Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #2732 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers (kumpaniji)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (kumpaniji) f’Malta fl-2016 u kemm minnhom ma kellhomx l-ebda taxxa (FSS) xi jħallsu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ taxpayers (kumpaniji) f’Malta fl-2016 kien 55,164. Peress li l-maġġorparti tal-formoli tat-taxxa tal-kumpaniji (sena bażi 2016), intbagħtu milux m’aħniex f’pożizzjoni li nagħtu l-figura totali ta' dawk il-kumpaniji li ma kellhomx iħallsu taxxa.
Leg 13 PQ #2733 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers (individwi) – dħul ta’ aktar minn €60,000

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (individwi) f’Malta li fl-2016 iddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2016 kien hawn 5,025 taxpayers (individwi) li ddikjaraw dħul ta’ aktar minn €60,000.
Leg 13 PQ #2734 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Tax Compliance Unit — ħidma

Question

Jista’ l-Ministru jagħi rendikont dettaljat tal-ħidma tat-Tax Compliance Unit fl-2016 u jagħti l-istatistika kollha neċessarja (mingħajr ma jsemmi każijiet individwali)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2016, it-Tax Compliance Unit kompliet bix-xogħol tagħha ta’ investigazzjonijiet fuq diversi individwi u kumpaniji wara eżerċizzji mir-Risk Management Unit, li xogħolha hu li tiddentifika każijiet ta’ evażjoni ta’ taxxa diretta u taxxa indiretta. L-investigazzjonijiet ivarjaw minn Aspects Audits , Limited Scope Audits u Fully Fledged Investigations . Qed isiru wkoll eżerċizzji biex ninkoraġġixxu aktar Voluntary Compliance , kemm fir-rigward ta’ dikkjarazzjonijiet u anke’ fis-submission ta’ tax/vat returns. L-ammont ta’ każijiet investigati matul is-sena 2016 kien ta’ 1218 u r-revenue ġġenerat minn dawn il-każijiet u xi eżerċizzji oħra relatati kien ta’ € 58,615,775.
Leg 13 PQ #2735 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti dwar money laundering mill-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) lill-pulizija mill-2013 ‘il hawn u jagħti l-informazzjoni sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2736 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Trade surplus/deficit

Question

Jista’ l-Ministru jagħti break down ta’ trade surplus jew deficit fl-2015 u fl-2016, maqsuma pajjiż b’pajjiż?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Xogħlijiet fuq toroq

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq, sena b’sena u lokalità b’lokalità, li l-Gvern beħsiebu jagħmel ix-xogħol fihom? Fiex se jkun jikkonsisti dan ix-xogħol? Kemm ġejja tiswa kull triq? Meta hemm il-ħsieb li jibda u jitlesta x-xogħol fuq kull triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Qtil ta’ Bhejjem fil-Biċċeriji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inqatlu bhejjem u xi speċi ta' bhejjem inqatlu fil-Biċċerija ta' Malta separatament mill-Biċċerija ta' Għawdex xahar b'xahar mill-2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għall-Birżebbuġa — xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid jekk Triq Ħal Far li miż-Żurrieq tagħti għal Birżebbuġa hux se ssirilha wiċċ ġdid tat-tarmak? Jekk fl-affermattiv, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq din it-triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

L-Imqabba — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità tal-Imqabba? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Qrendi — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità tal-Qrendi? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li se jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Iż-Żurrieq — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità taż-Żurrieq? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed isir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Il-Mosta — Triq Patri Ġuże Delia - bini ta' ħajt

