Legislature:
Category:
Reset
Active:

Mosta – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mill-Mosta rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 389 persuna, fl-2016 kien hemm 343 persuna u fl-2017 kien hemm 293 persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.

Mellieħa – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mill-Mellieħa rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 149 persuna, fl-2016 kien hemm 138 persuna u fl-2017 kien hemm 115-il persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.

Belt Valletta – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mill-Belt irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 607 persuni, fl-2016 kien hemm 595 persuna u fl-2017 kien hemm 519-il persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.

Bormla – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Bormla rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 648 persuna, fl-2016 kien hemm 631 persuna u fl-2017 kien hemm 586 persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Leg 13 PQ #2768 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – laqgħa ma’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kapijiet ta’ dipartimenti, uffiċjali u ħaddiema tal-Ministeru għall-Finanzi u tal-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, iltaqgħu mal-persuna li d-dettalji dwarha qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ l-Ministru jgħid x’kien l-iskop tal-laqgħat, fejn saru l-laqgħat u x’kien l-eżitu ta’ kull waħda minn dawn il-laqgħat?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2769 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Rapporti u/jew ilmenti dwar persuna u kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk irċeviex jew jafx b’rapporti u/jew ilmenti dwar il-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn ir-rapport u/jew ilmenti u x’azzjoni ttieħdet dwarhom?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu ma rċevew ebda rapporti u/jew ilmenti dwar il-persuna u l-kumpaniji msemmija fil-mistoqsija.
Leg 13 PQ #2770 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jew entitajiet li jaqgħu tahtu ma tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament. Ġejt infurmat li kienet biss Gaming Malta, Fondazzjoni indipendenti u mhux entità, li tat sponsorship ta' €15,000 relatat mal-Follow the Entrepreneur Investor Summit, li sar f'Lulju tas-sena li għaddiet.
Leg 13 PQ #2771 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji

Question

Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma hemm ebda talba pendenti.
Leg 13 PQ #2772 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #2773 Sitting 72 2018-01-23 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Finanzi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu m’għandhom ebda talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew kumpaniji msemmija fil-mistoqsija.

Kummissarju dwar l-Ambjent u l-Ippjanar – konklużjonijiet tal-investigazzjoni

Question

B'referenza għall-permess maħruġ mill-Awtorità tal-Ippjanar (DS/212/17), jista' l-Ministru jispjega x'passi ħadet l-Awtorità wara li rċeviet il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni tal-Kummissarju dwar l-Ambjent u l-Ippjanar rigward il-ħruġ ta' dan il-permess?

Response (BORG, IAN)

Ninfurmaw lill-Onor Interpellant li l-Ombudsman għadu ma wasal fl-ebda konkluzjoni u għadu qed jinvestiga l-każ.

Bini tas-Sea Malta — twaqqigħ

Question

B'referenza għall-istqarrija tal-Awtorità tal-Ippjanar tas-6 ta' Diċembru, fejn qalet li fil-każ tat-twaqqigħ tal-bini tas-Sea Malta hi kellha rapport magħmul minn konsulenti indipendenti, jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' tali rapport, kif ukoll jikkwota fejn f'dan ir-rapport ġie rrakkomandat li ma kienx hemm alternattiva ħlief li l-bini jitwaqqa’?

Response (BORG, IAN)

Il-konklużjonijiet tar-rapport magħmul minn konsulent indipendenti (rapport qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra) jispjega fil-qosor l-istat tal-bini meta sar ir-rapport, u dak li jista’ jsir dwar dan. Dan wara spjegazzjoni fil-kapitlu nru. 6 li fosthom jinkludu l-problemi tal-mewġ u tal-kundizzjoni tal-art li fuqu huwa mibni l-bini. Din il-konklużjoni jasal għaliha billi jispjega li: "Retrofitting of the existing building fabric, is considered to be ... impractical, given that the main causes of damages/defects are related to fundamental structural aspects such as inadequate building foundations and under-sized structural elements which are not deemed to satisfy current design Eurocodes." Il-problemi ewlenija li qed jikkawża l-periklu huma: "sea water scouring effect, unsafe structural building load capacity and inadequate building detailing". Gie meqjus li t-tiġrif aċċidentali ta’ dan il-bini seta’ jikkawża problemi fl-operat tal-port. Peress li l-bini jidher li huwa magħmul minn żewġ strutturi ta’ natura differenti, kien possibbli li l-parti viċin it-triq u l-aktar ’l bogħod mill-baħar tiġi kkonservata.

