Legislature:
Category:
Reset
Active:

Persuni b’diżabilità li jirreġistraw għax-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol li huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità, sa mis-sena 2010 sas-sena 2017, maqsuma xahar xahar?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li skont l-informazzjoni li għandha l-Jobsplus, it-tagħrif dwar kemm kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol f’Malta u Għawdex li huma rreġistrati bħala persuni b'diżabilità, xahar b’xahar mis-sena 2010 sas-sena 2017 huwa kif muri fit-tabella li qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel tal-Gvern – Tagħlim tal-Etika

Question

Jista’ l Ministru jgħid jekk it-Tagħlim tal-Etika huwiex qiegħed jingħata f’kull skola tal-Gvern, u minn meta beda jingħata dan it-tagħlim f’kull skola?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskejjel tal-Istat li fihom qed isir it-tagħlim tal-Etika flimkien mas-sena li fiha beda s-servizz fl-iskola huwa kif indikat fit-tabella hawn taħt: Kulleġġ Skola Sena li fiha beda it-tagħlim tal-Etika Kulleġġ Maria Reġina Primarja Mosta A 2016 Primarja San Pawl il-Baħar 2014 Primarja Naxxar 2017 Primarja Mellieħa 2016 Primarja Għargħur 2017 Sekondarja Mosta (Żokrija) 2016 Sekondarja Mosta (Lily of the Valley) 2016 Medja Naxxar 2014 Kulleġġ Santa Klara Primarja San Ġwann 2017 Primarja Pembroke 2016 Primarja Sliema 2014 Primarja San Ġiljan 2016 Primarja Gżira 2016 Sekondarja Pembroke 2014 Skola Nazzjonali tal-Isport 2017 Kulleġġ Santa Tereża Primarja Birkirkara 2016 Primarja Lija 2016 Primarja Santa Venera 2016 Primarja Msida 2017 Medja Birkirkara 2017 Kulleġġ San Benedittu Primarja B’Bugia 2016 Primarja Safi 2016 Primarja Żurrieq 2016 Medja Kirkop 2016 Sekondarja Kirkop 2016 Kulleġġ Għawdex Primarja Victoria 2016 Medja Victoria 2016 Sekondarja Victoria 2017 Kulleġġ San Tumas More Primarja Marsascala 2017 Sekondarja Żejtun 2016 Kulleġġ San Ġorġ Preca Medja B’Bajda 2016 Sekondarja Ħamrun 2016 Kulleġġ San Injazju Medja Ħandaq 2017 Sekondarja Ħandaq 2016 Kulleġġ San Nikola Medja Rabat 2016 Sekondarja Dingli 2016

Skejjel Primarji – kriterji għall-introduzzjoni tas-Suġġett tal-Etika

Question

Jista’ l-Ministru jindika fuq liema kriterji qed jiġi introdott is-suġġett tal-Etika fl-iskejjel primarji?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-suġġett tal-Etika ġie introdott fl-iskejjel primarji wara li sar survey u rapport dwar is-suġġett u wara li dan ġie diskuss internament.

Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu – rispons tal-ġenituri dwar il-kwestjonarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien ir-rispons tal-ġenituri għal kull skola rigward il-kwestjonarju maħruġ mid-Dipartiment tat-Tmexxija tal-Kurrikulu u li tqassam fl-aħħar tas-sena skolastika 2016?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Ġunju 2016 sar survey fost 22,378 ġenituri ta’ studenti mill-ewwel sal-ħames sena tal-primarja kif ukoll studenti mill-Form 1 sal-Form 3. L-għan ta’ dan is-survey kien sabiex ikun hemm ħjiel tal-fehma tal-ġenituri dwar il-lezzjonijiet tal-Etika fl-iskejjel u għal skop ta’ ppjanar. Wieġbu s-survey 3,847 ġenitur (17.2% tal-kohort). Mis-survey instab li l-parti l-kbira ta’ dawk li wieġbu s-survey jixtiequ li wliedhom jitgħallmu l-Etika flimkien mar-Reliġjon jew waħedha. Analiżi tar-risposti miftuħa li ngħataw mill-ġenituri juri li l-parti l-kbira tal-ġenituri ma jixtiqux li l-Etika tiġi mgħallma minflok ir-Reliġjon imma flimkien mar-Reliġjon filwaqt li xtaqu iktar informazzjoni dwar it-tagħlim tal-Etika. 54% ta’ dawk li wieġbu qalu li jixtiequ li wliedhom jistudjaw l-Etika; 23% qalu li ma jridux li wliedhom jistudjaw l-Etika waqt li 23% oħra qalu li mhux deċiżi. Kulleġġ b’kulleġġ kien hemm dawn ir-riżultati: Irrid lil uliedi jitgħallmu l-Etika Ma nixtieqx li wliedi jitgħallmu l-Etika Ma nafx Kulleġġ Għawdex 35% 24% 20% Kulleġġ San Thomas More 52% 22% 26% Kulleġġ San Benedittu 52% 17% 31% Kulleġġ Maria Regina 54% 29% 17% Kulleġġ San Gorg Preca 54% 21% 25% Kulleġġ Santa Margerita 56% 16% 29% Kulleġġ San Nikola 56% 22% 22% Kulleġġ Santa Theresa 60% 21% 20% Kulleġġ Santa Kjara 63% 22% 15% L-informazzjoni ta’ Kulleġġ Sant’Injazju ma laħqitx waslet fil-ħin li kienet qiegħda tiġi evalwata d-data tal-kulleġġi l-oħra. Fost il-ġenituri Maltin u barranin, kien hemm rispons kemmxejn differenti. Irrid lil uliedi jitgħallmu l-Etika Ma nixtieqx li wliedi jitgħallmu l-Etika Ma nafx Ġenituri Maltin 51% 25% 24% Ġenituri Barranin 76% 13% 11% Ġenituri b’żewġ nazzjonalitajiet 44% 32% 23% Il-konklużjonijiet ta’ dan is-survey kienu: · Il-parti l-kbira tal-ġenituri li wieġbu għas- survey jixtiequ li wliedhom jistudjaw l-Etika fl-iskola · Għall-parti l-kbira mill-istudenti, it-tagħlim tal-Etika ma għandux isir minflok it-tagħlim tar-Reliġjon · Il-kurrikulu tal-Etika u tar-Reliġjon huma meqjusa validi għat-tagħlim lit-tfal fl-iskejjel.

Att dwar il-Mediċini – riċetti elettroniċi mit-tabib indirizzati lill-ispiżjar

Question

B’referenza għall-Att dwar il-Mediċini li jtenn li r-riċetti elettroniċi mit-tabib indirizzati lill-ispiżjar iridu jiġu validi fuq id-deskrizjoni tal-Ministru f’ħin waqtu u li din kienet daħlet fl-2013, u peress li dan fil-prattika qed isir, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk wasalx iż-żmien li dan jista’ jiġi atwat b’mod uffiċjali?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-regoli dwar il-ħruġ ta’ riċetti u dispensa ta’ Mediċini (LS458.49) kienu emendati fl-2013 u l-2014 biex jippermettu riċetti mediċinali li jistgħu jiġu ġenerati elettronikament u dawn ir-regoli daħlu fis-seħħ u huma implementabbli mal-pubblikazzjoni tal-emendi.

