Legislature:
Category:
Reset
Active:

Sistema ta’ Trasport Pubbliku b’xejn għall-istudenti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u jispjega kif titħaddem is-sistema ta’ trasport pubbliku b’xejn lill-istudenti? Bażikament liema huma l-istudenti eleġibbli, x’iridu jagħmlu biex japplikaw, u jekk hemmx xi maximum thresholds?

Response (BORG, IAN)

Qiegħed nifhem mill-mistoqsija, li l-Onorevoli Interpellanta qiegħda tirreferi għal mizura li tħabbret fl-aħħar budget fejn persuni li fis-sena 2018 jkollhom l-etajiet ta’ bejn is-16 u l-20 sena, u allura mhux l-istudenti biss, se jkunu qiegħdin jibbenefikaw minn trasport pubbliku b’xejn fis-sena 2018. Din il-miżura se tkun qiegħda taħdem fuq sistema ta’ refund fejn l-ammont li jintefaq f’xahar jiġi mogħti lura lill-passiggieri bħala kreditu fuq it-tal-linja card ix-xahar ta’ wara. Għaldaqstant, persuna jrid ikollha it-tal-linja card biex tkun tista’ tibbenefika. Jekk persuna m’għandhiex din il-card tkun tista’ tapplika għal waħda mal-Operatur tat-Trasport Pubbliku. M’hemm l-ebda bżonn li wieħed japplika sabiex jibbenefika minn din il-miżura. Dan minħabba li dawk il-persuni li huma eligibbli u li għandhom il-card se jkunu qiegħdin jigu identifikati awtomatikament.

Civic Amenity Site f’Ta Qali u composter – produzzjoni ta’ kompost

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm qed jiġi prodott kompost mis-Civic Amenity Site f’Ta’ Qali u l-composter? Jista’ jgħid jekk dan il-kompost hux ta’ kwalità tajba, u jekk hux qiegħed jinbiegħ? Jekk qiegħed jinbiegħ, lil min qiegħed jinbiegħ u b’kemm qed jinbiegħ? Jista’ jagħti l-informazzjoni mitluba f’din il-mistoqsija parlamentari għall-2015, għall-2016 u għall-2017 (sat-30 ta’ Novembru 2017) separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li huwa biss riċenti li d-difetti li nstabu fis-sistema tal-compostersf’Ta’ Qali ġew irranġati mill-kuntrattur. Għaldaqstant, il-Wasteserv bħalissa qiegħda fi stadju li tipproduċi ammont ta’ kompost rapreżentattiv biex tkun tista tanalizza il-kwalità tal-prodott. Il-materjal degradat li qed jiġi prodott mill-composters mhux se jinbiegħ u dan huwa skont il-Grant Agreement ta l-istess projett. Pero il-Wasteserv biħsiebha tapplika għall-permess tal-End of Waste skont ir- Regolamenti dwar l-Iskart ta’ l-2011 u jekk dan il-permess jingħata, il-kompost li jigi prodott ma jibqax jiġi mormi fil-miżbla ta’ l-Għallis imma jkun jista jintuża mal-ħamrija bħala soil improver.

Għallis Landfill – volum ta’ spazju vojt

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-volum ta’ spazju vojt (capacity of empty space) illi għad baqa’ fl-Għallis Landfill? Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn kalkoli approssimattivi li tagħmel il-Wasteserv, il-volum ta’ spazju li fadal għar-rimi fil-landfill tal-Għallis huwa ta’ ftit inqas minn miljun metru kubu. Nelfrattemp, qed jiġu studjati soluzjonijiet tekniċi oħra biex ladarba l-ispazju tal-Għallis jiġi eżawrit, jiġi assigurat spazju alternattiv għar-rimi tal-iskart. Dawn l-istudji qegħdin fil-fażi preliminari.

Care orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu care orders matul is-snin mill-2011 sal-lum, sena b'sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'Malta u kemm minnhom kienu f'Għawdex? Jista' jgħid preżentament kemm hemm tfal li huma bil-care order u fejn qed jingħataw kenn dawn it-tfal?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant illi bejn l-2011 u l-2018, sal-lum, in-numru ta’ Ordni għal Ħarsien (Care Orders) kien hekk kif ġej; Care Orders maħruġin mill-Aġenzija Appoġġ Care Orders maħruġin mill-Aġenzija AWAS Sena Malta Għawdex Sena Malta 2011 51 0 2011 25 2012 34 0 2012 107 2013 33 0 2013 341 2014 27 0 2014 80 2015 21 1 2015 44 2016 9 0 2016 16 2017 12 2 2017 7 2018 2 0 2018 1 Sal-lum, 10 ta’ Jannar 2018, hemm 267 minuri protetti b’Ordni għal Ħarsien maħruġa mill-Aġenzija Appoġġ, u Ordni għal Ħarsien waħda maħruġa mill-Aġenzija AWAS. Dawn qed jingħataw kenn kif ġej: · Foster Care – 106 · Specialised Foster Care – 13 · Residential care – 92 · Re-integrati mal-familja naturali tagħhom – 44 · Placements oħra ma’ qraba imma mhux fostering – 12 · Dar il-Liedna - 1