San Ġiljan – Villa St. Ignatius — xogħlijiet

Question

B'referenza għall-binja “Villa St Ignatius” f'San Ġiljan, jista' l-Ministru jikkonferma x'kienu dawk ix-xogħlijiet li l-Qorti ordnat li jsiru, liema xogħlijiet kienu koperti mill-permess li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar (DS/125/17), u x'passi ħadet l-Awtorità tal-Ippjanar wara li ġie rrapurtat lilha li x-xogħlijiet li kienu qegħdin isiru fis-sit ma kenux konformi mal-permess DS/125/17?

Response (BORG, IAN)

Ix-xogħolijiet li l-Qorti ordnat li jsiru huma dawk li jinsabu fid-deċiżjoni tar-Rikors Ġuramentat Nru. 986/2012 AF, maħruġa fit-22 ta’ Ġunju, 2017. Fit-tweġiba għat-talba DS/125/17 li nħarġet fis-17 ta’ Lulju 2107, l-Awtorita’ tal-Ippjanar illimitat ruħha li ma’ dak li ddeċidiet il-Qorti, żżid: “In the circumstances, the Planning Authority hereby grants consent for works to be carried out to enable the execution of the sentence decreed by the Court up to, but no further than, the Court’s decision quoted above, and subject to the following conditions: a) This consent is valid for the period decreed by the Court and it will cease to be valid if the remedial works are not completed by the end of this validity period. b) This consent relates only to the Works indicated in the Court Decision as interpreted and directed by the nominated Court Expert Perit Alan Saliba, who shall be the sole person to dictate the extent of the works needed to be carried out in accordance with the Court Decision. All works shall be directed by the Court Expert, who shall submit a report for record purposes (accompanied by drawings) to the Planning Authority on completion of the work. ” c) – k) other standard conditions." Minkejja li t-talba DS/125/17 kienet tinkludi pjanti ta’ proposti ta’ xogħlijiet, ebda pjanta ma ġiet approvata, għajr is-Site Plan (1A) , biex b’ebda mod ma jikkonfondi jew imur kontra l-inkarigu tal-Perit appuntat jew joskura dak stipulat fis-sentenza msemmija.

Awtorità tal-Ippjanar – notifika ta’ skedar

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-Awtorità tal-Ippjanar ħarġitx notifika ta' skedar ta' "Villa St Ignatius" wara li tali skedar ġie rrakomandat mis-Sovritendenza għall-Wirt Storiku?

Response (BORG, IAN)

Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali għadha ma talbitx lill-Awtorità tal-Ippjanar sabiex tiskeda "St Ignatius Villa" fi Triq Scicluna, San Ġiljan. Is-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali ħarġet notifika ta’ sospensjoni tax-xogħol skont kif mitlub mill-Att dwar il-Patrimonju Kulturali, 2002 (kif emendat). Dan sabiex is-Sovrintendenza u l-Awtorita’ tal-Ippjanar ikollhom żmien biżżejjed biex janaliżżaw id-diversi rapporti mħejjija minn konsulenti tas-sidien u oħrajn ippresentati minn organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet pendenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal bini mill-ġdid/twaqqigħ ta' ħitan eżistenti u bini mill-ġdid ta' ħitan tas-sejjieħ, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? X' tip ta' applikazzjonijiet saru (DNO, Summary, Full Application, etc.)? F'liema lokalità jinsabu? F' kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3011 kif ukoll għall-mistoqsija parlamentari numru 2848, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat mitejn tnejn u disgħin applikazzjoni (292) tal-Ippjanar (Planning Applications) u disa’ u erbgħin (49) applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini ta’ ħitan tas-sejjieħ. Anness hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 34 2014 32 2015 65 2016 79 2017 82 DNOs 2013 14 2014 10 2015 10 2016 10 2017 5 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · Rubble + wall · Ħajt + sejjieħ · Ħitan + sejjieħ Ta min jinnota li l-proposta tista tinkludi element ta’ irrangar jew alterazzjonijiet ta’ ħitan ukoll u li re-erection / re-building ġew inklużi ma’ din il-lista.

Iż-Żurrieq — Vjal ix-Xarolla u Ħal Safi; Triq il-Kuċċard – tlestija ta’ xogħlijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta se jitlesta x-xogħol fuq Vjal ix-Xarolla fiż-Żurrieq u Triq il-Kuċċard f'Ħal Safi? Jista’ jgħid x'xogħlijiet saru s'issa?

