American University of Malta – ħatra ta’ persuna fuq il-bord ta’ trustees
Question
Jista’ l-Ministru jgħid liema kriterji ġew imposti fuq il-gvern għall-ħatra ta’ persuna fuq il-bord ta’ trustees responsabbli mill-akkademja u mill-management u l-operat tal-American University of Malta, hekk kif stipulat fil-kuntratt ta’ konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè fl-artikolu 16.1?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tindirizza l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
American University of Malta – boroż ta’ studju mogħtija
Question
Skont il-konċessjoni enfitewtika mogħtija lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u ċjoè l-artikolu 16.2, li l-enfitewta huwa obbligat jagħti boroż ta’ studju, għal liema l-Gvern huwa intitolat jagħżel il-korsijiet u l-istudenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm il-borża ta’ studju ngħataw sa issa mill-American University of Malta lill-Gvern u jgħid kemm-il persuna applikat u n-nazzjonalità tagħhom, kemm-il student ingħata tali borża ta’ studju u liema kors qiegħed isegwi, meta bdew tali kors u jekk għadhomx qegħdin isewgu l-istudju mibdi?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sejħa għall-applikazzjonijiet għal boroż ta’ studju, intlaqgħu 21 applikazzjoni li ġejjin minn Malta, l-Pakistan, il-Ghana, it-Tuneżija, l-Etjopja, il-Libja, il-Fillandja, il-Filippini u l-Bulgarija. Fuq il-bażi tal-gwida u tal-eliġibilità tas-sejħa, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xoghol ippropona ħdax-il kandidat, li d-dettalji tagħhom għaddew lill-entità msemmija biex isegwu l-kors Masters in Business Administration fil-livell 7 tal-Qafas Malti tal-Kwalifiċi. Mill-informazzjoni li għandi, filwaqt li uħud minn dawn l-istudenti eventwalment għażlu alternattivi oħra li kellhom, oħrajn għadhom qed isegwu l-istudju tagħhom fl-Universita' Amerikana f'Malta.
Tista' l-Ministru tgħid x’kien il-ftehim li sar mal-bejjiegħa tal-monti li kienu jarmaw fit-Tokk Għawdex fi Pjazza Indipendenza, wara li dan l-ispazju tteħdilhom u minflokhom qed jarmaw l-imwejjed tal-ħwienet u r-ristoranti? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm ftehim mal-bejjiegħa kollha u jekk iva x'kien dan il-ftehim u tpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-fatt li numru kbir ta' siġar tal-prinjol qed jinxef u jmut madwar Malta? Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji u r-riżultati li għandu f'idejh, dwar dan it-telf u l-mewt ta' dawn is-siġar Maltin li ilu sejjer għal dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid s’issa kemm hemm minn dawn is-siġar li mietu? Jista' jgħid jekk dan il-mewt hux dovut għal xi mard jew minħabba xi speċi oħra li nġabet jew qed tiġi importata ma' siġar oħra li l-Ministeru tiegħu qed japprova? Jista' jgħid x'miżuri se jieħu biex in-numru ta' dawn is-siġar Maltin jerġa' jitħawwel, u x'passi se jieħu biex dawn ikunu mill-istess ġenetika ta' dawk Maltin u mhux importati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant, li d-Direttorat għall-Ħarisen tal-Pjanti huwa konxju minn din is-sitwazzjoni u għaldaqstant matul l-2017 spezzjona u ttestja diversi siġar tal-prinjol li kienu qed juru sintomi ta’ nixfa minn kampjuni miġbura. Saru testijiet speċifiċi għall-żewġ tipi ta’ organiżmi ta’ ħsara li huma ta’ importanza għas-saħħa tal-pjanti, li huma Bursaphelenchus xylophilus (pine wood nematode) and Gibirella circinate (pitch cancer), li riżultaw fin-negattiv. Madankollu, metodi ta’ fungi isolation li saru fil-laboratorju indikaw it-tkabbir ta' patoġeni fungali li huma assoċjati ma’ infezzjoni sekondarja.
Filwaqt li għadha għaddejja investigazzjoni ulterjuri, il-kawża sospettata attwali għall-mewt ta’ dawn is-siġar qed tiġi attribwita għall-istress tan-nixfa tas-siġar li jqanqal attakk minn patoġeni fungali sekondarji u ingħataw pariri dwar it-trattament fejn meħtieġ . Ġie innutat li siġar li urew sintomi ta’ tnixxif jew li mietu kienu mħawla f’ħamrija baxxa ħafna, tant hu hekk li fil-fatt il-blat huwa viżibbli. Ta’ min wieħed jgħid ukoll li f’ċerti żoni bħas-Salina u Kennedy Grove, il-mewt ta’ dawn is-siġar huwa attribwita għal xogħolijiet li saru fit-toroq. Sa issa il-Ministeru għad m’għandux ammonti ta’ siġar tal-prinjol li mietu.
Fil-progetti ta’ afforestazzjoni li għaddej bihom l-Ministeru, jitħawwlu numru ta siġar indigeni fosthom is-siġar tal-prinjol. Matul is-sena 2017 tħawwlu madwar 200 sigra tal-prinjol f’ diversi siti ġewwa Malta.