Fostering

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm tfal li ġew fostered kull sena mis-sena 2011 sal-lum? Jista' jgħid fil-preżent kemm huwa n-numru ta' tfal li qed jiġu fostered u f'kemm-il familja li qed jagħmlu fostering, jinsabu dawn it-tfal? Kemm minn dawn jinsabu f'Malta u kemm f'Għawdex?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, t-tagħrif mitlub minnu huwa skont kif jidher fit-tabelli t’hawn taħt. In-numru ta’ tfal illi ġew fostered bejn l-2011 u l-2017 huwa kif ġej: Sena Ammont ta’ tfal li ġew fostered kull sena (każijiet ġodda) Total ta’ tfal fostered sa dik is-sena 2011 60 259 2012 50 281 2013 26 251 2014 28 238 2015 16 216 2016 7 211 2017 26 234 Fil-preżent n-numru ta’ tfal fostered jammonta għal 234, li qed jirrisjedu ma’ 198 –il foster family. Filwaqt li f’Malta għandna 216 –il tifel u tifla li qed jiġu fostered, f’Għawdex għandna fil-preżent, 18 –il tifel u tifla f’foster families. In-numru ta’ foster families f’Malta, jammonta preżentament għal 181, filwaqt li f’Għawdex in-numru ta’ foster families huwa ta’ 17.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Żjarat barra minn Malta mis-Segretarju Permanenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2923, jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-ispejjeż taż-żjarat li għamlet is-Segretarju Permanenti bejn is-17 u l-25 ta’ Settembru 2016 lejn l-Istati Uniti u bejn il-15 u s-27 ta’ Lulju 2017 lejn iċ-Ċili? Jista’ jagħti wkoll break down tal-ispejjeż taż-żjarat li għamlet l-istess uffiċjal mal-Prim Ministru bejn it-28 u t-30 ta’ Novembru 2016 u bejn it-28 ta’ Frar u t-3 ta’ Marzu 2017 li kienu Tour de capitales? Nixtieq li tingħata lista ta’ min kienu l-uffiċjali ta’ dawn id-delegazzjonijiet.

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-breakdown tal-ispejjez taz-zjarat li għamlet is-Segretarju Permanenti bejn is-17 u l-25 ta’ Settembru 2016 lejn l-Istati Uniti u bejn il-15 u s-27 ta’ Lulju 2017 lejn iċ-Ċili. Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija fejn qed jiġi mitlub sabiex tingħata lista ta’ min kienu l-uffiċjali ta’ dawn id-delegazzjonijiet, nixtieq ninforma lill-Onor. Membru illi dan il-Ministeru ma jistax jagħti din l-informazzjoni peress li dawn kienu delegazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew tal-Uffiċċju tal-President ta’ Malta.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Ambaxxati u Konsulati – rigali fi żmien il-Milied

Question

Huwa fatt magħruf li numru ta’ Ambaxxati u Konsulati f’Malta jagħtu rigali ħafna drabi b’valur imdaqqas, lill-istaff tas-senior management, inkluż lis-Segretarju Permanenti f’dan iż-żmien tal-Milied u l-bidu tas-sena. Jista’ l-Ministru jgħid x’jiġri minn dawn ir-rigali? Jista’ jgħid jekk humiex suġġetti għaċ-ċirkolari tal-OPM dwar dan is-suġġett? Jista’ jgħid għal min kienu dawk il-ħafna rigali li hemm u ilhom hemm mill-20 ta’ Diċembru fir-reception area tal-Ministeru fl-entratura ta’ Triq Melita?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rigali li jingħataw is-Senior Management jaqgħu taħt id-definizzjoni ta' 'token gifts' u għaldaqstant l-individwi għandhom id-dritt li jew iżommuhom jew kif ħafna drabi jiġri, jaqsmuhom ma' kollegi oħra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — –Teħid ta’ passi dixxiplinarji kontra uffiċjali

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 2925, jista’ l-Ministru jgħid jekk is-Segretarju Permanenti ħaditx passi dixxiplinari kontra l-uffiċjali li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament, li temmew il-posting tagħhom fir-Rappreżentanza Permanenti għall-Ġnus Magħquda f’Ġinevra meta dawn żammew kontijiet miftuħin f’banek Żvizzeri bl-indirizz tagħhom tar-Rappreżentanza Permanenti?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kienx meħtieġ li jsir dan. Għaldaqstant m’għandix x’inżid mat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2925.

