Għawdex – Ingombru ta’ bankini – Ċitazzjonijiet minn gwardjani lokali
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet minn gwardjani lokali għall-ingombru ta' bankini minn vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet minn gwardjani lokali għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li mhumiex vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jaqsam dawn iċ-ċitazzjonijiet skont il-lokalitajiet f'Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant isib hawn taht lista ta' citazzjonijiet li nghataw lil vetturi minħabba ostruzzjoni. Ta’ min jinnota ukoll li l-informazzjoni mogħtija hawn taħt tinkludi l-lokalitajiet biss fejn ingħataw ċitazzjonijiet tat-tip imsemmija fil-mistoqsija.
Tickets issued in Gozo relating to Obstruction (No motor vehicle may be left in any road in contravention of any parking regulations or in such a position or in such circumstances as to be likely to cause danger or obstruction to other persons using the road) between 1st Jan 2017 and 19 Dec 2017 by Local Wardens
Council
Mar
Apr
May
Jun
Jul
Aug
Sep
Oct
Nov
1-19 Dec
Grand Total
GHAJNSIELEM-Gozo
3
1
3
39
50
29
5
2
132
GHARB-Gozo
1
1
1
1
4
MUNXAR-Gozo
3
3
11
43
69
18
5
8
160
QALA-Gozo
1
1
RABAT-Gozo
10
32
14
3
14
19
16
19
10
2
139
XAGHRA-Gozo
1
2
3
ZEBBUG-Gozo
3
2
11
13
3
1
4
2
39
Grand Total
11
41
18
19
107
153
67
32
25
5
478
Tista’ l-Ministru tgħid fejn huma ppjanati li jinbnew car parks fir-Rabat Għawdex biex tkun tista’ tittaffa l-problema tal-parkeġġ f’din il-lokalità?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejjin diskussjonijiet ma’ Projects Malta biex jiġu identifikati siti potenzjali madwar Għawdex biex isiru progetti ta’ parkeġġi.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju wasal il-proġett tad-Diesel Production Plant mill-algae?
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandha tkun infurmata li min-naħa tal-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma, il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma provdit biss post bi ħlas għal dan il-proġett li kien imħejji mill-Aġenzija MIEMA. Dan il-proġett kien jitratta riċerka fuq il-possibilita' ta’ produzzjoni ta’ Biofuel mill-algae. Ta’ minn jgħid li l-Aġenzija MIEMA hija waħda awtonoma.
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-impjant ta’ Sant’ Antnin se jingħalaq għal kollox u sussegwentament l-art li fuqu nbena l-impjant tingħata lura lill-pubbliku, kif imwiegħed?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-impjant ta’ Sant’ Antnin se jingħalaq fi żmien 7 snin
Impjant ta’ Sant’ Antnin – ħruq – riskji minn emissjonijiet u gassijiet
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li wara l-ħruq li ġarrab l-impjant ta’ Sant’ Antnin, ma hemm l-ebda riskju ta’ emissjonijiet, gassijiet jew kwalunkwe riskju ieħor jew dannu a detriment tar-residenti, speċjalment rigward saħħa? Jista’ jippubblika r-rapport dwar Health and Safety li saru f’dan ir-rigward?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport li sar minn Dr Robert Cortis wara l-ħruq tal-impjant ta’ Sant’ Antnin.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn hemm il-ħsieb li jsir l-impjant il-ġdid li fiha se jiġi rriċiklat il-materjal li kien jiġi riċiklat fl-impjant ta’ Sant’Antnin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Wasteserv qed tipprepara biex tibni MRF (Material Recovery Facility) bażika u temporanja fis-sit li qabel kien hemm l-MRF li inħaraq.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jiġi maħżun il-materjal li qabel kien jiġi riċiklat fl-Impjant ta’ Sant’ Antnin?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-materjal li qabel kien jiġi rriċiklat fl-impjant ta’ Sant’ Antnin mhux qedt jiġi maħżun, imma b’mod temporanju, qedt jinħadem fl’impjant tal-Malta North ġewwa l-kumpless tal-Magħtab.
Jista’ l-Ministru jagħti separatament il-volum ta’ plastic, metal u karti li bħalissa (jiġiferi fis-17 ta’ Diċembru 2017) hemm maħżuna, sabiex jiġu riċiklati?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.