Response (BORG, IAN)

Ninforma l-Onor. Interpellant jirreferi għat-twegiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2851 f’Seduta 67.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ — Uffiċjali diplomatiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm fil-preżent hemm uffiċjali diplomatiċi li għandhom il-grad ta’ Ambaxxatur u jaħdmu fil-Ministeru, f’Ambaxxati barra minn Malta u/jew bħalissa jinsabu fuq xi forma ta’ leave? F’liema data nħatru?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fil-Ministeru hawn ħames uffiċjali li għandhom grad sostantiv ta’ Ambaxxatur. Id-dettalji tagħhom jidru fuq it-tabella t’hawn isfel. Dipartiment fejn jinsabu Data tal-Ħatra Rimarki Ambaxxata Tel Aviv 31/01/2008 Ħatra fuq bazi personali Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 31/01/2012 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 11/01/2017 Unpaid Study Leave 11/01/2017 Study Leave approvat sat-30/06/2018 Uffiċċju tas-Segretarju Permanenti 04/12/2017 Ħatra fuq bazi personali

Konsli Onorarji – email addresses

Question

Peress li persuni li avviċinawni qaluli li l-inbox ta’ email addresses uffiċjali ta’ ċertu Konsli Onorarji li huma provduti mill-Gvern, ilhom mimlija għal perjodi twal ħafna b'konsegwenza li ċ-ċittadini tagħna meta l-iktar li jkollhom bżonn l-għajnuna mill-konsli ma jsibuhomx għax jiġu informati li l-inbox hi mimlija, jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel sabiex din il-problema tiġi rimedjata?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Konsli Onorarji joffru s-servizzi tagħhom fuq bażi volontarja u mingħajr ebda renumerazzjoni. Madankollu huma minstennija li jkunu ta’ għajnuna liċ-ċittatini Maltin f’każ ta’ bżonn. Dwar komunikazzjoni permezz ta’ email il-konsli onorarji jiġu pprovduti indirizz elettroniku uffiċċjali u ta’ spiss jiġu mfakkra sabiex jagħmlu użu minn dan l-indirizz elettroniku uffiċċjali għall-każijiet konsolari. Meta l-Ministeru ikun qed jagħmel dan l-ezerċizzju u jirċievi notifikazzjoni li l-mailbox ta’ xi Konslu Onorarju partikulari tkun mimlija, dan jiġi kkuntattjat permezz tat-telefon sabiex ibattal il-mailbox u jekk ikun il-każ tintbgħatlu password ġdida. Ta’ min ifakkar li fis-sit uffiċċjali tal-Ministeru hemm ukoll id-dettalji tat-telefon u /jew numru tal-mobajl ta’ kull Konslu Onorarju fejn jistgħu jiġu kkuntattjati f’każ ta’ bżonn.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – inizjattivi tad-diplomazija kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inizjattivi tad-diplomazija kulturali ħa l-Ministeru tiegħu minn Ġunju 2016 sal-lum, meta, fejn saru, u kemm ġew jiswew?

