Jista’ l-Ministru jgħid meta se jinħarġu l-promozzjonijiet ta’ Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija peress li r-riżultat dwar l-istess, issa ilhom li nħarġu diversi ġimgħat?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi għalkemm m'hemmx data dwar il-promozzjonijiet ta’ Supretendenti fil-Korp tal-Pulizija dawn ser isiru fil-futur qrib.
Korp tal-Pulizija – testijiet tal-urina fuq membri tal-Korp
Question
Peress li fil-ġranet li għaddew il-Ministru stqarr pubblikament li jsiru diversi testijiet tal-urina fuq membri tal-Korp tal-Pulizija sabiex jiġi magħruf jekk humiex qed jabbużaw minn xi sustanzi illegali bħal droga, jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test bħal dan sar fuq membri tal-Korp tal-Pulizija fis-sena 2017 u kemm kien hemm każijiet fejn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2017 ma kien hemm l-ebda suspetti ta' abbuż minn sustanzi illegali fost Membri tal-Korp u għaldaqsant ma kienx hemm talbiet sabiex isiru eżamijiet tossikoloġi tal-urina. Madankollu ir-rekluti ġodda li kien hemm fl-istess sena kollha sarulhom it-testijiet tal-urina qabel l-ingaġġ u r-riżultati kienu kollha fin-negattiv. Qed tiġi evalwata l-prassi li ntużat s’issa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test tal-urina sar fuq membri tal-Forzi Armati ta’ Malta fis-sena 2017 u kemm kien hemm każijiet fejn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, bħala parti mill-policy interna dwar l-abbuż ta’ drogi, il-Forzi Armati ta’ Malta wettqet 235 test tal-urina. Minnhom, 5 instabu posittivi u ttieħdet l-azzjoni skont il-policy imsemmija.
Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – testijiet tal-urina fuq detenuti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il test tal-urina sar fuq detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fis-sena 2017 kollha u kemm kien hemm każijiet fejn dawn it-testijiet irriżultaw fil-pożittiv?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-sena 2017 saru elf, tminn mija u sebgħa u tletin (1,837) test tal-urina fuq id-detenuti fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. Fost dawn, elf, seba’ mija u sebgħa u għoxrin (1,727) irriżultaw fin-negattiv għad-droga filwaqt li mija u għaxra (110) irriżultaw fil-pożittiv għad-droga.
Korp tal-Pulizija –testijiet tal-urina fuq rekluti ġodda
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarux testijiet tal-urina fuq ir-rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija tul is-sena 2017 qabel ma ġew ingaġġati mal-Korp? Jekk saru, jista’ jgħid jekk kienx hemm min irriżulta fil-pożittiv wara dawn it-testijiet?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2017 kien hemm reklutaġġ ta' mija u erbgħa (104) rekluti ġodda u kollha sarulhom it-testijiet tal-urina qabel ma ġew ingaġġati mal-Korp. Ir-riżultati tal-urina kienu kollha fin-negattiv. Qed tiġi evalwata l-introduzzjoni ta’ random tests waqt ir-reklutaġġ apparti dak mandatorju qabel jibdew ir-reklutaġġ.
Pazjenti akkumpanjati minn infermiera jew tobba għal trattament barra minn Malta
Question
Peress li pazjenti li jirċievu trattament barra minn Malta xi drabi jkollhom il-ħtieġa li jiġu akkumpanjati minn infermiera u f’ċerti każijiet anke tabib, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu dawn il-pazjenti li kellhom bżonn jiġu akkumpanjati b’dan il-mod fl-2017? Kemm minnhom kienu pazjenti taħt it-tliet snin?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi matul l-2017 kien hemm 12 il-adult u 25 tfal li kellhom bżonn jiġu akkumpanjati minn tim mediku sabiex ikunu jistaw jirċievu trattament barra minn Malta. Minn dawn il-25 tfal kien hemm 18 li kienu taħt it-3 snin.
Pazjenti – trattament għal kura barra minn Malta – trasport b’air ambulance
Question
Peress li pazjenti li jirċievu trattament barra minn Malta xi drabi jkollhom il-ħtieġa ta’ trasport urġenti b’air ambulance, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm-il darba ntuża dan it-trasport fis-snin 2015, 2016 u 2017? Kemm kienu l-każijiet ta’ pedjatrija li kellhom bżonn dan it-tip ta’ trasport? Kemm jiswa flus kull vjaġġ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt filwaqt li ninfurmah ukoll li kull sena fis-snin indikati kien hemm okkazjonijiet li l-Air Ambulance trasferit zewg pazjenti f’daqqa.
