Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħal Tarxien – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Ħal Tarxien irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 315-il persuna, fl-2016 kien hemm 294 persuna u fl-2017 kien hemm 239 persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Leg 13 PQ #2750 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Ċittadinanza Maltija lill-individwi

Question

Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2545 u jindika għal kull waħda mill-persuni li isimha u kunjomha jidhru fil-lista li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta' nhar it-2 ta' Awwissu 2016 (Ħarġa Numru 19,616) u li kopja tagħha qed tingħata separatament, x'nazzjonalità oħra jew nazzjonalitajiet oħrajn għandha kull persuna wara li ngħatat iċ-Ċittadinanza Maltija b'reġistrazzjoni, b'naturalizzazzjoni jew inkella taħt il-Programm ta’ Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġejt infurmat minn Identity Malta li l-pubblikazzjoni tal-persuni kollha li jsiru ċittadini Maltin b’reġistrazzjoni, b’naturalizzazjoni jew taħt il-Programm ta’ Cittadinanza b’Investiment issir skont kif previst fid-dispożizzjonijiet tas-sub-regolament 14(2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03. It-talba li qed issir mill-Onor. Interpellant ma taqax fil-parametri tas-sub-regolament 14(2) tal-Leġislazzjoni Sussidjarja 188.03. Ninforma lill-Onor. Interpellant li din il-prassi kienet osservata wkoll fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti Nazzjonalisti.

Ittri rogatorji ppreżentati lill-Qrati jew awtoritajiet barranin mill-Qrati jew awtoritajiet ta’ pajjiżna

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja ġiet ippreżentata lill-Qrati jew awtoritajiet barranin mill-Qrati jew awtoritajiet ta' pajjiżna, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid liema huma l-pajjiżi li lill-Qrati jew awtoritajiet tagħhom, ġew ippreżentati l-imsemmija ittra rogatorja? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew esegwiti, kemm ġew rifjutati u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

L-Onor. Membru huwa mgħarraf li peress li jinħtieġ ċertu żmien biex tiġi kompilata l-informazzjoni mitluba f’din id-domanda u li għalhekk it-tweġiba se tingħata aktar tard. Dan sakemm l-Onor. Membru ma jkunx dispost li jiffoka d-domanda tiegħu fuq perjodu iqsar jew fuq pajjiż partikolari.

Ittri rogatorji lill-Avukat Ġenerali mingħand awtoritajiet ġudizzjarji barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, kemm-il ittra rogatorja rċieva l-Avukat Ġenerali mingħand awtoritajiet ġudizzjarji barranin mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista' jgħid lil liema Qorti ta' pajjiżna ġew trasmessi l-imsemmija ittra rogatorja? Jista' jgħid minn liema pajjiżi ġew mibgħuta l-imsemmija ittri rogatorji? Jista' jgħid kemm minn dawn l-ittri rogatorji ġew imwieġba u kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 2763.

Qrati jew awtoritajiet barranin li talbu lill-Avukat Ġenerali biex il-persunal tagħhom ikun preżenti għall-esekuzzjoni ta' ittra rogatorja — każijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid, sena b'sena, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, kemm kien hemm każijiet li fihom Qrati jew awtoritajiet barranin talbu lill-Avukat Ġenerali biex il-persunal tagħhom ikun preżenti għall-esekuzzjoni ta' ittra rogatorja? Jista' jgħid minn liema pajjiżi saru dawn it-talbiet? Jista' jgħid kemm-il waħda minn dawn it-talbiet ġew awtorizzati mill-Avukat Ġenerali u kemm ġew rifjutati?

Response (BONNICI, OWEN)

Nirreferi għat-tweġiba li tajt f’mistoqsija parlamentari 2763.