Miżuri ta’ sigurtà f’Ambaxxati Maltin barra minn Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ta’ sigurtà qed jittieħdu fl-Ambaxxati ta’ Tel Aviv, Ramallah, il-Kajr, Tunes u l-Algiers? Liema huma l-entitajiet/aġenziji tal-gvern involuti?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li nformazzjoni dwar miżuri ta’ sigurtà fl-Ambaxxati hija ikkunsidrata bħala informazzjoni sensittiva u ta’ sigurtà nazzjonali. Għaldaqstant l-informazzjoni mitluba ma tistax tingħata.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – xogħlijiet fil-kantina ta’ Palazzo Parisio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fil-kantina ta’ Palazzo Parisio? Kemm ġew jiswew s’issa u meta huwa mistenni li jitlestew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-istadju tax-xogħlijiet fil-Kantina tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozjoni tal-Kummerċ f’Palazzo Pariso il-Belt Valletta huwa kif deskritt hawn taħt: L-ewwel fażi tax-xogħlijiet huma lesti. Dawn kienu jikkonsistu fi skavar ta’ materjal b’għoli ta’ madwar 60cm madwar il-kantina kollha, kif ukoll tneħħija ta’ katusi tal-asbestos minn fuq il post. L-ispejjeż tax-xogħlijiet li saru s’issa huma: Tneħħija ta’ katusi tal-Asbestos €11,741.00 Skavar tal-materjal €33,765.50 Supervizjoni tal-Arkeoloġija €3,904.05 Superviżjoni fuq Saħħa u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol €861.40 Totali: €50,271.95 Ix-xogħolijiet huma mistennija li jkunu lesti fis-sena 2019.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ– xogħlijiet fuq is-soqfa tat-tielet sular ta’ Palazzo Parisio

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslu x-xogħlijiet fis-soqfa tat-tielet sular ta’ Palazzo Parisio? Kemm ġew jiswew s’issa u meta huwa mistenni li jitlestew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fuq rakkomandazzjoni tal-Periti tad-Dipartiment tax-Xogħolijiet Pubbliċi, dan il-Ministeru kien għamel protezzjoni temporanja tax-xibka li kienet qegħda tidher, sabiex ma tkomplix issir ħsara lis-saqaf, b’materjal apposta. Bħalissa qed jiġi kkonsidrat jekk isirux soqfa ġodda jew inkella jiżdiedu aktar travi tal-ħadid bejn dawk li hemm diġà. S’issa l-ispiża tal-materjal kienet ta’ €181.89.

Persuni li gawdew mis-sistema tal-parole

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm persuni gawdew mis-sistema tal-parole, kull sena, fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jista' jgħid minn dawn il-persuni kemm minnhom bdew igawdu mill-parole eżatt f'nofs is-sentenza tagħhom u kemm minnhom aktar tard minn nofs is-sentenza? Dawk li ngħataw il-parole wara li kienu skontaw iżjed minn nofs is-sentenza, x'kienet ir-raġuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Regulator for Energy and Water Services – deċiżjonijiet regolatorji kontestati quddiem l-Administrative Review Tribunal

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li twaqqaf ir-Regulator for Energy and Water Services sal-lum, sena b’sena, kemm-il deċiżjoni regolatorja ġiet ikkontestata quddiem l-Administrative Review Tribunal? Kemm minnhom ġew deċiżi minn dan it-Tribunal? Jista' jgħid kemm minn dawn id-deċiżjonijiet tar-Regolatur kienu dwar l-impożizzjoni ta’ penali u kemm minnhom b'xi forma oħra ta’ sanzjoni?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant lir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma twaqqaf bħala entità li tirregola l-enerġija u l-ilma fil-31 ta’ Lulju 2015. Sal-ġurnata tal-lum, ġew appellati quddiem it-Tribunal ta' Revizjoni Amministrattiva żewġ deċiżjonijiet tar-Regolatur. Dawn l-appelli lkoll jittrattaw każijiet dwar l-enerġija u t-tnejn li huma ġew appellati fis-sena 2016. Ġie deċiz każ wieħed minnhom fis-sena 2017, li minnu ma sarx appell ulterjuri quddiem il-Qorti tal-Appell. Il-każ l-ieħor għadu sub judice . Kien dan il-kaz tal-aħħar biss li jittratta dwar l-impożizzjoni ta’ penali amministrattiva.

Raħal Ġdid – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Raħal Ġdid tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Raħal Ġdid tul is-sena 2017 inxtraw 175 ktieb ġdid filwaqt li 242 ktieb ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 27,221 ktieb.

Santa Luċija – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Santa Luċija tul is-sena 2017 inxtraw 97 ktieb ġdid filwaqt li 190 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 349 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 12,406 kotba.

Il-Birgu – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa l-Birgu tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fil-Birgu tul is-sena 2017 inxtraw 131 ktieb ġdid filwaqt li sitt (6) kotba ngħataw mill-Kunsill Lokali u 133 ktieb ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 2,897 ktieb.

Wied il-Għajn – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Wied il-Għajn tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Wied il-Għajn tul is-sena 2017 inxtraw 188 ktieb ġdid filwaqt li 378 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 2,638 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 23,168 ktieb.

Iż-Żejtun – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa ż-Żejtun tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika fiż-Żejtun tul is-sena 2017 inxtraw 208 ktieb ġdid filwaqt li 519-il ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 607 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 24,306 kotba.

Marsaxlokk – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Marsaxlokk tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Marsaxlokk tul is-sena 2017 inxtraw 228 ktieb ġdid filwaqt li 161 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 419 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 30,144 ktieb.