Legislature:
Category:
Reset
Active:

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma – pagi, salarji u perkaċċi imħallsa lill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu pagi, salarji u perkaċċi l-impjegati kollha tal- Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti ċ-ċifra għall-2017 maqsuma xahar b’xahar?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #462 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Transport Malta — pagi, salarji u perkaċċi imħallsa lill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu pagi, salarji u perkaċċi l-impjegati kollha ta’ Transport Malta fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti ċ-ċifra għall-2017 maqsuma xahar b’xahar?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Transport Malta — pagi, salarji u perkaċċi imħallsa lill-impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu pagi, salarji u perkaċċi l-impjegati kollha ta’ Transport Malta fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti ċ-ċifra għall-2017 maqsuma xahar b’xahar?

Response (BORG, IAN)

L-informazzjoni mitluba hija kif murija hawn taħt: Sena 2015 € 15,492,366 Sena 2016 € 16,777,542 Jan 2017 € 1,383,283 Feb 2017 € 1,630,312 Mar 2017 € 1,539,684 Apr 2017 € 1,479,902 May 2017 € 1,462,122 Jun 2017 € 1,611,700 Jul 2017 € 1,530,265 Aug 2017 € 1,529,646 Sep 2017 € 1,658,501 Oct 2017 € 1,528,698 Nov 2017 € 1,525,442 Dec 2017 € 2,099,823
Leg 13 PQ #2666 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Identità Malta — applikazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, xahar b'xahar, kemm-il applikazzjoni rċeviet l-Aġenzija Identità Malta skont ir-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta (Avviż Legali 47 tal-2014 - Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03) mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid f'liema stadju ta' pproċessar waslet għal kull waħda mill-applikazzjonijiet?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni li qiegħed jitlob, tingħata lir-Regolatur u tiġi ppubblikata fir-rapporti annwali tiegħu li tqiegħdu fuq il-Mejda ta’ din il-Kamra.
Leg 13 PQ #2667 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – bordijiet, kumitati u sotto-kumitati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw parti mill-bordijiet, kumitati u sotto-kumitati mwaqqfa fi ħdan il-Bank Ċentrali ta’ Malta, sena b’sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid x'rimunerazzjoni rċeviet kull waħda minn dawn il-persuni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 13 PQ #2668 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Bank Ċentrali ta’ Malta – persuni ngaġġati bħala konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, min kienu jew huma l-persuni li ġew ingaġġati bħala konsulenti mill-Bank Ċentrali ta' Malta jew għandhom kuntratt għall-għoti ta' servizzi professjonali lill-Bank Ċentrali ta' Malta, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' l-Ministru jgħid xi ħlasijiet irċeviet kull waħda minn dawn il-persuni?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Applikazzjonijiet għall-bini ta’ petrol station

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il applikazzjoni għall-bini ta' petrol station ġiet ippreżentata lill-Awtorità tal-Ippjanar mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid dwar liema lokalitajiet u postijiet kienu jirreferu dawn l-applikazzjonijiet? Jista' jgħid dwar liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġet permess l-Awtorità tal-Ippjanar u d-data li fiha nħareġ il-permess?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2669, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat seba’ u sittin applikazzjoni ta’ żvilupp relatati ma’ pompi tal-petrol mill-2013 sal-lum. , Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra tabella li tagħti l-ammont kwotat skont is-sena li ġew ivvalidati / ippublikati. Qed inpoġġi wkoll tabella li tagħti l-infomazzjoni addizzjonali li ntalbet mill-Onor. Interpellant. 2013 3 2014 15 2015 20 2016 19 2017 10 Total 67 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-istess Awtorità fuq applikazzjoniet ivvalidati jew ippublikati mill-01-01-2013 li fil-proposta tagħhom hemm waħda mill-kelmiet segwenti · Petrol · Pump/s · Pompa/i · Fuel · LPG · Diesel · Station/s u m’għandhomx il-kliem pumproom jew pump room fil-proposta.
Leg 13 PQ #2748 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2543 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, jekk kull persuna ngħatatx iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Agenzija Identità Malta ma tistax tiddiskrimina bejn ċittadini Maltin kif qed jiġi mitlub.
Leg 13 PQ #2749 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2544 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kellha kull persuna meta applikat biex tingħata ċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qiegħed nippublika n-nazzjonalità tal-persuni li jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u qed inpoġġi dan it-tagħrif fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ħal Safi — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Ħal Safi? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ħal Kirkop — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Ħal Kirkop? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Birżebbuġa — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Birżebbuġa? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Birżebbuġa – żona tal-Qajjenza — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità taż-żona tal-Qajjenza, Birżebbuġa? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ħal Luqa – Ħal Farruġ — Toroq - xogħlijiet