Numru Totali ta’ Pazjenti
Numru ta’
Air Ambulances
Numru ta’ Każijiet ta’ Pedjatrija
Prezz Medju
2015
8
7
5
€20,038
2016
12
11
5
€19,609
2017
9
8
6
€18,683
Tobba u infermiera – safar fuq xogħol ma’ pazjenti barra minn Malta — polza ta’ sigurtà
Question
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi l-polza tas-sigurtà li jagħti d-Dipartiment lill-infermiera u tobba meta dawn isiefru fuq xogħol tal-Gvern ma’ pazjenti barra minn Malta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-polza hija l-istess waħda illi tkopri l-ħaddiema kollha fis-settur tas-saħħa cioe' li l-gvern ikopri d-danni u ħsarat li ma jkunux ikkaġunati minn negliġenza u imprudenza waqt il-ħin tax-xogħol.
Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja u kif se jkun qed igawdi ċ-ċittadin b’dan kollu?
Response (BONNICI, OWEN)
Wara li saru diversi xogħlijiet ġewwa l-Qorti sabiex ikun hemm aktar post minn fejn jinstemgħu l-kawzi bl-għan prinċipali kien li naqsu l-kawżi pendenti, inħass il-bżonn li jitkabbar ir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja sabiex ikun jista’ jakkomoda l-bżonnijiet tal-lum.
Dan ix-xogħol sar b’investiment li gej mill-allokazzjoni budgetarja nazzjonali. Permezz ta’ dan ix-xogħol li sar fir-Reġistru tal-Qorti tal-Familja ser ikun aktar faċli li jingħata liċ-ċittadin servizz aħjar u dan peress li r-Reġistru ġie trasferit għal post akbar.
Ir-Reġistru ta’ qabel kien żgħir wisq tant li ma kienx hemm post fejn wieħed ikun jista’ jitkellem mal-istaff jew mal-avukat tiegħu. Ir-Reġistru l-ġdid jinsab f’post akbar u saħansitra hemm anke mejda u siġġijiet fl-ispazju ta’ quddiem fejn avukat jista’ jkellem lill-klijent tiegħu b’mod privat.
Apparti dan kollhu l-post il-ġdid joffri atmosfera aktar mdawla u spazjuża għaċ-ċittadin kif ukoll għall-istaff tar-Reġistru. Il post jaħseb ukoll għal żieda fli staff jekk jekk ikun hemm il-bżonn.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-proċedura biex l-għaqdiet volontarji, li huma reġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, jivverifikaw l-impjegati/voluntieri mar-Reġistru tal-Ħarsien tal-Minorenni?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-Att dwar ir-Reġistrazzjoni tal-Protezzjoni tal-Minuri (Kap. 518) jipprovdi dwar il-proċedura li għandha tintuża minn istituzzjonijiet, stabbilimenti jew organizzazzjonijiet li jipprovdu jew li jorganizzaw xi servizzi jew attivitajiet li jinvolvu l-edukazzjoni, il-kura, il-kustodja, il-ħarsien jew it-trobbija tal-minuri, sabiex, qabel ma jimpjegaw jew jafdaw persuna (bi ħlas jew mingħajr ħlas), għandhom jitolbu mill-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) għall-informazzjoni li tista’ tkun reġistrata fir-Reġistru dwar dik il-persuna.
Għaqdiet Volontarji li jagħmlu jew ser jorganizzaw xogħol bħal dak hawn fuq indikat għandhom jippreżentaw rikors fir-Reġistru tal-qorti imsemmija (li jinsab fil-bini tal-Qorti tal-Familja fi Triq id-Dejqa, Valletta) fejn jinfurmaw lill-qorti li huma ser jimpjegaw jew jafdaw persuna bl-edukazzjoni, bil-kura, bil-kustodja, bil-ħarsien jew bit-trobbija ta’ minuri, jagħtu d-dettalji tal-persuna konċernata (Isem u Kunjom, Numru tal-Karta ta’ Identita u post ta’ residenza) u jitolbuha jekk dik il-persuna hijiex reġistrata fir-Reġistru għall-Protezzjoni tal-Minuri.
Tajjeb li jingħad li dan ir-rikors mhux bil-fors irid ikun iffirmat minn avukat imma biżżejjed li jkun iffirmat minn persuni li jkollhom ir-rappreżentanza legali tal-għaqda volontarja. Permezz tal-Avviż Legali Nru. 327 tal-2017 Għaqdiet Volontarji reġistrati fir-Reġistru ta’ Organizzazzjonijiet Volontarji taħt l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji jkunu eżenti mill-ħlas tad-drittijiet konnessi mal-preżentata ta’ dan ir-rikors. Għalhekk dawn l-Għaqdiet għandhom jindikaw fl-istess rikors li huma reġistrati bħala Organizzazzjoni Volontarja u n-numru ta’ dik ir-registrazzjoni.