Ħġieġ, karta, metal u plastik — riċiklaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta’ ħġieġ, karta, metal u plastik li ġie riċiklat fis-snin 2016 u 2017?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor Interpellant li b’żieda mal-mistoqsija parlamentari 3038, qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Qorti Kriminali – investigation order skont l-Artiklu 4 tal-Kap.373

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il investigation order skont l-artiklu 4 tal-Kap.373 ħarġet il-Qorti Kriminali fuq talba tal-Avukat Ġenerali, jew kemm talab li jinħarġu l-Avukat Ġenerali, fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena? Jista’ jagħti d-data ta’ kull talba?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Membru li fis-sena 2015 inħarġet Ordni waħda f’Marzu u 3 Ordnijiet ta’ Investigazzjoni ta’ Sekwestru f’Lulju li kollha kienu dwar money laundering u każ wieħed kien ukoll dwar korruzzjoni. Fis-sena 2016 inħarġu 4 Ordnijiet ta’ Investigazzjoni ta’ Sekwestru u dawn kienu fi Frar, Marzu, Mejju u Lulju fejn kienu dwar drogi, frodi u money laundering. Filwaqt li fis-sena 2017 kien hemm Ordni ta’ Investigazzjoni ta’ Sekwestru waħda li nħarrġet fi Frar dwar money laundering.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – sejba ta’ droga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejba ta’ droga kien hemm fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017, sena b’sena u x’tip ta’ droga nstabet?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħataf’seduta oħra.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – residenti li e¿erċitaw id-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il resident mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin eżerċita d-dritt tal-vot fl-Elezzjoni Ġenerali 2017?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant it-tweġiba tingħata f’seduta oħra.
Leg 13 PQ #456 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Public procurement – kumpaniji li ġew blacklisted fuq impieg prekarju

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il kumpanija ġiet blacklisted s’issa mill-Public Procurement fuq impieg prekarju?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tliet kumpaniji li ġew blacklisted s’issa mill-Public Procurement fuq impieg prekarju.

Awtorità tal-Artijiet – encroachment permits maħruġa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il encroachment permit inħareġ mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2017? Għal liema għan inħareġ kull permess?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ Encroachment Permits maħruġa mill-Awtorità tal-Artijiet matul is-sena 2017 kien ta’ mija u dsatax (119). Inżid ukoll li minn Settembru 2017 'il quddiem, l-Awtorità tal-Artijiet ma ħarġitx aktar minn dawn il-permessi. Dawn il-permessi nħargu xahar b’xahar kif imnżżel fit-tabella li ssegwi; Month Type of encroachment No of Encroachments January 2 Storage of the statues of the Vatican Crib 1 Substation 1 February 6 Caravan site 1 Site for the installation of photovoltaic panels 1 Substation 3 ticketing booth 1 March 32 Beach Concession 1 Kiosk 1 property is to be used exclusively for environmental and educational projects 1 Selling point for Water Sports Facilities 1 Site for the installation of photovoltaic panels 1 Substation 26 Temporary car park 1 April 32 Luna Park 1 Selling point for Water Sports Facilities 1 Substation 30 May 4 Mobile Kiosk 4 June 9 Animal sanctuary 1 Kiosk 1 Kitchen facilities and stores 1 Mobile Kiosk 5 Store 1 July 30 Beach Concession 1 Mobile Kiosk 5 Site for Tent Structure i.c.w. Water Sports Facilities 1 Substation 23 August 4 Kiosk 1 Mobile Kiosk 1 Part of the Paola Regional Health Hub 1 Site for sunbeds and umbrellas 1 September n/a October n/a November n/a December n/a Grand Total 119

Reġistru tal-Artijiet – pjanti ordnati mis-sit

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ordnati pjanti mir-Reġistru tal-Artijiet permezz tas-sit www.landregistryplans.gov.mt minn meta dan tnieda aktar kmieni matul is-sena 2017, xahar b'xahar, sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid kemm kien it-total ta' ħlasijiet li saru lir-Reġistru tal-Artijiet għall-pjanti li ġew ordnati permezz ta' dan is-sit matul l-imsemmi perijodu?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3363 f’Seduta 68.
Leg 13 PQ #2661 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija – rapport annwali

