Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – Eżitu tal-investigazzjoni fuq apostilles li saru fuq dokumenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu tal-investigazzjoni tal-apostilles li saru fil-Ministeru u ngħataw fuq dokumenti notorizzati li ppermettew li jintużaw ċertifikati biex jiġi traffikat iż-żejt lejn l-Italja? X’miżuri ttieħdu jew ippjanat li jittieħdu wara dan il-każ sabiex każijiet simili ma jirrepetux ruħhom?

Response (ABELA, CARMELO)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-investigazzjoni li saret fuq il-proċess ta' legalizzazzjoni ta' dokumenti ma sabet xejn dwar dak li qed tallega li kien hemm jew seta' kien hemm xi proċessi li ppermettew li jintużaw ċertifikati biex jiġi traffikat iż-żejt lejn l-Italja. Għaldaqstant, ma jistgħux jittieħdu mizuri għax dan il-każ ma seħħx.

MCCAA – notifikazzjoni għal concentration minn service providers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-eżitu finali wara n-notifikazzjoni għal concentration li saret lid-Direttur Ġenerali (Kompetizzjoni) fi ħdan l-MCCAA f’Mejju tal-2017 mill-operaturi li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’Diċembru li għadda, l-Uffiċċju għall-Kompetizzjoni ġie nfurmat mir-rappreżentant legali tal-intrapriza kkonċernata li kienet qiegħda tirtira n-notifika dwar il-konċentrazzjoni li kienet issottomettiet quddiem l-Uffiċċju.

Malta Resources Authority – kontestazzjoni ta’ deċiżjonijiet regolatorji

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn kemm ilu li twaqqfet il-Malta Resources Authority sal-lum, sena b’sena, kemm il-deċiżjoni regolatorja ġiet ikkuntestata quddiem ir-Resources Appeals Board u sussegwentement mill-2012 quddiem l-Administrative Review Tribunal? Kemm minnhom ġew deċiżi mill-imsemmi Bord ta’ Appell u mit-Tribunal u kemm minn dawn id-deċiżjonijiet tal-Awtorità kienu dwar l-impożizzjoni ta’ penali jew xi forma oħra ta’ sanzjoni?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella bl-informazzjoni mitluba.
Leg 13 PQ #3166 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – ħlas ta’ overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm tħallas overtime mill-Ministeru għal Għawdex fis-snin 2015, 2016 u 2017 f’kull dipartiment jew entità separata li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba ser tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3168 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – allegazzjonijiet ta’ rimi llegali ta’ demel likwidu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-Ministeru tagħha hux qed jinvestiga l-allegazzjonijiet ta' rimi llegali ta' demel likwidu f'diversi żoni f'Għawdex? Peress li huwa magħruf li f'Għawdex mhemmx post ċentrali fejn jista' jitpoġġa materjal bħal dan, tista' tgħid: (i) x'qed isir bħalissa minn dan id-demel likwidu; u (ii) jekk hemmx pjani li jindirizzaw din il-problema?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor Interpellant li kull rapport li rċieva l-ministeru f’dawn l-aħħar xhur ġie rrappurtat lill-pulizija għal kull azzjoni meħtieġa.

Applikazzjonijiet għall-Fondi Ewropej mill-Ministeru għal Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’applikazzjonijiet saru mill-Ministeru għal Għawdex għall-fondi tal-Unjoni Ewropea mill-Baġit 2014-2020? Għal xiex inhuma l-applikazzjonijiet? Tista’ tgħid f’liema stadju waslu l-applikazzjonijiet, ċjoè jekk ġewx approvati jew le? F'kull każ tista' tgħid kemm tħallas s’issa mill-Fondi Ewropej fuq kull proġett jew inizjattiva approvata f'Għawdex?

Response (DALLI, HELENA)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-applikazzjonijiet li saru mill-Ministeru għal Għawdex u li ġew approvati għall-Programm tal-Fondi Ewropej (2014-2020). Ta’ min wieħed isemmi li Għawdex se jkompli jibbenefika wkoll minn numru ta’ proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea li se jgawdu minnhom kemm il-Maltin kif ukoll l-Għawdxin.
Leg 13 PQ #3170 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ħaddiema Għawdxin li jaħdmu mal-Gvern f’Malta

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ ħaddiema Għawdxin li qed jaħdmu Malta minkejja li huma mpjegati mal-Gvern jew xi Awtorità, entità jew korporazzjoni governattiva jew fejn il-Gvern għandu l-maġġoranza tal-ishma? Ma’ liema dipartimenti, awtorità jew korporazzjonijiet jaħdmu dawn il-ħaddiema?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nitlob lill-Onor Interpellant biex jiċċara aktar fid-dettal il-mistoqsija tiegħu.