Ta’ min jgħid ukoll li qabel ma ġiet introdotta din il-proċedura l-għaqdiet tal-volontarjat kienu jħallsu Eur 15 għal kull talba u Eur 3.75 għal notifika li jagħmlu biex jivverifikaw jekk impjegat jew voluntier huwiex fir-Reġistru tal-Ħarsien tal-Minorenni. Issa dan il-ħlas mhux isir iktar u allura qed jiġu frankati l-ispejjeż lill-għaqdiet.
B’referenza għall-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew f’materji kriminali li ddaħħlet reċentement mill-Gvern, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-miżuri msemmija fid-Direttiva kenux diġà parti mil-liġi Maltija? Id-Direttiva x’żiedet iżjed u ġdid li hu ta’ benefiċċju għaċ-ċittadin Malti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li l-miżuri msemmija fid-Direttiva kkonsolidaw diversi strumenti leġiżlattivi f’qafas ħolistiku wieħed. Ċertu miżuri (bħal l-assistenza legali reċiproka) kienu diġa` parti mill-liġi Maltija u oħrajn ġew miżjuda, bħal per eżempju l-formola illi għandha tintbagħat bħala rikjesta għall-assistenza f’materji kriminali illi tgħin sabiex l-informazzjoni u t-talbiet ikunu uniformi minn kull Stat Membru. Id-Direttiva tagħti anke termini ta’ żmien għall-eżekuzzjoni ta’ l-istess talbiet għal assistenza u għaldaqstant iċ-ċittadin Malti illi jkollu bżonn assistenza investigattiva jew ġudizzjarja issa jista’ jirċievi risposti aktar tempestivament. Dan kollu jkompli jnaqqas id-dewmien fil-proċeduri kriminali.
L-implementazzjoni tal-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew itejjeb l-effiċjenza u l-effetivita’ tal-kooperazjoni ġudizjarja bejn l-iStati Membri tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk nkunu wkoll qed nkomplu nnaqqsu l-kriminalita’ organizzata. L-Ordni ta’ Investigazzjoni Ewropew tissemplifika ix-xogħol ta’ l-awtoritajiet ġudizjarji meta evidenza tkun intalbet mingħand Stat Membru ieħor. Din l-Ordni b’hekk tissemplifika l-għajnuna legali reċiproka.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tax-xogħol fi ħdan il-Foundation for Tomorrow's Schools (FTS)?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proġetti li saru f’dawn l-aħħar snin jinkludu alterazzjonijiet u l-bini ta’ blokk ġdid fis-St Margaret College Middle School f’Bormla; St Theresa College Middle School, B’kara; St Nicholas College Middle School, ir-Rabat (Malta); Maria Regina College Middle School, Naxxar; il-bini tan-National Sports School, Pembroke; il-bini ta’ kindergarten block mal-ġenb ta’ St Claire College Primary School, San Ġwann; lecture block ġdid f’Sir MA Refalo Sixth Form, Victoria, Għawdex; bini ta’ skola ġdida St Benedict College Middle School, Ħal Kirkop; skola ġdida f’St Nicholas College Senior School, Ħad-Dingli; refurbishment sħiħ tas-St Ignatius College Primary School, Ħaż-Żebbuġ; il-bini ta’ sular ġdid fid-Dun Manwel Attard Young Adult Resource Centre, il-Wardija; refurbishment sħiħ fil-Gozo College Primary School, ix-Xewkija; il-bini ta’ Child Care Centres ġodda f’Birkirkara u f’Ħaż Żebbuġ; it-titjib tas-St Margaret College Learning Support Centre, Bormla; il-bini ta’ sular ġdid fil-Maria Reġina College Primary School, Ħal Għargħur; u l-bini ta’ grawnd ġdid tal-futbol f’Santa Venera.
Fl-2018 se jkun qed isir il-proġett għat-twaqqif ta’ laboratorji ġodda għal diversi suġġetti vokazzjonali fis-Senior Schools kollha.