Question

Jista' l-Ministru jieħu azzjoni sabiex jinbena l-ħajt li kellu jinbena minn Transport Malta fi Triq Patri Ġuże Delia fil-Mosta? Peress li l-bini ta' dan il-ħajt kellu jieqaf għaliex ġie mwaqqaf mill-Awtorità tal-Ippjanar, u ta' min wieħed jinnota li dan il-ħajt kien mitlub jinbena għaliex oriġinarjament, meta nfetħet it-triq, dan il-ħajt qatt ma inbena, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji peress li n-nuqqas ta' dan il-ħajt qed ikun ta' periklu għall-karozzi li jkunu għaddejjin mill-istess triq?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol twaqqaf mill-uffiċjali tal-infurzar tal-Awtorità tal-Ippjanar minħabba li x-xogħol biex jittella l-ħajt ma kienx qed isir mill-kuntrattur skont il-permess uffiċjali. Sadanittant, uffiċjali ta’ Transport Malta ċċekkjaw dwar x’jista’ jsir mal-Awtorità tal-Ippjanar, u jidher li ma tistax tintefa’ applikazzjoni ta’ żvilupp għal dan il-ħajt peress li t-triq qatt ma nfetħet il-wisa’ kollha kif skemata fil-Pjan Lokali u l-post fejn għandu jigi mtella’ l-ħajt għadu jaqa’ barra ż-żona tal-iżvilupp. Kemm l-Awtorità tal-Ippjanar u Transport Malta qed jaħdmu biex jekk fil-preżent hemm xi periklu tinstab soluzzjoni malajr kemm jista jkun.

Kompożizzjoni ta’ delegazzjonijiet – żjarat uffiċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ, lejn liema pajjiżi siefer fiż-żjarat uffiċjali s’issa, il-kompożizzjoni tal-delegazzjoni tiegħu, min kienu l-uffiċjali miċ-ċivil li akkumpanjawh u x’kienet l-ispiża għal kull żjara minn Ġunju 2017 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra Minn Malta — laqgħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-laqgħa tal-Kunsill għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li saret fid-19 u l-20 t'Ottubru? Għalfejn ma ħarġitx stqarrija għall-istampa? U meta beħsiebu jorganizza l-Konvenzjoni għall-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta li jmiss?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laqgħa tal-Kunsill tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta, li ttellgħet fil-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nhar id-19 u l-20 t'Ottubru 2017, kien hemm numru ta’ deċiżjonijiet li jkunu jistgħu jsiru pubbliċi meta jigu maqbula u konfermati l-minuti fil-laqgħa li jmiss. Il-Ministeru ħareġ stqarrija għall-istampa nhar it-13 ta’ Ottubru 2017, Stqarrija Numru. 17235en, intitolata PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR FOREIGN AFFAIRS AND TRADE PROMOTION: The Maltese government continues to strengthen its relation with Maltese living abroad including newer generations , accessibli fuq il- link elettronika li tidher hawn taħt: http://www.gov.mt/en/Government/Press%20Releases/Pages/2017/October/13/pr172325en.aspx Il-Ħames Konvenzjoni tal-Maltin li Jgħixu Barra minn Malta għandha tittella’ fis-sena 2020.

Uffiċjali — delegazzjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid dawn l-imsemmija uffiċjali: a) is-Chief Information Officer; b) id-Direttur Ġenerali tal-Politika, l-Unjoni Ewropea u l-Maltin li Jgħixu Barra; c) id-Direttur Ġenerali għal-Affarijiet Globali; d) id-Direttur għall-Protokol; e) id-Direttur għall-Affarijiet Konsolari; f) id-Direttur għar-Relazzjonijiet Esterni u Mediterranji; g) id-Direttur għall-Affarijiet Ewropej; h) id-Direttur għall-Maltin li Jgħixu Barra; i) id-Direttur Żvilupp Internazzjonali, Affarijiet Ekonomiċi u Istituzzjonjiet Ewropej; u, j) id-Direttur għall-Affarijiet Globali lejn liema pajjiżi siefru, jekk kenux parti minn delegazzjoni jew le, għal liema skop u x’kienet l-ispiża għal kull żjara li għamlu minn Marzu 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skema għal fidi ta’ ċens temporanju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid l-iskema għal fidi ta' ċens temporanju tal-uffiċċju konġunt meta se tiftaħ, peress li l-aħħar darba li nfetħet din l-iskema, kien taħt Gvern Nazzjonalista fl-2013?

Response (FALZON, MICHAEL)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru ikkonċernat.

MRA – chairman u membri tal-Bord

Question

Jista’ l-Ministru jgħid, sena b’sena, min kienu ċ-chairman u l-membri tal-Bord tal-Malta Resources Authority (MRA), minn meta din twaqqfet sal-lum? Jista' jgħid kemm kien il-perijodu tal-ħatra ta’ kull membru, u jekk tul il-perijodu tal-ħatra kienx hemm xi membru li rreżenja jew twarrab mill-kariga?

