Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ambaxxati u residenzi ta’ Ambaxxaturi u ta’ Uffiċjali Maltin barra minn Malta – xogħlijiet ta’ tiswija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ta’ tiswija u estensjonijiet saru fl-Ambaxxati u residenzi tal-Ambaxxaturi u ta’ Uffiċjali Maltin barra minn Malta, minn Marzu 2013 sal-lum? F’liema proprjetajiet saru, kemm ġew jiswew, il-lista tal-kuntratturi li għamlu dan ix-xogħol u f’liema perjodu saru jew qed isiru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Inċidenti bil-vetturi tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm inċidenti saru b’vetturi tal-Ministeru (sew f’Malta kif ukoll fl-Ambaxxati Maltin barra minn Malta) minn Marzu tal-2013 sal-lum? X’sar minn dawn il-vetturi, ġew imsewwija, ġew mibjugħa, skreppjati, eċċ? Jekk saru xi claims finanzjarji minn xi partijiet involuti, kemm kien il-valur li qed jintalab u/jew kemm ħallas il-ministeru, inkluż spejjeż legali u ta’ min kien it-tort (tal-uffiċjal tal-Ministeru/jew il-parti/partijiet l-oħra)?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għada qed tinġabar.

Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex – livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb ipprovdut mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma f’Għawdex hux qed ikun hemm moniteraġġ tiegħu? Kull kemm isir tali moniteraġġ u f’liema lokalitajiet Għawdxin qed isir? Jista’ jagħti r-riżultati tat-testijiet li saru bejn Marzu 2013 sa Diċembru 2017 li jindikaw il-livell ta’ melħ fl-ilma tax-xorb f’kull lokalità Għawdxija?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-laboratorju fi ħdan il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma janaliżża l-parametru tal-chlorides (li hu l-parametru li jindika l-livell ta’ melħ) kull xahar minn kull villaġġ f’Għawdex. Ir-riżultati tat-testijiet mitluba li saru bejn Jannar 2013 u Diċembru 2017 qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #3172 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Arbitru għas-Servizzi Finanzjarji — każijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1829, jista' l-Ministru jgħid kemm mill-każijiet li jirrelataw għal kwistijonijiet li qamu qabel April 2016 s’issa ġew deċiżi mill-Arbitru? Fir-rigward tal-każ li għalih saret referenza fl-imsemmija tweġiba fejn allura diveri każijiet ġew miġbura f’każ wieħed peress li jirrelataw għall-istess mertu, jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-istatus ta’ dan il-każ?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, b’riferenza għat-tweġiba mressqa mill-istess interpellant għall-mistoqsija numru 1829, 35 każ minnhom kienu jirrelataw ilmenti dwar imġieba tal-provditur tas-servizz finanzjarju li seħħet qabel April 2016. Fir-rigward ta’ dawk l-ilmentaturi li l-każ tagħhom jirrelata għall-istess mertu, il-proċess ta’ investigazzjoni qiegħed fi stadju avvanzat u d-deċiżjoni se tingħata dalwaqt.
Leg 13 PQ #3173 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Għajnsielem – Triq Sant’Antnin – xogħlijiet

Question

B'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19821 li ngħatat fit-12-il leġiżlatura fil-21 ta’ Ottubru 2015, tista’ l-Ministru tgħid x’inhi r-raġuni li x-xogħol ma sarx fuq Triq Sant Antnin ġewwa Għajnsielem, issa li għaddew iktar minn sentejn? Tista' tgħid għaliex jekk sarux il-preparamenti neċessarji jew għadhom le? Tista' tgħid jekk ħarġitx it-tender u jekk ġietx awarded? Jekk le, tista' tgħid meta hu ppjanat li toħroġ it-tender u jekk hux se jsir ix-xogħol f’din it-triq matul l-2018 u jekk iva meta hu ppjanat li jibda x-xogħol?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Dwar Triq Sant’ Antnin, ser jiġu studjati l-isfidi relatati biex ikun jista’ jsir proġett wieħed li jitltaq minn Nadur u jibqa nieżel minn Triq Sant Antnin sal-junction ta’ Triq l-Imġarr.
Leg 13 PQ #3174 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Environmental Impact Assessment – airstrip f’Għawdex

Question

Tista’ l-Ministru tagħti tagħrif dwar jekk ħarġitx tender ta’ environmental impact assessment għal dak li jikkonċerna airstrip f’Għawdex? Jekk iva, min ingħata t-tender biex iwettaq dan ix-xogħol u fiex wasal dan ix-xogħol? Kemm hi mistennija tkun in-nefqa għal dan l-istudju?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 1507.
Leg 13 PQ #3175 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – quotes maħruġa