Fiż-żmien li ġej l-FTS se tkun qed tibni skejjel ġodda fil-Qawra, Marsaskala, ir-Rabat (Għawdex) u l-Imsida; tieħu ħsieb l-iżvilupp tas-San Miguel Primary Education Resource Centre u tal-Guardian Angel Resource Centre fil-Ħamrun; ir-ristrutturar ta’ blokka biex tilqa’ fiha l-Visual and Performing Arts fil-Ħamrun u ta’ binja biex isservi bħala Migrants’ Learning Unit; sala ġdida fis-Senior School fil-Kulleġġ San Tumas Moore (Santa Luċija); ċentri ġodda għall-ħarsien tat-tfal f’San Ġiljan u Ħaż-Żebbuġ; Learning Support Centre ġdid f’Ħaż-Żebbuġ; Youth Mobility Centre għall-Aġenzija Żgħażagħ f’Santa Venera; u estensjonijiet f’bosta skejjel primarji fir-Rabat, Żurrieq, Mellieħa, Baħrija, Ħal Lija, Attard, in-Naxxar u Ħal Għaxaq.
Hemm ippjanat ukoll li jsiru xogħlijiet ta’ tisbiħ fl-iskejjel primarji ta’ San Ġiljan, Raħal Ġdid, Santa Venera, Ħal Qormi (San Ġorġ), tas-Sliema, Birkirkara, Nadur u fil-Middle School fi Blata l-Bajda.
Hemm ukoll ippjanat l-istallazzjoni ta’ sistemi ta’ arja kundizzjonata f’diversi ċentri għall-ħarsien tat-tfal f’Birkirkara, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, Bormla, il-Furjana, il-Marsa, Ħaż-Żebbug u l-Gżira.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-inizjattiva favur il-litteriżmu għal din is-sena? X’investiment sar f’xiri ta’ kotba għal-libreriji tal-iskejjel?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li rendikont tal-inizjattivi favur il-litteriżmu għas-sena 2017 kif ukoll tagħrif dwar x’investiment sar f’xiri ta’ kotba għal-libreriji tal-iskejjel qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:PQ 3467 - Inizjattivi favur il-litteriżmu.pdf
Jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar il-programmi edukattivi vokazzjonali varji fil-livell obbligatorju għal din is-sena skolastika?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li f’din is-sena skolastika qiegħdin jiġu mgħallma ħames suġġetti vokazzjonali, li huma l-Engineering Technology, l-Information Technology, il-Hospitality, il-Health and Social Care u l-Agribusiness. Dawn is-suġġetti qiegħdin jiġu mgħallma fl-iskejjel Sekondarji tal-Istat, tal-Knisja u Independenti. L-istudenti jagħżlu dawn is-suġġetti bħala option subjects fi tmiem il-Form 2 minn fost lista twila ta’ suġġetti diversi offruti. L-għalliema preżenti għal dawn is-suġġetti jiġu mħarrġa mill-kohort ta’ għalliema ta’ suġġetti oħra, billi jingħataw taħriġ speċjalizzat fil-kontenut u l-pedagoġija tas-suġġett vokazzjonali.
Fis-snin li ġejjin ser ikun hemm ukoll għalliema speċjalizzati f’dawn l-oqsma mill-ewwel hekk kif bħalissa qed jiġu mħarrġa mill-Università ta’ Malta wkoll. Inxtraw riżorsi speċjalizzati sabiex dawn is-suġġetti jkunu mgħallma sew fl-iskejjel.
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kienu l-ispiżeriji li pparteċipaw fl-iskema tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) bejn is-snin 2011 u l-2017 (maqsuma sena b’sena) f’dawn il-lokalitajiet:
Għargħur
G’Mangia
Sta. Venera
Mġarr Malta
Kalkara
Xgħajra
Floriana
Mtarfa
Baħrija
Ta’ Xbiex
Sannat
Għarb
Fontana?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika in-numru totali ta’ spiżeriji mill-2011 sal-2017 tal-lokalitajiet tal-Għargħur, il-Pieta’,Santa Venera,l-Imġarr-Malta,il-Kalkara,ix-Xgħajra,il-Furjana,l-Imtarfa,il-Baħrija,Ta’ Xbiex, is-Sannat u l-Għarb.
Sena
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
Numru totali ta' spiżeriji tal-imsemmija lokalitajiet
17
22
23
24
26
27
27
Pharmacy of Your Choice – pazjenti eleġibbli taħt din l-iskema
Question
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid bħala numru kemm kellhom pazjenti reġistrati magħhom kull spiżerija individwalment u maqsuma skont il-lokalitajiet indikati hawn taħt, fis-snin bejn l-2011 u l-2017 li huma eleġibbli taħt l-iskema tal-Pharmacy of Your Choice (POYC)?
