Legislature:
Category:
Reset
Active:

Trabi li twieldu qabel iż-żmien

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata ta’ tfal li twieldu qabel iż-żmien (pre-term) fis-snin 2015, 2016 u 2017? Jekk kien hemm xi żieda, x’inhuma t-tliet raġunijiet prinċipali fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 kien hemm medja ta’ 337 tarbija fis-sena li twieldet qabel iż-żmien (pre-term, less than 37 weeks). Il-letteratura turi li l-fatturi prinċipali assoċjati mat-twelid qabel iż-żmien huma: multiple pregnancies, IVF, mard kroniku fl-omm inkluża l-pressjoni għolja u d-dijabete u intrauterine growth retardation fil-fetu. Ninfurmah ukoll illi l-informazzjoni għal 2017 għadha qed tiġi vvalidata.

Trabi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm twieldu trabi f’Malta fl-2015, 2016 u 2017? Għal kull sena msemmija, kemm minnhom kienu wild ta’ persuni li m’humiex ċittadini Maltin?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2014 u l-2016 twieldu 13,343 tarbija, minn dawn 2,500 twieldu lill-ommijiet li m’humiex irreġistrati bħala Maltin. L-informazzjoni għal 2017 għadha qed tiġi vvalidata.

Twelid ta’ tfal b’congenital abnormality

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienet ir-rata f’persentaġġ u numru attwali, ta’ tfal li twieldu b’congenital abnormality (anomalies jew defects) fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienu dawk li mietu fin-neonatal period għas-snin 2015, 2016 u 2017? Liema huma t-tliet raġunijiet prinċipali fl-2017?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bejn l-2013 u l-2015 twieldu 393 tarbija (3.0%) b’anomaliji konġenitali skont il-kriterji tal-EUROCAT (European Surveillance of Congenital Anomalies). Minn dawn it-393 tarbija, twieldu 12 mejta (stillbirths) u 14 mietu fin-neonatal period (0-27 ġurnata). Ir-raġunijiet prinċipali ta’ dawn l-imwiet kienu: multiple congenital anomalies, congenital heart defects, nervous system defects u chromosomal defects.

Trattament barra minn Malta — tfal

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm tfal taħt is-16-il sena siefru għal trattament barra minn Malta sabiex jieħdu kura speċjalizzata fl-2017? Kemm minnhom kienu neonates jew infants?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena 2017 kien hemm 146 pazjent taħt is-sittax il-sena li ġew referuti għall-kura barra minn Malta.L-etajiet kienu kif indikati hawn taħt: Eta’ Numru ta’ Pazjenti Neonates (Sa xahar) 12 Anqas minn Sena (Bejn xahrejn u ħdax il-xahar) 17 Minn Sena sa Sittax il-Sena (>1year - < 16 years) 117

Inizjattiva Culture Pass

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il student ibbenefika mill-inizjattiva “Culture Pass” is-sena l-oħra? Jista’ jgħid jekk din l-inizjattiva hiex se tkompli tiġi offruta lill-istudenti f’din is-sena l-ġdida u, jekk iva, x’miżuri se jittieħdu biex din issir aktar magħrufa? X’inhu l-baġit għal tali inizjattiva f’dak il-każ?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li bejn Jannar u Ġunju, 2017, ibbenefikaw 8,715-il student sekondarju. Din is-sena dan il-programm daħal fis-seħħ mal-ftuħ tas-sena skolastika. Minn Diċembru sakemm qed tiġi mwieġba din il-mistoqsija, diġà ibbenefikaw 3,569 student. Din is-sena bħala promozzjoni żidna fl-ammont tal-katalgi li tqassmu fl-iskejjel u tqassmu wkoll badges b’titli relatati mal-Kultura u l-Arti f’kull Skola Sekondarja għal kull student. Il-progress ta’ din l-iskema qiegħed jiġi segwit mid-Direttorat tal-Kultura biex aktar skejjel jipparteċipaw. Il-baġit allokat għal dan il-proġett huwa ta’ mija u għoxrin elf Ewro (€120,000). Infakkar lill-Onor. Interpellant, li hi wegħda elettorali ta’ dan il-Gvern li biex inkomlu nrawmu aktar kuxjenza kulturali u storika fit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna, għandna nestendu l-programm tal-Culture Pass għat-tfal u ż-żgħażagħ kollha li qegħdin f’xi istituzzjoni edukattiva kif ukoll għall-anzjani matul il-weekends u l-festi.