Gainfully Occupied Population — Impjiegi fis-settur pubbliku u fis-settur privat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, skont id-data tal-Gainfully Occupied Population, kemm hu l-porzjon tal-impjiegi fis-settur pubbliku mit-total annwali mill-2008 s’issa? Bl-istess mod kemm hu l-porzjon tal-impjiegi fis-settur privat mill-2008 s’issa?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Internal Audit and Investigations Department – eżitu dwar każ dwar canvasser
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2811, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tiegħu mill-Internal Audit and Investigations Department u x'kien l-eżitu? Jista’ jgħid ukoll x'forma ta’ kooperazzjoni estendilhom s'issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li investigazzjonijiet mill-Internal Audit and Investigations Department ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-Ministeru tiegħi. Kif diġà għidt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 2811, infurmajt lill-IAID hekk kif kelli “tangible evidence”.
Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni – eżitu dwar każ ta’ canvasser
Question
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2811, jista’ l-Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tiegħu mill-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u x'kien l-eżitu? Jista’ jgħid ukoll x'forma ta’ kooperazzjoni estendilhom s'issa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li rapporti tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħi. Kif diġà spjegajt, tajt kull koperazzjoni possibbli u ltqajt mal-Kummissjoni biex nirrispondi d-domandi kollha li għamluli u għaddejtilhom id-dokumenti relattivi.
Ħatra ta’ Kummissarju dwar Standards fil-Ħajja Pubblika
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid meta għandu l-ħsieb li jgħaddi għall-ħatra ta’ Kummissarju dwar Standards fil-Ħajja Pubblika kif stipulat fil-liġi l-ġdida li taħseb għat-twaqqif ta’ din il-kariga?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa għaddejja konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni biex ikun hemm qbil dwar persuna idonea.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont s’issa tal-implimentazzjoni tal-liġi l-ġdida dwar Standards fil-Ħajja Pubblika?
Response (BONNICI, OWEN)
L-Onor. Membru huwa mgħarraf li l-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika għadu ma nġiebx fis-seħħ pero hemm konsultazzjoni mal-Oppożizzjoni biex tkun tista’ tiġi identifikata persuna li tkun tista’ tieħu l-inkarigu ta’ Kummissarju taħt l-Att.
Uffiċċju tal-Prim Ministru – uffiċċju ta’ individwu
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2914, jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qatt kellux uffiċċju, skrivanija - temporanja jew permanenti - fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja minn Marzu 2013 sad-data ta’ din il-mistoqsija u jekk fl-affermattiv, meta?
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2810, jista’ l-Ministru jgħid għaliex, skont hu, l-informazzjoni mitluba hija ta’ natura kummerċjali u minn liema liġi joħroġ l-obbligu li ma jagħtix l-informazzjoni mitluba għal din ir-raġuni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Enemalta plc hija kumpanija li tinnegozja f’suq miftuħ sabiex tixtri l-elettriku meħtieġ mill-klijenti tagħha minn sorsi differenti, lokali u barranin, fosthom il-Malta – Italy Interconnector u l-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku Delimara 3 u Delimara 4. Il-pubblikazzjoni ta’ tagħrif dwar prezzijiet speċifiċi jew dettalji oħra simili jistgħu jippreġudikaw dan il-proċess kontinwu.
Insurance policy għad-Diplomatiċi Maltin barra minn Malta
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2922, jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li tiġi introdotta jew tiġi estiża l-insurance policy preżenti għad-diplomatiċi tagħna, li tkun tkopri l-atti ta’ terroriżmu u/jew azzjonijiet relatati?
Response (ABELA, CARMELO)
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ filwaqt li jirreferi għall-mistoqsijiet parlamentari 21309 (tat-12-il Leġiżlatura) u 2922, jixtieq jinforma illi f’dan l-istadju ma hemmx żviluppi fuq is-suġġett mitlub mill-Onor. Membru.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Żieda ta’ esperjenza lill-Ambaxxaturi / konsulenti irtirati
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2924, jista’ l-Ministru jgħid għaliex jippreferi jżid l-esperjenza lil żewġ ambaxxaturi/konsulenti tiegħu li ilhom snin irtirati, milli jagħti iktar esperjenza lil diplomatiċi professjonali iżgħar? Għaliex dawn id-diplomatiċi professjonali iżgħar qed jitħellew disa’ sigħat fl-uffiċini ta’ Palazzo Parisio meta jistgħu jkabbru l-esperjenza tagħhom bħala diplomatiċi professjonali u jmorru huma flok l-irtirati?
Response (ABELA, CARMELO)
Nitlob l-Onor. Interpellant jgħid min huma dawk id-diplomatiċi, li skont hu qed jitħallew disa siegħat fl-uffiċini ta’ Palazzo Parisio.