sistema elettronika tal-Pulizija m’hemmx kategorija specifika li tiġbor kazi ta’ bullying’, li jistgħu jkunu taħt forom diversi skond artikli oħra tal-Kodici Kriminali.
Distrett
Data ta’ l-incident
Eta’ tal-vittma
Lokalita fejn seħħ l-incident
1
-
-
-
2
27/02/2021
28/10/2021
11/11/2021
26/01/2022
26/01/2022
14
13
13
15
17
Hamrun
Hamrun
Hamrun
Sta Venera
Sta Venera
3
-
-
-
4
-
-
-
5
13/10/2021
17
Safi
6
-
-
-
7
-
-
-
8
-
-
-
9
18/12/2021
19/12/2021
12
14
Naxxar
Birkirkara
10
16/12/2021
04/03/2021
13
14
Dingli
Mgarr
11
09/03/2021
11/03/2021
03/06/2021
28/09/2021
17/01/2022
15
15
15
12
13
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
San Pawl il- Bahar
12
19/11/2021
29/11/2021
19/01/2022
13
15
15
Rabat, Gozo
Rabat, Gozo
Rabat, Gozo
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 24308 fejn ingħad li qegħdin isiru t-tħejjijiet meħtieġa sabiex il-Lukanda ta’ Selmun tiġi kkummerċjalizzata, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni għal liema użu hemm ħsieb li tintuża din il-binja?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li għadu qieghed jiġi studjat l-użu permissibbli li għalih il-binja ta’ Selmun ser tkun tista’ tintuża.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’kien il-ftehim u fiex kien jikkonsisti s-severance package li l-persuna, li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, irċieva wara li f’Novembru 2019, irriżenja minn Ministru u minn membru tal-Kabinett?
Jista’ l-Ministru jgħid ma’ kemm-il entità internazzjonali hi msieħba l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) jew l-entitatijiet li jagħmlu parti minnha? F’kull każ jista’ jgħid liema hi l-entità internazzjonali, kemm titħallas bħala fee annwali għas-sħubija inkwistjoni u x’inhu l-għan aħħari wara kull sħubija? Jista' jgħid matul l-2021 jekk ingħatatx xi għajnuna lill-għaqdiet tal-konsumaturi, u jekk iva, jista’ jgħid f’kull każ lil liema għaqda ngħatat tali għajnuna u fiex kienet tikkonsisti?
Response (BARTOLO, CLAYTON)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.