Ħal Għaxaq – xiri ta’ kotba ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Ħal Għaxaq tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Ħal Għaxaq tul is-sena 2017 inxtraw 191 ktieb ġdid filwaqt li 369 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 211 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 9,767 ktieb.

Għassa ta’ Raħal Ġdid – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Raħal Ġdid tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Raħal Ġdid u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal ħames mija u sebgħa u għoxrin (527). Minn dan l-ammont, mitejn u ħamsa (205) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa tal-Fgura – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa tal-Fgura tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita tal-Fgura u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal mitejn u tnejn u sebgħin (272). Minn dawn mija u tmienja (108) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Ħal Tarxien – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Ħal Tarxien u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal mitejn u wieħed (201). Minn dawn tlieta u tmenin (83) kienu dwar każijiet ta’ serq.

Għassa tal-Gudja – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa tal-Gudja tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità tal-Gudja u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija jammonta għal mitejn u tnejn u erbgħin (242). Minn dawn mija u sebgħa u erbgħin (147) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Ħal Għaxaq – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Ħal Għaxaq tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta’ Ħal-Għaxaq u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal tmenin (80). Minn dawn disgħa u għoxrin (29) kienu każijiet ta’ serq.

Vital Global Healthcare — Investiment

Question

Peress li meta kien ġie ffirmat il-ftehim bejn Vital Global Healthcare (VGH) u l-Gvern ta’ Malta, il-Prim Ministru kien ħabbar li din il-kumpanija kienet se tinvesti €220 miljun 'fl-ewwel snin tagħha', jista’ l-Ministru jgħid kemm investiet din il-kumpanija f'Malta minn meta ġie ffirmat il-kuntratt tagħha mal-Gvern Malti sal-lum?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi minn Ġunju tal-2016 saru numru ta’ xogħlijiet fl-isptarijiet imsemmija. Dawn jinkludu: •Tindif tal- asbestos mill- campus tal-isptar San Luqa. • Ftuħ ta’ ċentru ġdid tal- orthotics u prosthetics . • Ftuħ ta’ ward iddedikata għall- istroke. • Beda x-xogħol fil- car park tal-isptar San Luqa. • Beda x-xogħol fuq skola tan- nursing li se jkollha studenti jsegwu degree man- Northumbria University. • Investa fil- lobby tal-isptar ta’ Għawdex biex il-pazjent jinqeda f’post aħjar u sar xogħol ta’ tisbiħ f’ħafna partijiet madwar l-isptar. • Servizz ta’ ħelikopter għall-isptar ta’ Għawdex. • Beda x-xogħol fuq il- campus ta’ Barts. • Beda x-xogħol fuq sistema tal- IT li ġġib dawn l-isptarijiet paper free.

Vital Global Healthcare – valur tal-mobbli mogħti fil-kuntratt

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li fil-kuntratt iffirmat bejn il-Gvern Malti u Vital Global Healthcare (VGH) f'Marzu 2016, il-valur li ngħata lil mobbli kollha (contents) inkluż l-apparat kollu mediku tal-Isptar San Luqa, l-Isptar Karen Grech u l-Isptar Ġeneral ta’ Għawdex kien ta’ €1 (ewro wieħed)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt jistipula li l-apparat kollu mediku għandhu jinżamm fl-aħjar kundizzjonijiet u l-aqwa standards mediċi. Huwa għalhekk li l-maġġoranza ta’ dan l-apparat kien previst li jinbidel matul il-perjodu tal-koncessjoni

Birkirkara – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Birkirkara li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ħal Lija – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Ħal Lija li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Ħal Balzan – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa Ħal Balzan li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.

L-Iklin – Xogħlijiet fuq toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma t-toroq ġewwa l-Iklin li għalihom hemm ippjanat xogħol ta’ manutenzjoni u/jew bini mill-ġdid u/jew asfaltar mill-ġdid fis-sena 2018?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Leg 13 PQ #3285 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: SIMON BUSUTTIL To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Vitals Global Healthcare – taħdidiet dwar it-trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk il-Ministru għat-Turiżmu preżenti kienx preżenti għal xi laqgħat li setgħu saru f’Kastilja b’rabta mat-trasferiment tal-Vitals Global Healthcare (VGH) lis-soċjetà privata Amerikana?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 3281.