Question

Tista' l-Ministru tgħid kemm-il quote nħarġet mill-Ministeru għal Għawdex u mid-dipartimenti u entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru għal Għawdex mit-8 ta' Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid kemm kien il-valur ta' kull quote li nħarġet? Tista' tgħid liema dipartiment jew entità tat kull waħda mill-quotes preċedentament imsemmija? Tista' tgħid x'kien ix-xogħol jew servizz rikjest minn kull qoute u li ngħatat? Tista' tgħid ukoll jekk kienx hemm quotes li tħallsu bis-siegħa u f'tali każ tgħid liema kienu u tinkludi wkoll kemm-il siegħa ta' xogħol kien hemm involuti? Tista’ tgħid ukoll min kienet il-persuna u x'kariga jokkupa li ċċertifika x-xogħol, u kemm hemm kontijiet pendenti fuq quotes?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 13 PQ #3176 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Nefqa fuq PR u media events

Question

Tista' l-Ministru tgħid matul is-snin 2015, 2016 u 2017 xahar b’xahar, kemm ġew organizzati PR u media events mill-Ministeru għal Għawdex? Kemm kienet l-ispiża ta’ kull attività? Kemm kienet in-nefqa fuq backdrops, dawl, sound u faċilitajiet oħra awdjoviżivi? Kemm kienet in-nefqa fuq disinn u stampar ta' materjal? Kemm kienet in-nefqa totali ta’ dawn l-attivitajiet? Min kienu l-kuntratturi li ħadmu fuq dawn l-attivitajiet? Dawn intgħażlu wara sejħa pubblika, quote jew direct order?

Response (CARUANA, JUSTYNE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra

Għassa taż-Żejtun – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa taż-Żejtun tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita taż-Żejtun u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija fis-sena 2017, jammonta għal tlett mija u wieħed u sittin ( 361). Minn dawn mija u ħamsa u għoxrin (125) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Marsaxlokk – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Marsaxlokk tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalità ta’ Marsaxlokk u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija fis-sena 2017 jammonta għal mitejn u disgħa u ħamsin (259) . Minn dawn mija u disgħin (190) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Santa Luċija – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Santa Luċija tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Santa Luċija u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizzata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal ħamsa u sittin (65). Minn dawn tmienja u għoxrin (28) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa ta’ Wied il-Għajn – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa ta’ Wied il-Għajn tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita ta’ Wied il-Għajn u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017, jammonta għal tlett mija u tlieta u għoxrin (323). Minn dawn mija u dsatax (119) kienu każijiet ta’ serq.

Għassa tal-Birgu – rapporti ta’ delitti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew rappurtati delitti fl-Għassa tal-Birgu tul is-sena 2017 u kemm minnhom kienu dawk ta’ serq?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ delitti (crime reports) li seħħew fil-lokalita tal-Birgu u li ġew reġistrati fis-sistema kompjuterizata tal-Pulizija tul is-sena 2017 jammonta għal ħamsa u disgħin (95). Minn dawn tnejn u tletin (32) kienu każijiet ta’ serq.

Ċentru tal-Arbitraġġi – arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm kienu volontarji, kemm mandatorji u kemm internazzjonali?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li 314 każ ġew ipprenżentati fiċ-Ċentru tal-Arbitraġġ matul is-sena 2017, li minnhom 277 kienu każijiet mandatorji; 28 każ ta’ arbitraġġ volontarju u 9 każijiet internazzjonali.