Għargħur
Fontana
G’Mangia
Għarb
Sta. Venera
Sannat
Mġarr Malta
Kalkara
Xgħajra
Floriana
Mtarfa
Baħrija
Ta’ Xbiex
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika in-numru totali ta’ pazjenti reġistrati fl-ispiżeriji u li huma eleġibbli taħt l-iskema tal-Pharmacy of Your Choice fil-lokalitajiet tal-Għargħur, il-Fontana, Tal-Pieta’, l-Għarb, Santa Venera, Sannat, L-Imġarr-Malta, il-Kalkara, ix-Xgħajra, il-Furjana, l-Imtarfa, il-Baħrija u Ta’ Xbiex.
Lokalita'
2011
2012
2013
2014
2015
2016
2017
Il-Bahrija
203
168
105
101
97
94
80
L-Għarb (Għawdex)
-
-
-
-
-
198
245
Il-Għargħur
613
658
635
675
392
714
716
Il-Furjana
-
761
799
3894
5126
5079
5232
Il-Fontana (Għawdex)
156
215
273
342
413
481
515
Il-Kalkara
562
677
713
760
768
787
799
L-Imgarr
721
769
757
835
904
950
968
L-Imtarfa
398
474
485
546
582
595
594
Tal-Pieta’
1390
1525
1500
1623
1676
1721
1696
Santa Venera
1873
2079
2251
2391
2470
2445
2427
Is-Sannat (Għawdex)
179
195
206
241
275
312
325
Ta' Xbiex
473
496
473
492
489
502
494
Ix-Xgħajra
-
-
272
314
366
423
440
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm kien in-numru totali ta’ pazjenti reġistrati mal-Pharmacy of Your Choice (POYC) f’Malta u f’Għawdex fis-snin bejn l-2011 u l-2017 (sena sena)?
Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk persuni b'passaport mhux Malti iżda li jaħdmu jew residenti f’Malta, humiex kollha eleġibbli li jirreġistraw fl-iskema tal-Pharmacy of Your Choice (POYC) jekk ikunu jbatu minn mard kroniku li jaqa taħt ix-Schedule 5 (kartuna safra)?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi jekk persuna b’ċittadinanza barranija tkun qed taħdem f’Malta jew inkella tkun qed tingħata għajnuna soċjali mill-Gvern Malti, hi tkun intitolata għall-mediċina b’xejn. F’każ li l-persuna ma jkollix identifikazzjoni Maltija tinħareġ karta safra temporanja għal tlett xhur fuq in-numru tal-passaport jew in-numru ta’ l-isptar tal-pazjent. F’dawn it-tlett xhur il-persuna kkonċernata għandha tilħaq tapplika għall-identifikazzjoni Maltija.
Individual Investor Programme – Għanijiet tal-Fond ta’ Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3062 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid x’inhuma l-għanijiet tal-Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali li twaqqaf sabiex jintużaw parti sostanzjali tal-fondi ġejjin mill-Individual Investor Programme (IIP)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali huwa aġenzija tal-gvern stabbilit għall-iskop li jamministra sebgħin fil-mija tal-kontribuzzjonijiet riċevuti mingħand Identity Malta mill-Programm ta’ Ċitadinanza Maltija b’Investiment mniedi permezz tal-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija, Kap. 188.
Skont l-Avviż Legali numru 47 tal-2014 maħruġ fl-4 ta’ Frar 2014, l-Aġenżija għanda tuża l-fondi msemmija għal-għanijiet ta’ interess pubbliku fosthom għal-avvanz tal-edukazzjoni, reċerka, innovazzjoni, għanijiet soċjali’, ġustizzja u l-osservanza tal-liġi, inizjativi favur l-impjiegi, l-ambjent u s-saħħa pubblika. Dawn l-għanijiet huma spjegati f’aktar dettal fl-Avviż Legali numru 2 tal-2015 maħruġ fl-6 ta’ Jannar 2015 , taħt l-Att Dwar is-Servizz Publiku Kap.497.
Il-Fond se jkun qiegħed jinvesti l-fondi li għandu b’mod għaqli sabiex jiġġenera sors ieħor ta’ dħul minbarra dak li jirċievi minn għand Identity Malta, u dan biex iwettaq l-għanijiet imsemmija.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa sabiex jara li Transport Malta tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-każ tal-appell lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, u dan sabiex tkun mogħtija rimedju tant meħtieġ minħabba d-diffikultajiet li din l-istess persuna qed tiltaqa' magħhom?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta irċeviet notifika mir-Review Panel, CRPD li se jistħarreġ dan il-każ ta’ Parkeġġ Riservat. Għaldaqstant, Transport Malta qed tistenna deċiżjoni finali mingħand dan il-Bord.