Films ikklassifikati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ikklassifikati films matul l-2016 u l-2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx policy li fuqha jimxi l-Bord responsabbli biex ikun jista’ jikklassifika l-films bl-aħjar mod?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul l-2016 u l-2017, ġew ikklassifikati b’kollox 490 film. Dawn ġew ikklassifikati skont din it-tabella: 20162017 U = Films li għalihom jista’ jidħol kulħadd1828 PG = Films fejn qed jiġi ssuġġerit li t-tfal għandhom ikunu akkumpanjati minn adult.2429 12A = Films li għalihom t-tfal taħt it-12-il sena, jridu jkunu akkumpanjati minn adult7061 12 = Films li għalihom jistgħu jidħlu persuna minn 12-il sena ’l fuq2425 15 = Films li għalihom jistgħu jidħlu persuna minn 15-il sena ’l fuq9196 18 = Films li għalihom jistgħu jidħlu persuna minn 18-il sena ’l fuq816 Total235255 Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, l-linji gwida li jintużaw waqt il-klassifikazzjoni tal-films. Dawn saru fl-2014.

Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – għajnuna lill-għaqdiet tal-festi u l-każini tal-baned

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-Ministeru tiegħu qiegħed jgħin lill-għaqdiet tal-festi u l-każini tal-baned? Jista’ l-Ministru jindika wkoll jekk hemmx xi skemi fis-seħħ għal dan il-għan?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li fl-2017 għall-ewwel darba twaqqfet l-iskema bl-isem ‘Fond Għall-Każini tal-Banda’ għall-konservazzjoni, restawr tal-assi tal-Każini tal-Baned kif ukoll biex tisaħħaħ iktar l-arti fil-komunitajiet. Inħaset il-ħtieġa li ngħinu lil Każini tal-banda għaliex dan il-Gvern tassew jemmen li l-baned għandhom rwol importanti fil-kommunitajiet tagħna kemm permezz tat-tagħlim tal-mużika li joffru kif ukoll permezz tal-valur artistiku miżjud li jsebaħ l-irħula u l-komunitajiet tagħna. Wara sejħa pubblika tqassmu €180,000 lil 21 każin tal-banda biex jitwettqu proġetti kulturali. Dan seta' jseħħ wara ftehim bejn il-Kunsill Malti għall-Arti u l-Assoċjazzjoni tal-Baned. Ta’ min jgħid ukoll li wara dan is-suċċess hemm pjanat li skema ġdida se terġa' tiftaħ f’April ta’ din is-sena.

Miżuri tal-Baġit 2018 – tisħiħ fis-settur kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif il-miżuri tal-Baġit 2018 se jkunu qegħdin isaħħu aktar is-settur kulturali? Kemm huma l-fondi allokati u jekk dawn żdidux fuq is-snin ta’ qabel?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-investiment totali fis-setturi kulturali kien ta’ €69,975,000 li hi żieda ta’ 10% mill-Baġit 2017. Sabiex jissaħħu s-setturi kulturali se jkun hemm żidiet fl-investimenti ta’ entitajiet kulturali fosthom il-Kunsill Malti għall-Arti (minn €1.9m fl-2017 għal €2.1m fl-2018) u l-organiżżazzjonijiet kulturali pubbliċi b’zieda ta’ 36% fuq l-2017 (b’total attwali ta’ €19.5m). Fost dawn il-figuri hemm investimenti allokati għall-entità ġdida Festivals Malta b’€1.8 miljun u il-Fondazzjoni Valletta 2018 bi €8 miljun. Hemm ukoll inizjattivi ġodda bħall-Atelier forYoung Festival Managers (€40,000), il-proġett tal-Kor Nazzjonali (€60,000) u il-kontinwazzjoni tal-MICAS (Malta International Contemporary Art Space) b’investiment ta’ €275,000.