Enemalta – Ittra miċ-Chairman lill-Electrogas dwar nuqqasijiet fil-power station

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li f’Awwissu 2017, iċ-Chairman tal-Enemalta kiteb lill-Electrogas dwar nuqqasijiet u evidence of unreliability and faults fil-power station il-ġdida ta’ Delimara? Jekk fl-affermattiv, jista’ jpoġġi kopja ta’ din l-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid ukoll kienx hemm risposta mill-Electrogas għal din l-ittra u jekk fl-affermattiv, ipoġġi kopja tar-rispsota tal-ittra fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, JOE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-rapport ta’ ġurnalista, li deher fil-ħarġa ta’ The Sunday Times of Malta ta’ nhar il-Ħadd 10 ta’ Diċembru 2017, li għal konvenjenza ta’ l-istess Onor. Interpellant kopja tiegħu qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra, u li fih, iċ-Chairman tal-Enemalta plc spjega bl-aktar mod ċar li d-diffikultajiet imsemmija fil-komunikazzjoni indikata kienu temporanji u xejn differenti minn diffikultajiet oħra li normalment ikun hemm f’dan it-tip ta’ operat, bħal ma jiġri f’kull impjant jew sors ta’ enerġija ieħor li tuża Enemalta plc. Fl-istess waqt, nirreferi lill-Onor. Interpellant wkoll għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 2738 ta’ din il-leġiżlatura li fiha ġiet ikkonfermata iswed fuq l-abjad il-kapaċita’ u l-affidabilita’ tal-impjant Delimara 4 tal-Electrogas Malta Ltd. Fil-fatt, bejn April 2017 u Novembru 2017, l-elettriku ġġenerat minn din il-power station ġdida kien ilaħħaq ħamsin fil-mija (50%) tat-total tal-enerġija ġenerata mill-impjanti kollha li hemm fid-Delimara Power Station u mill-Malta -Italy Interconnector bejn Malta u l-Italja f’daqqa. Il-Kumpanija Enemalta plc tieħu kull diffikulta’ teknika jew operazzjonali li tiltaqa’ magħha bl-akbar serjeta’ sabiex tissalvagwardja l-interessi tal-klijenti u tax- shareholders tagħha. Kull meta jkun hemm diffikultajiet tekniċi jew operazzjonali fl-operat tagħha jew tal-kuntratturi tagħha, l-Enemalta tara li jittieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex id-diffikulta’ tingħeleb mill-aktar fis, anke jekk dawn id-diffikultajiet ma jkunux qed jaffettwaw ħażin is-servizzi lill-klijenti, bħal ma kien il-każ fis-sitwazzjoni msemmija. L-impenn tal-Enemalta li tqis sitwazzjonijiet bħal dawn bir-reqqa u b’attenzjoni, minflok titfagħhom taħt it-tapit, kienet waħda mill-bidliet kbar li seħħew fit-trasformazzjoni tal- Corporate Governance tal-Enemalta f’dawn l-aħħar erba’ snin, u li wasslu biex illum il-Kumpanija qed taqdi lill-klijenti tagħha aħjar u aktar malajr, qed tipprovdi servizzi tal-elettriku b’inqas qtugħ fil-provvista u reġgħet lura għal qagħda finanzjarja sostenibbli, minkejja li raħħset it-tariffi tal-elettriku f’Malta b’25 fil-mija, għal waħda mill-irħas rati fl-Ewropa. Dan l-impenn ser ikompli fis-snin li ġejjin.

Vitals Global Healthcare – ksur ta’ kundizzjonijiet tal-ftehim oriġinali mal-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma waqqafx il-ftehim mal-Vitals Global Healthcare (VGH) ladarba dawn kisru jew ma onorawx numru ta’ kundizzjonijiet tal-ftehim oriġinali tagħhom mal-Gvern?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern irriserva d-drittijiet tiegħu skont it-termini tal-kuntratti relattivi.

Vitals Global Healthcare – Ultimate Beneficial Owners

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid min huma s-sid jew sidien jew l-Ultimate Beneficial Owners (UBO) tas-soċjetà privata Amerikana li akkwistat il-Vitals Global Healthcare (VGH)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li s-sidien ta’ Steward Healthcare huma Cerberus Capital Management, Medical Properties Trust (trust kbir internazzjonali li jispeċjalizza fi proprjetajiet mediċi) u qafas maniġerjali ieħor magħmul mit-tobba fundaturi ta’ Steward li għandhom f’idejhom it-tmexxija tal-kumpanija u saħansitra huma shareholders.

Vitals Global Healthcare – trasferiment lil kumpanija Amerikana

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid meta hu ġie infurmat bit-trasferiment tal-Vitals Global Healthcare (VGH) lis-soċjetà privata Amerikana u x’involviment kellu hu fit-taħdidiet sakemm intlaħaq qbil fuq it-trasferiment?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Gvern kien infurmat bl-intenzjoni li l-Vitals Global Healthcare u Stewart Healthcare jibdew taħdidiet bejniethom f’Settembru tal-2017.

Vitals Global Healthcare – ħlas minn flus pubbliċi

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus pubbliċi lil Vitals Global Healthcare (VGH) b’kollox, mill-mument li ħadu t-tliet sptarijiet pubbliċi sad-data ta’ din il-mistoqsija parlamentari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 3266.