Question

Peress li l-Ministru kien qal li fis-seba' snin li ġejjin, il-Ministeru tiegħu se jkun qed jonfoq mal-mitt miljun ewro fis-sena f'xogħlijiet ta' toroq madwar Malta u Għawdex, jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk it-toroq proġettati li jsiru, sena b'sena, fil-lokalità ta’ Ħal Farruġ f’Ħal Luqa? Fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol? Jista’ jgħid meta se jibda u jispiċċa x-xogħol fuq kull triq? Kemm hu proġettat li ser jiswa dan ix-xogħol?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Fondi Ewropej għal xogħlijiet fuq toroq rurali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm se jsiru xogħlijiet fuq toroq rurali biex jinqdew bihom il-bdiewa u r-raħħala minn Fondi Ewropej għal perijodu 2014-2020? F'liema lokalità jinsabu dawn it-toroq u kemm ġej jiswa kull proġett? Meta se jingħataw il-fondi u meta se jkun jista’ jibda x-xogħol? Min se jkun responsabbli biex jesegwixxi x-xogħol f'kull istanza? Min kien l-individwu/entità li applikat għal dawn il-fondi?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm applikazzjoni fuq xogħlijiet fuq toroq rurali biex jinqdew bihom il-bdiewa u r-raħħala minn Fondi Ewropej għal perjodu 2014-2020. Transport Malta, li ħadmet fuq l-applikazzjoni, se tkun ukoll qed tieħu ħsieb l-ezekuzzjoni tal-proġett.
Leg 13 PQ #2887 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għat-Turiżmu

Il-Marsa – stabbilimenti – permess mill-MTA

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ stabbilimenti fil-Marsa li għandhom permess ta’ operat mill-Awtorità ta’ Malta għat-Turiżmu (MTA) u għal kull stabbiliment jgħid għal xiex huma liċenzjati li joperaw u sa x’ħin għandhom permess li jibqgħu miftuħin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ġejt infurmat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li preżentament fil-lokalità tal-Marsa għandha dawn l-istabbilimenti liċenzjati: Bars 38 Snack Bars 15 Kiosks 1 Ristoranti 1 Aġenziji tal-Ivjaġġar 3 L-istabbilimenti tal-ikel għandhom permess joperaw sas-siegħa ta’ filgħodu (0100hrs).
Leg 13 PQ #3024 Sitting 70 2018-01-17 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Gozo Channel – ħaddiema

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm hemm ħaddiema li huma impjegati ma’ kuntratturi u mhux mal-Gozo Channel li qed jaħdmu ma’ din l-istess kumpanija? Tista' tgħid x'tip ta' xogħol qed jagħmlu dawn il-ħaddiema u kemm hemm kuntratturi differenti li joffru servizz ta' ħaddiema lil Gozo Channel? Tista' tgħid f'kull każ jekk dawn il-kuntratturi ħadux il-kuntratt b'direct order jew inkella permezz ta' proċess kompetittiv? Kemm ammonti ta' flus ħarġet il-Gozo Channel, lil dawn il-kuntratturi biex jipprovdu dan is-servizz ta' ħaddiema lil Gozo Channel mill-2013 sal-lum, sena b'sena?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif elenkata fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ir-Rabat Għawdex – bini tal-Awtorità tal-Ippjanar

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jitwaqqa’ l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fir-Rabat, Għawdex u jerġa’ jinbena fl-istess sit? Jista' jgħid jekk hux se jkun hemm car park inkorporat fil-binja l-ġdida biex iservi għall-ħaddiema u klijenti tal-istess Awtorità? Jekk le x’inhi r-raġuni għaliex mhux se jsir car park għall-ħaddiema u nies li jagħmlu użu mis-servizzi tal-Awtorità fil-binja l-ġdida proposta? Jista' jgħid jekk saritx evalwazzjoni ta' siti oħra ġewwa Għawdex fejn setgħu jinbnew uffiċċji ġodda tal-Awtorità tal-Ippjanar u jekk iva fejn u għala ma ntgħażlux dawn is-siti? Jista' jgħid kif intgħażel il-perit biex iħejji l-pjanti u jagħmel l-applikazzjoni? Jista' jgħid jekk ħarġitx tender jew expression of interest għall-għażla tal-Perit u jekk le għaliex ma nħarġitx?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-bini tal-Awtorità tal-Ippjanar fir-Rabat, Għawdex se jitwaqqa’ u jerġa’ jinbena fl-istess sit. Il-binja l-ġdida se tkun qed tinkorpora parkingta’ 5 karozzi fil-livell ta’ basement, maħsuba għall-karozzi tal-Awtorità. L-Awtorità ma kkunsidratx siti oħra għar-raġuni li xtaqet tagħti ħajja ġdida lil din il-binja, billi tiżviluppaha mill-ġdid. B’dan il-proġett, dan il-bini se jkun l-ewwel bini pubbliku f’Għawdex mibni bħala carbon neutral building, se tiżdied il-floor area u l-uffiċini se jkunu aċċessibli għal kulħadd. Il-Perit li ġie mqabbad biex iħejji l-pjanti u jagħmel l-applikazzjoni, intgħazel wara sejħa għall-offerti.

Plastic, Metal u Karti – public tenders għar-riċiklaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien il-volum ta’ plastic, metal u karti li ġew riċiklati permezz ta’ public tenders bejn: a. l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017; b. l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016; c. l-1 ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Diċembru 2015; d. l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2014; e. l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2013; u f. l-1 ta’ Jannar 2012 u l-31 ta’ Diċembru 2012, b’mod separat?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.