Festival Malta — attivitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il attività se ssir waqt Festival Malta u kif dawn l-attivitajiet se jkunu qegħdin jgħollu l-profil kulturali ta’ Malta fuq livell internazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li l-Festivals kollha taħt ir-responsabbilta’ ta’ Festivals Malta huma kif ġej: - Karnival ta’ Malta - San Girgor - World Music Festival - Għanafest - Malta International Arts Festival - Malta Jazz Festival - Summer Carnival - Rock’n Malta - Notte Bianca - The Three Palaces - Christmas Activities Festivals Malta qed tagħmel ħilitha biex tagħmel il-festivals parti integrali mill-ħajja soċjali u kulturali Maltija. Dawn il-festivals jinkorporaw aktar min 160 attivita artistika separata li jiprovdu espressjoni kulturali varji u divertiment ta’ livell kulturali, minn diversi ġeneri ta’muzika sa drama, żfin, arti visiva etc. Dawn il-Festivals jiġbdu lejn pajjiżna viżitaturi barranin li flimkien mal-artisti lokali u internazzjonali jogħlu l-profil ta’ Malta fuq livell internazzjonali. Sabiex dawn il-160 attivita jkunu possibli li jsiru, bħalissa hemm madwar 11,000 persuna impjegata f’dawn is-setturi u għalhekk nemmnu li dawn il-festivals qiegħdin ikunu ta’ kontribuzzjoni lejn l-ekonomija Maltija. Infatti ta’ min jgħid li ġew allokati 70 miljun Ewro li huma 10% aktar mis-sena ta’ qabel għal dan il-għan, fil-budget għal din is-sena.

Festival ŻiguŻajg — attendenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm attendew persuni għall-festival ŻiguŻajg u jekk kienx hemm xi skejjel li ħadu lill-istudenti tagħhom għal dan il-festival u, jekk iva, kemm-il skola?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ Skejjel u istituzzjonijiet Edukattivi oħra li attendew da nil-festival huwa ta erbgħa u erbgħin (44). Dawn kienu maqsuma kif gej: · Skejjel Governattivi 27 · Skejjel Privati 3 · Skejjel tal-Knisja 9 · Ċentri ta’ Childcare 3 · Kindergarten 1 · Ċentri tar-Riżorsi 1 Din it-tabella t’hawn taħt turi l-ammont ta’ biljetti maħruga kif ukoll attendenza għal presetazzjonijiet bla biljetti: Biljetti Ammont Biljetti maħruġa lil Studenti, Għalliema u Learning Support Assistants 5,525 Biljetti maħruġa għal Prestazzjonijiet lil Pubbliku in Ġenerali 7,398 Attendenza għal Prestazzjonijiet bla biljetti (għal dan ittieħed headcount f’kull Prestazzjoni) 7,800 Għaldaqstant huwa stmat li għall-aħħar edizzjoni ta’ dan l-Festival annwali attendew għalih mhux inqas minn 20,000 ruħ. Huwa evidenti li dan l-avveniment kull sena qiegħed iżid fil-popolarità tiegħu ma’ etajiet li jvarjaw sa 14+.

Skema tal-kirjiet kummerċjali biex jinqalbu fi ċnus

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta beħsiebu jiftaħ l-iskema tal-kirjiet kummerċjali biex jinqalbu fi ċnus għal-lokalitajiet oħrajn bħal dik li kienet infetħet għall-Belt Valletta, u jekk l-iskema l-ġdida hijiex ser tinkludi ukoll il-Belt Valletta mill-ġdid?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qed jiġu evalwati ideat sabiex kirjiet kummerċjali jkunu jistgħu jinqelbu fi ċnus.
Leg 13 PQ #3481 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: BYRON CAMILLERI To: Ministeru għall-Finanzi

Fond Konsolidat – Surplus/Deficit

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'kien is-surplus jew deficit fil-fond konsolidat għal kull sena mis-sena 2000 sal-lum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Il-Mosta — Triq il-Kostituzzjoni - patching tat-triq

Question

Jista' l-Ministru jara li, permezz ta' Transport Malta, isir il-patching meħtieġ f'Triq il-Kostituzzjoni fil-Mosta?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed tagħmel spezzjonijiet regolari f’toroq arterjali u distributorji u fil-ġimgħat li ġejjin se jkunu qed isiru iktar interventi skont il-prijoritajiet li jirriżultaw

Ġnien l-Għarusa tal-Mosta — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jitkompla x-xogħol fi Ġnien l-Għarusa tal-Mosta u fiex se jkun jikkonsisti x-xogħol li baqa' jsir?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permess relatat mal-interventi ġewwa l-ġnien l-Għarusa tal-Mosta għandu joħrog fil-ġranet li ġejjin. Dan il-permess għandu jkopri interventi fuq re-surfacing tal-art, installazzjoni tad-dawl u għamara oħra għal pubbliku. Ser jiġi irranġat l-ġibjun u msaqqaf biex jzomm fiħ iktar ilma tajjeb għat-tisqija tal-istess post. Beda ukoll xogħol fuq tneħħija ta ħaxix ħażin, siġar mejta, tranġar ta ħitan tas-sejjiegħ u tħawwil ta siġar indiġeni. Saru preparamenti u tender biex ikun hemm servizz tal-eletriku fil-ġnien.