Peress li qed jingħadd li numru mhux ħażin ta’ pulizija se jtemmu s-servizz tagħhom fix-xhur li ġejjin, jista’ l-Ministru jgħid kemm se jkunu dawk li se jtemmu dan is-servizz xahar b’xahar minn Jannar sa Ottubru 2018? Fil-fatt x’inhu l-persentaġġ ta’ pulizija li se jitilqu mill-Korp mit-total, f’dawn ix-xhur? X’inhuma l-contingency plans tal-Korp f’dan ir-rigward?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-ammont ta’ pulizija li talbu biex jirreŻenjaw jew jirtiraw bil-pensjoni fix-xhur li ġejjin, u cioe xahar b’xahar minn Jannar sa Ottubru 2018, huwa ta' sebgħa u għoxrin (27) kif jidher fit-tabella t'hawn taħt. Dan huwa madwar 1.19 % bħala persentaġġ, komparat mal-ammont globali ta' pulizija llum. Bħala kontingenza, ser ikun hemm reklutaġġi oħra din is-sena.
AC
SM
PS
WPS
PC
WPC
Total
Jan-18
1
1
1
1
7
1
12
Feb-18
2
2
Mar-18
1
1
Apr-18
1
1
2
4
May-18
1
1
2
Jun-18
2
1
3
Jul-18
0
Aug-18
3
3
TOTAL
1
2
5
1
16
2
27
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ir-rapport dwar l-inċident tal-ħruq ġewwa l-Material Recovery Facility (MRF) ġiex konkluż u jekk fl-affermattiv hux se jkun ippubblikat?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-inċident għadu suġġett għal inkjesta maġisterjali u m’aħniex infurmati li din ġiet konkluza.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm impjegati rriżenjaw mill-kumpanija Wasteserv bejn Jannar 2017 u Diċembru 2017? Għal kull każ, jista’ jgħid f'liema gradi kienu dawk li rriżenjaw? Jista’ jgħid ukoll jekk ġewx sostitwiti? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid jekk kienx hemm internal call?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għada qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-familja li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fejn din il-familja tħallas kera ta' €531 fis-sena meta kull ma għandha pensjoni ta' €679 fix-xahar, meta l-irħas waħda hija ta' ftit aktar minn €200? Jista' jinvestiga dan il-każ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-kera hija maħduma skont il-policies tal-kera soċjali preżenti. Il-kuntratt tal-kera tas-Sinjuri ġie ffirmat fid-29 ta’ Ottubru 2014.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward dħul ta' persuna li għandu d-dementia u spiss qed ikun jiġri fit-triq?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-każ imsemmi minnu, qiegħed jingħata l-attenzjoni meħtieġa.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fis-Seba’ Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fit-Tmien Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fid-Disa’ Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fl-Għaxar Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fil-Ħdax-il Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq residenzjali fit-Tnax-il Distrett Elettorali li l-Gvern Ċentrali se jasfalta fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet, liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu munizzjon il-Korp tal-Pulizija? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' munizzjon hu u għal liema armi jintuża? Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġie akkwistat il-munizzjon mill-Korp tal-Pulizija jew f'liema sena ngħata lill-Korp tal-Pulizija u minn liema stat jew entità ngħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali, ta’ natura sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Armi li jinsabu fil-pussess tal-Forzi Armati ta’ Malta
Question
Jista' l-Ministru jgħid it-total ta' armi li jinsabu fil-pussess tal-Forzi Armati ta' Malta u li huma ntiżi għall-użu mill-membri tal-istess Forzi Armati? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' armi huma, f'liema sena ġew akkwistati mill-Forzi Armati ta' Malta jew f'liema sena ngħataw lill-Forzi Armati ta' Malta u minn liema stat jew entità ngħataw?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali, ta’ natura sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom munizzjon il-Forzi Armati ta' Malta? Jista' l-Ministru jgħid x'tip ta' munizzjon hu u għal liema armi jintuża? Jista' l-Ministru jgħid f'liema sena ġie akkwistat il-munizzjon mill-Forzi Armati ta' Malta jew f'liema sena ngħata lill-Forzi Armati ta' Malta u minn liema stat jew entità ngħata?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hija kunfidenzjali, ta’ natura sensittiva u li tolqot lis-sigurtà nazzjonali.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru roadblocks mill-Korp tal-Pulizija mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż u x'kienu l-abbużi maqbuda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li t-taghrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant ma jinżammx taħt forma kompjuterizzata. Għaldaqstant il-kumpilazzjoni tal-informazzjoni biex tiġi mwieġba din id-domanda, tinvolvi d-dedikazzjoni ta’ ammont sproporzjonat ta’ ħin u ta’ riżorsi. Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-RIU, jagħmlu ronda regolarment u meta jkun meħtieġ isiru road blocks, f'diversi lokalitajiet f'Malta.
Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm saru roadblocks mill-Forzi Armati ta' Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'kemm minnhom irriżultaw li kien hemm xi abbuż u x'kienu l-abbużi maqbuda?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant il,fiż-żmien imsemmi, ma sarux dawn it-tip ta’ roadblocks mill-Forzi Armati ta’ Malta. Il-Forzi Armati ta’ Malta tagħmel dawn it-tip ta’ operazjonijiet fuq talba tal-Pulizija.