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk ir-Regolatur maħtur skont l-artikolu 25 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija lestiex ir-rapport annwali tiegħu għall-perijodu mill-1 ta' Lulju 2016 sat-30 ta' Ġunju 2017? Jekk iva, jista' jgħid meta ġie ppreżentat lilu dan ir-rapport u meta se jqiegħed kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra kif obbligat li jagħmel skont l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ir-rapport li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant tqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra fit-18 ta’ Diċembru 2017.
Leg 13 PQ #2662 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-Programm ta’ Investitur Individwali – ilmenti investigati mir-Regolatur

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ilment ġie nvestigat mir-Regolatur maħtur skont l-artikolu 25 tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar xiex kienu dawn l-ilmenti u x'kien l-eżitu ta' kull waħda mill-investigazzjonijiet imwettqa mir-Regolatur?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li minn meta tnieda l-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment, in-numru ta’ ittri ta’ ilment li rċieva r-Regolatur sena b’sena kien hekk: 2013 - 02014 - 02015 - 02016 - 72017* - 7 Dawn l-ilmenti kienu kollha jittrattaw rifjut tat-talba għaċ-ċittadinanza taħt dan il-Programm ghar-raguni li l-applikant ma kienx konformi ma’ xi waħda jew aktar mill-ħtigijiet tar-regolamenti dwar l-għoti ta’ din iċ-ċittadinanza. Effettivament ir-Regolatur ma rrisolva l-ebda każ favur min għamel it-talba għall-intervent tiegħu. *Sad-29 ta’ Novembru 2017
Leg 13 PQ #2663 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Identità Malta — investigazzjonijiet

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il investigazzjoni għamlet l-Aġenzija Identità Malta dwar liċenza maħruġa lil Aġent Approvat skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 3(5) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03)? Jista' jgħid min kienu l-Aġenti Approvati investigati u x'kien l-eżitu ta' kull waħda minn dawn l-investigazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenzija Identità Malta minn żmien għal żmien tagħmel investigazzjonijiet skont id-doveri tagħha, b’mod kunfidenzjali u bis-sensittività kummerċjali meħtieġa.
Leg 13 PQ #2664 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Identità Malta – applikazzjonijiet riferuti

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il applikazzjoni ġiet riferuta lilu mill-Aġenzija Identità Malta skont dak li jipprovdi s-sub-regolament 6(f) tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03) mis-sena 2014 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kellhom il-persuni li għamlu l-applikazzjoni lill-Aġenzija Identità Malta u li ġew riferuti lilu għall-approvazzjoni? Jista' jgħid kemm-il waħda mill-imsemmija applikazzjonijiet ġew approvati minnu u x'kienet ir-raġuni għall-approvazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma kien hemm ebda applikant li ġie riferut mill-Aġenzija Identità Malta skont l-imsemmi sub-regolament.
Leg 13 PQ #2665 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali – approvazzjoni

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm-il persuna kienet approvata għaċ-ċittadinanza skont ir-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03) minħabba f'ċirkostanzi speċjali li ġew murija mill-applikant skont dak li jipprovdi r-Regolament 6 tal-imsemmija Regolamenti? Jista' jgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi speċjali li ġew murija minn kull wieħed mill-applikanti? Jista' jgħid x'nazzjonalita jew nazzjonalitajiet kellhom il-persuni li dwarhom ġiet mitluba l-approvazzjoni?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Agenzija tagħmel proċess rigoruż ta’ due diligence fuq kull applikant, u ma kien hemm l-ebda applikant li ngħata trattament speċjali jekk fl-istadju ta’ due diligence rriżulta li mar kontra r-Regolament 6 jew xi sub-regolament tiegħu.
Leg 13 PQ #2731 Sitting 69 2018-01-16 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għall-Finanzi

Taxpayers (individwi)

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hawn taxpayers (individwi) f’Malta fl-2016 u kemm minnhom ma kellhomx l-ebda taxxa (FSS) xi jħallsu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ taxpayers (individwi) f’Malta fl-2016 kien 315,491. Minnhom kien hemm 43,888 taxpayers illi rriżulta li ma kellhomx taxxa xi jħallsu.