Pensjonanti — għajnuna supplimentari

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti li kienu qed jieħdu l-għajnuna supplimentari u li din l-għajnuna kellha titnaqqas għaliex inqabżet il-kwota ta' dħul taxxabbli wara ż-żieda ta' pensjoni li ngħatat fl-aħħar baġit?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, minħabba li r-rata tal-Għajnuna Supplimentari lil pensjonanti li diġà kienu qegħdin jieħdu tali għajnuna, tinħadem fuq id-dħul mill-pensjoni tas-sena preċedenti, ma jirrizultax li kien hemm pensjonanti li minħabba ż-żieda mogħtija lilhom, kif imħabbar fl-aħħar baġit, tnaqqsitilhom ir-rata tal-Għajnuna Supplimentari.

Kalkulazzjonijiet ta' għajnuna soċjali ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li jinħadmu l-kalkulazzjonijiet meħtieġa tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tibda tirċievi l-għajnuna soċjali dovuta?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, s-sinjura li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, twaqqfitilha l-Għajnuna Soċjali, wara li mill-Uffiċċju Distrettwali bagħatu għaliha tliet darbiet, l-aħħar darba b’ittra rreġistrata u hija naqset milli tattendi. Is-Sinjura reġgħet applikat mill-ġdid, u l-applikazzjoni tagħha qiegħda tingħata l-attenzjoni meħtieġa.

Il-Mosta — Triq il-Kbira u Triq il-Kostituzzjoni - Traffic Calming Measures

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa, permezz ta' Transport Malta, sabiex jara li jsiru traffic calming measures: a) fi Triq il-Kbira, l-Mosta; b) fi Triq il-Kostituzzjoni, l-Mosta; u dan sabiex jitnaqqas l-abbuż ta' sewqan eċċessiv li qed jsir f'dawn it-toroq u li qed joħloq perikolu għar-residenti u persuni li jkunu mixjin fuq il-bankina?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika għal liema parti ta’ Triq il-Kbira fil-Mosta qed jirreferi għaliha minħabba li din it-triq hija triq twila li testendi minn Ta’ Qali sal-lokalita’ tan-Naxxar. Rigward Triq il-Kostituzzjoni, is-suġġeriment tal-Onor. Interpellant se jitressaq għall-kunsiderazzjoni tal-Kumitat tal-Immaniġġjar tat-Traffiku sabiex din il-kwistjoni tiġi diskussa aktar fid-dettal, anki minħabba li din hija triq arterjali, u li minnha jgħaddu ħafna vetturi fosthom vetturi kbar.

Ċimiterju tal-Mosta — Applikazzjoni għal rampa

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid xi żvilupp hemm fl-applikazzjoni li d-Dipartiment tas-Saħħa għamel lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex fiċ-Ċimiterju tal-Mosta ssir ir-rampa sabiex ikun hemm titjib fl-aċċessibilità kemm għall-persuni b'diżabilità kif ukoll għall-persuni oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3164.

American University of Malta – boroż ta’ studju mogħtija

Question

Fir-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 3387, il-Ministru wieġeb li l-boroż ta’ studju ngħataw fuq bażi ta’ gwida u tal-eleġibbilità tas-sejħa. Jista’ l-Ministru jippreżenta kopja tal-gwida u tal-eleġibbilità tas-sejħa?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li kopja tal-gwida li ħarġet mal-iskema msemmija qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Ir-regoli tal-eliġibilità huma inklużi f’sezzjoni 4 tal-gwida.

American University of Malta – boroż ta’ studju mogħtija

Question

Fir-risposta mogħtija mill-Ministru għall-mistoqsija parlamentari 3387, il-Ministru wieġeb li wħud minn dawk l-istudenti li ngħataw borża ta’ studju għadhom qed isegwu l-istudju tagħhom fl-Università Amerikana f’Malta. Jista’ l-Ministru jgħid kemm mill-11 il-student li ngħataw borża ta’ studju għadhom isegwu l-istudju tagħhom f’din l-Università u jgħid jekk humiex Maltin?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ir-rwol tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kien speċifikament biex jinnomina numru ta’ scholarships offruti lill-Gvern mill-Università Amerikana ta’ Malta (AUM). Kif diġà ġie mwieġeb, il-Gvern ippropona 11-il applikazzjoni għall-evalwazzjoni tal-AUM. Għalhekk l-informazzjoni li għandu l-Ministeru hi dik li ngħatat fit-tweġiba għall-mistoqsija Parlamentari 3387.