Korp tal-Pulizija – talbiet għal xogħol part time

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il talba saret minn membri tal-Korp tal-Pulizija biex jagħmlu xogħol part-time, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari, maqsuma sena b'sena? Jista' jgħid ta' liema rank huma l-membri tal-Korp tal-Pulizija li għamlu dawn it-talbiet? Jista' jgħid għal liema tip ta' xogħol part-time kienu jirreferu dawn it-talbiet? Jista' jgħid kemm-il waħda minn dawn it-talbiet ġew aċċettati u kemm ġew rifjutati u x'kienu r-raġunijiet mogħtija?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi kien hemm tletin (30) talba li saret minn membri tal-Korp tal-Pulizija biex jagħmlu xogħol part-time, mis-sena 2013 sal-24 ta' Diċembru, 2017. Tabella (A) li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi kemm saru talbiet kull sena bir-rank ta' min għamel it-talba. It-tip ta' xogħol part-time li għalih saru t-talbiet kien ivarja kif jidher f’tabella (B) li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, li tinkludi wkoll dettalji ta' fejn ġew rifjutati jew aċċettati dawn it-talbiet. Ħmistax (15)-il talba ma ġewx aċċettati, tlettax (13) ġew milqugħa, filwaqt li tnejn (2) għadhom pendenti. Skont l-artikolu 11 tal-Att Dwar il-Pulizija, membru tal-Korp ikun jista’ jagħmel xogħol ieħor barra mid-dmirijiet tiegħu/tagħha fil-Korp jekk jingħata/tingħata permess mill-Kummissarju tal-Pulizija. Bħala ‘policy’ inġenerali, il-Kummissarju japprova l-applikazzjonijiet kollha għal xogħol ‘part-time’ ta’ membri tal-Korp li jibdew it- termination leave biex ma jtellifx opportunitajiet ta’ impjieg lil dawk li jkunu ser jirtiraw bil-pensjoni u jkunu ser jibqgħu jaħdmu. L-uniku kundizzjoni tkun li dan ix-xogħol ma jkunx kumpatibbli, bil-liġi, mad-dmirijiet ta’ uffiċjal tal-Korp. Applikazzjonijiet oħra minn membri li jkunu f’kunflitt mal-artikolu 6(e) tat-Tieni Skeda tal-Att Dwar il-Pulizija, jiġifieri fejn ix-xogħol ‘part-time’ ikun jista’ jinterferixxi jew jista’ jidher li qed jinterferixxi fil-qadi leali u imparzjali tad-dmirjiet tal-membru tal-Korp, jiġu bħala regola rifjutati. Naturalment kull każ jiddependi mid-diskrezzjoni tal-Kummissarju nnifsu.
Leg 13 PQ #2767 Sitting 71 2018-01-22 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – laqgħa ma’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu bħala Ministru għall-Finanzi qattx iltaqa’ mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ magħha, għaliex iltaqa’ magħha, fejn saru l-laqgħat u x’kien l-eżitu ta’ kull waħda minn dawn il-laqgħat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna konċernata qatt ma ngħatat appuntament biex tiltaqa’ miegħi.

Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet pendenti għall-bini ta’ residenzi ta’ raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2842 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' residenzi ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2842, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat ħamsa u disgħin applikazzjoni għal żvilupp relatat ma’ residenzi ta’ raħħala mill 01/01/2016 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. 2016 52 2017 43 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2016 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · Farm u house/s · Farmer u house/s · Farmer u residence/s · Farmer u dwelling/s · Raħħal u dar / djar · Raħħal u residenza/i

Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ rziezet ta’ raħħala

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2843 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar għal bini ta' rziezet ta' raħħala, sena b'sena mill-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2843, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mija u sittax-il applikazzjoni (116) għal żvilupp relatat ma’ rziezet mill 01/01/2016 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda ta-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. 2016 61 2017 55 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2016 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · Farm/s · Cow/s · cattle · bull/s · heif/heives · calf/calves · poultry · hen · chicken · broiler/s · fattening · layers · sheep · ruminant/s · goat/s · rabbit/s · pig/s · sow/s · razzett/rziezet · baqra/baqar · barri/barrin · għoġol · tiġieġ/a · ngħaġ/a · muntun/mtaten · mogħża/mogħoż · fniek · ħanżir/ħnieżer · maqjel

Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2844 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bdil ta' użu minn razzett għal residenzi, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2844, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erbatax-il applikazzjoni (14) għal żvilupp relatat għal bdil ta’ użu minn razzett għal residenzi mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. 2013 1 2014 1 2015 2 2016 7 2017 3 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti. · Farm/s · Cow/s · cattle · bull/s · heif/heives · calf/calves · poultry · hen · chicken · broiler/s · fattening · layers · sheep · ruminant/s · goat/s · rabbit/s · pig/s · sow/s · razzett/rziezet · baqra/baqar · barri/barrin · għoġol · tiġieġ/a · ngħaġ/a · muntun/mtaten · mogħża/mogħoż · fniek · ħanżir/ħnieżer · maqjel flimkien ma’ · change + use · bdil + użu · tibdel/jibdel/nibdel + użu · jinbidel / tinbidel + użu

Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal bini ta’ residenzi li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2845 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini ta' residenzi li ma jinstabux f'żona ta' żvilupp jew f'żona ta' konservazzjoni urbana, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2845, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt mija u seba’ applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ bini ta’ residenzi, nkluzi alterazzjonijiet u/jew estensjonijiet, li ma jinstabux f’żona ta’ żvilupp jew f’żona ta’ konservazzjoni mill-01/01/2013 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni. Annessa hawn tabella li tagħti in-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant u tabella li tiġbor aħjar din-informazzjoni. 2013 63 2014 65 2015 113 2016 186 2017 180 Validation / Publication Year 2013 2014 2015 2016 2017 Granted Alterations - Extensions 15 15 29 31 17 Alterations - Extensions - Sanctioning 5 8 11 24 15 New 29 29 52 74 24 New - Sanctioning 5 5 6 11 12 Not Granted Alterations - Extensions 0 2 2 4 3 Alterations - Extensions - Sanctioning 0 0 1 4 1 New 4 2 6 20 11 New - Sanctioning 2 2 2 3 1 Pending Alterations - Extensions 0 0 1 0 21 Alterations - Extensions - Sanctioning 0 0 1 5 19 New 0 0 0 1 39 New - Sanctioning 0 0 1 0 13 Withdrawn Alterations - Extensions 0 1 1 1 0 Alterations - Extensions - Sanctioning 1 0 0 2 1 New 0 1 0 2 2 New - Sanctioning 2 0 0 4 1 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti u kienu indikati bħala Outside Development Zone. Alterazzjonijiet u/jew estensjonijiet huma nkulużi fil-lista annessa. · flat/s · apartment/s · appartament/i · dar/djar · house/s · bungalow/s · residence/s · residen¿a/i · penthouse/s · villa/vilel · dwelling/s

Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal lokazzjoni ta’ siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2846 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal lokazzjoni ta' siġġijiet u mwejjed barra stabbilimenti tal-ikel (restaurants, snack bars, take away, bars, etc.), sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalita jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2846, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat erba’ mija u tlettax-il applikazzjoni (413) tal-Ippjanar (Planning Applications) u tlieta u disgħin (93) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ siġġijiet u mwejjed. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 32 2014 32 2015 57 2016 129 2017 163 DNOs 2013 25 2014 24 2015 30 2016 13 2017 1 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · table · chair · mejda · mwejjed · siġġu / siġġijiet · furniture

Awtorità tal-Ippjanar – Applikazzjonijiet għal irranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2847 u jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal irranġar ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X'tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F' liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 2847, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mitejn u erbgħa applikazzjonijiet (204) tal-Ippjanar (Planning Applications) u ħamsa u tmenin (85) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma irranġar / alterazzjonijiet ta’ ħitan tas-sejjieħ. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 16 2014 26 2015 37 2016 63 2017 62 DNOs 2013 15 2014 20 2015 29 2016 15 2017 6 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · Rubble + wall · Ħajt + sejjieħ · Ħitan + sejjieħ Ta min jinnota li il-proposta tista tinkludi element ta’ bini ta’ ħitan ukoll u li re-instatement u alterations / amendments ġew inklużi ma’ din il-lista.

Civic Amenity Sites – materjal akkumulat

Question

Jista’ l-Ministru jagħti separatament, it-tip ta’ materjal u t-tunnellaġġ ta’ kull materjal, li hemm akkumulat fis-Civic Amenity Sites preżentament? (Għall-finijiet ta’ tweġiba, wieħed għandu jieħu d-data ta’ meta saret din il-mistoqsija parlamentari).