Response (MIZZI, JOE)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Regolatur tas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma – deċiżjonijiet ikkontestati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sena b’sena kemm ġew ikkontestati deċiżjonijiet tar-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma quddiem l-Administrative Review Tribunal? Kemm minn dawn kienu jittrattaw dwar is-settur tal-enerġija u kemm dwar dak tal-ilma? Jista’ jgħid kemm il-każ ġie deċiż u kemm minnhom ġew appellati quddiem il-Qorti tal-Appell, sena b’sena?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma twaqqaf bħala entità li tirregola l-enerġija u l-ilma fil-31 ta’ Lulju 2015. Sal-ġurnata tal-lum, ġew appellati quddiem it-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva żewġ deċiżjonijiet tar-Regolatur. Dawn l-appelli lkoll jittrattaw każijiet dwar l-enerġija u t-tnejn li huma ġew appellati fis-sena 2016. Ġie deċiz każ wieħed minnhom fis-sena 2017, li minnu ma sarx appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell . Il-każ l-ieħor għadu sub judice . Fis-sena 2015 ġie deċiż appell mit-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva, li kien saru minn deċiżjoni tal-Awtorità ta' Malta Dwar Ir-Rizorsi, meta din kienet għada l-awtorità kompetenti għar-rigward tar-regolamentazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-appell mid-deċiżjoni kien sar fis-sena 2013 u minnu ma sar ebda appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell. Fis-sena 2016 ġew deċiżi żewġ appelli mit-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva, li kienu saru minn deċiżjonijiet tal-Awtorità ta' Malta Dwar Ir-Rizorsi, meta din kienet għada l-awtorità kompetenti għar-rigward tar-regolamentazzjoni tas-settur tal-enerġija. L-appelli mid-deċiżjonijiet kienu saru fis-sena 2014 u minnhom ma sar ebda appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell.

Ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex – Triq il-Qasam San Ġorġ – kisi ta’ tarmak

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hu ppjanat li tingħata t-tieni kisja ta' tarmac (il-wiċċ) fi Triq Qasam San Ġorġ bejn ir-Rabat u Santa Luċija Kerċem Għawdex, liema xogħol sar mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u dan skont risposta mogħtija mill-Ministru għal Għawdex, u dan peress li din it-triq ilha għal diversi xhur b’kisja waħda u hemm ammont ta’ tappiera perikolużi li huma ‘l fuq mil-livell tat-triq?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ppjanat li ssir network ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi magħruf bħala New Water fit-triq imsemmija. Għaldaqstant l-aħħar saff ta’ tarmak ser jingħata wara li titlesta s-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma tat-tieni klassi. Din is-sistema ser issir b’fondi mill-Unjoni Ewropea.

Għawdex – Ingombru ta’ bankini – Ċitazzjonijiet maħruġa mill-pulizija eżekuttivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-Pulizija Eżekuttiva għall-ingombru ta' bankini minn vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jgħid kemm-il ċitazzjoni nħarġet mill-Pulizija Eżekuttiva għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li mhumiex vetturi matul is-sena 2017 f'Għawdex? Jista' jaqsam dawn iċ-ċitazzjonijiet skont il-lokalitajiet f'Għawdex?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018, il-Pulizija ġewwa Għawdex ħarġet total ta' tmenin (80) ċitazzjoni jew ticket għall-ingombru ta' bankini minn vetturi. Fl-istess perjodu ħarġet tlett (3) ċitazzjonijiet għall-ingombru ta' bankini minn persuni permezz ta' oġġetti oħra li m’humiex vetturi fl-istess perjodu. Tabella tal-lokalitajiet fejn inħarġu dawn iċ-ċitazzjonijiet jew tickets tinsab hawn taħt: Lokalita Ingombru b'vetturi Matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018 Ingombru b'oggetti ohra Matul is-sena 2017 u sat-8 ta' Jannar 2018 Marsalforn 4 3 Nadur 11 NIL Victoria 63 NIL Xewkija 2 NIL Total 80 3