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ħġieġ u plastik irriċiklat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il tunnellata ta’ ħġieġ plastik ġiet irriċiklata bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċmbru 2016, u bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017? Jista’ jgħid x’tip ta’ ħġieġ kien u kemm kien hemm minn kull tip bejn l-1 ta’ Jannar 2016 u l-31 ta’ Diċembru 2016, u bejn l-1 ta’ Jannar 2017 u t-30 ta’ Novembru 2017 separatament?

Response (HERRERA, JOSÈ)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – xiri/kiri ta’ vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm xtara/kera vetturi ġodda u/jew użati? Fejn jintużaw (head office, Ambaxxati, eċċ)? Jista’ jgħid min hu intitolat li jagħmel użu minnhom? Kemm ġew jiswew u x’mileage għamlu minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabelli li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — vetturi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm vetturi tal-Ministeru (Head Office, Ambaxxati, eċċ) ġew skreppjati, mibjugħa, irkantati, eċċ minn Marzu 2013 sal-lum?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Marzu 2013 sal-lum, żewġ karozzi (2) ġew irritornati lill-kumpanija minn fejn kienu qed jinkrew, sitta (6) ġew mibjugħa, disgħa (9) skreppjati, waħda (1) innegozjata ma waħda ġdida (traded-in), waħda (1) trasferita għal Ministeru ieħor u oħra (1) trid tiġi skreppjata fl-2018.

Ambaxxata ta’ Malta f’Abu Dhabi — diplomatiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’sar mid-diplomatiku mmarkat bħala (a) fid-dettalji li qed jingħataw separatament, li kien iċ-Chargè d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ Malta f'Abu Dhabi? Jista’ jgħid min hu l-individwu mmarkat bħala (b) fid-dettalji li qed jingħataw separatament, li ħa post l-individwu mmarkat bħala (a)? Jista’ jgħid x’inhu t-terminu ta’ dan l-uffiċjal, meta ser jiġi appuntat Ambaxxatur għal din l-Ambaxxata u jekk huwiex ser ikun mill-korp diplomatiku jew le?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ix-Charge’ d’Affaires fl-Ambaxxata ta’ Malta f’Abu Dhabi baqa’ jservi sad-data tal-irtirar mis-servizz pubbliku. L-uffiċċjal li assuma l-post vakanti ta’ Charge’ d’Affaires għandu il-grad ta’ Second Secretary fil-Korp Diplomatiku tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozjoni tal-Kummerċ. Huwa ingħata l-inkarigu għal perjodu ta’ tlett snin. Fir-rigward tat-tieni parti tal-Mistoqsija Parlamentari, kif ikun hemm żviluppi ġodda dwar il-ħatra t’Ambaxxatur, il-Ministeru jinforma.

Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Rappreżentanti Permanenti/Konsli Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista’ tal-ismijiet tal-Ambaxxaturi/Kummissarji Għolja/Rappreżentanti Permanenti/Konsli Ġenerali, fejn qed iservu, kemm jitħallsu u meta jiskadi t-terminu tagħhom? Jista’ jgħid kemm minnhom huma tal-karriera?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dettalji mitluba jidhru fuq it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin – ħlas ta’ spejjeż mediċi lil Ambaxxaturi u l-familjari tagħhom

Question

Jista’ l-Ministru jagħti l-ispejjeż mediċi (u jindika x’tip ta’ trattament ingħata) lill-Ambaxxaturi u l-familjari tagħhom li qed iservu fl-Ambaxxati tagħna?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-trattament mediku provdut huwa ta’ l-istess livell ta’ servizz mediku li l-Gvern Malti jipprovdi liċ-ċittadini Maltin f’Malta. L-ispejjeż mediċi huma regolati mill-Conditions of Service li fi kwalunkwe każ jammonta għal 90% tat-trattament mediku li uffiċjali ikunu eleġiblli għalih billi 10% jitħallsu personalment mill-istess uffiċjal. Din il-formola tal-ħlas ta’ benefiċċju ilha fis-seħħ sa mill-introduzzjoni tal-ewwel Conditions of Service (1994) u anke fis-snin ta’ qabel ġie introdott is-servizz diplomatiku.