Response (ABELA, CARMELO)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant illi Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ għaraf ikompli bil-ħidma tiegħu fl-oqsma tal-kultura billi għen fit-tixrid tal-arti u l-wirt kulturali Malti barra minn xtutna. Dan sar ħafna drabi fuq inizjattiva tal-Ambaxxati u l-Konsolati Ġenerali ta’ Malta b’koordinament mad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Globali, l-iŻvilupp Internazzjonali u Affarijiet Ekonomiċi. L- iniżjattivi segwenti ttieħdu mill- Ministeru bejn Ġunju 2016 sa Diċembru 2017: 1. Il-Fond Għad- Diplomażija Kulturali Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Żvillup, f’Ġunju 2016, approva disa’ proġetti kulturali sabiex isiru f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika. Dawn il-proġetti huma: - Ashdod Festival – NAFRA Ensemble - Tel Aviv, Israel: Ġunju 2016 - Kunċert mill-Kompożitur Wayne Grima - London, UK: Settembru 2016 - Euro Kids Festival – Moveo Washington, USA: Novembru 2016 - Wirja – Exile – Norbert Attard Strasbourg: Ottubru 2016 - Letteratura – L-Ezodu taċ-Cikoni (Walid Nabhan) - Dublin, Ireland: Mejju 2016 - Kunċert mill-Pianista Gaby Sultana Rome, Italy: Lulju 2016 - Kunċert minn Nadine Galea u Cecilia Sultana de Maria - The Hague, Holland: Diċembru 2016 - Diskors mill-awtur Immanuel Mifsud - Ramallah, Palestine: April 2016 - Kunċert minn Trio Noir - Berlin, Ġermanja: Mejju 2016 L-ammont li ntefaq fuq dawn il-proġetti kien ta’ madwar € 43,597.00 Fl-2017, il-Ministeru approva disa’ proġetti kulturali oħra sabiex isiru f’pajjiżi fejn Malta għandha rappreżentanza diplomatika. Dawn il-proġetti huma: - Festa Mużikali Ewropeja – Nico Darmanin u Gaby Sultana Washington (USA): Diċembru 2017 - Kunċert Etnika - Washington (USA): Novembru 2017 - Kunċert Etnika Berlin, Germanja: Novembru 2017 - Kunċert mill-Kompożitur Christopher Muscat - Berlin, Ġermanja: Diċembru 2017 - Kunċert mill-pjanista Gaby Sultana - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017 - Letteratura – Kitba taż-żewġ awturi, Claudia Gauċi u Walid Nabhan - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017 - Wirja ta’ Filmati – Minn Produtturi Maltin, Kenneth Scicluna u Martin Bonnici - Berlin, Ġermanja: Novembru 2017 - Wirja Fotografika minn Daniel Cilia - Ruma, Italja: 15 Novembru 2017 - Kunċert minn Kafena - Toronto, Canada: 17 – 19 Settembru 2017 L-ammont li ntefaq fuq dawn il-proġetti kien ta’ madwar €60,000.00 2. Żjajar Kulturali Għat-tieni sena konsekutiva, fl-2016, it-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali organiżżat żewġ żjarat kulturali għal diplomatiċi residenti f’Malta. L-ewwel żjara saret f’Mejju fir-raħal ta’ Ħad-Dingli. Kienet it-tieni żjara kulturali dik illi saret f’Settembru 2016 fil-Birgu. Iz-żjarat saru permezz tal-appoġġ u l-għajnuna tal-Awtorità Maltija għat-Turżmu, il-Kunsilli Lokali rispettivi tal-lokalitaijiet kif ukoll mid-Dipartiment għall-Kunsilli Lokali. L-ewwel żjara għas-sena 2017, saret f’Mejju fir-raħal ta’ Ħal-Lija u fiha attendew madwar għoxrin diplomatiku. It-tieni żjara kulturali saret f’Settembru 2017 fl-Imqabba u għalija attendew madwar għaxar diplomatici. It-tema magħżula għal dawn iż-żjarat kienet ‘ Urban Communities and Societies in the Maltese Islands Today’. Għal darb’oħra, dawn iżjajart kienu possibbli bl-għajnuna mill-Awtorita Maltija Għat-Turiżmu li ffinanżjaw is-servizzi ta’ gwida u trasport. 3. Iniżjativi Oħra F’Diċembru 2016, It-Taqsima għad- Diplomazija Kulturali kienet strumentali fil-proċess tal-iffirmar tal- MOU bejn il-MEDAC u l-Istitut tad-Diplomazija Rumen. Forum Mediterranju tal-Fondazzjoni Anna Lindh - F’Ottubru 2016 saret laqgħa internazzjonali f’Malta, organizzata mill-Fondażżjoni Anna Lindh. Din il-laqgħa ġiet organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin flimkien mal-Ministeru tal-Kultura, Ġustiżżja u Gvern lokali. F’Novembru 2016, fuq iniżjativa ta’ l-Ambaxxatur għal Malta f’Berlin ġew Malta ħdax il-ġurnalist Ġermaniż sabiex jirraportaw dwar il-preparamenti f’pajjizna għall-Presidenża ta’l-Unjoni Ewropeja. It-Taqsima għall-Kultura Diplomatika ħadmet fuq din l-iniżjativa flimkien mall- Awtorita Maltija Għat-Turiżmu. l-Ambaxxata Maltija f’Ruma flimkien mat-Taqsima tad-Diplomazija Kulturali għen ħafna sabiex lill-Ministeru għall-Kultura, Ġustiżżja u Kunsilli Lokali f’Malta jkun jista’ jtella’ presepju artistiku fi Pjazza San Pietru, f’Ruma kif ukoll kunċert fil-Basilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura f’Dicembru 2016. F’Diċembru 2016 uffiċjal mit-Taqsima għad-Diplomazija Kulturali attenda għal-laqgħa informali tal-ufficjali anżjani mill-Ministeri tal-Kultura u l-Ministeru għall-Affarijiet Barranin. Din il-laqgħa saret f’Lussemburgu, bħala parti mill-programm tal-Preżidenża tal-Unjoni Ewropea. It-temi li ġew diskussi fil-laqgħa kienu jikkoncernaw il-kultura fir-relażżjonijiet esterni tal-Unjoni Ewropea u l-kwistjoni ta’ bidla fil-ħsieb dwar din il-kultura kif ukoll id-djalogu interkulturali u l-kultura fil-kuntest tal-emigrażżjoni u l-kriżi tar-refuġjati. Fid-9 u l-10 Marzu 2017, waqt il-Presidenża, f’Malta saret il-Laqgħa Informali ta` Uffiċjali fil-Ministeri tal-Kultura u l-Uffiċjali għall-Kultura fil-Ministeri tal-Affarijiet Barranin. Din il-laqgħa kienet ko-organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Barrinin flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali. Ġiet diskussa l-importanza tal-kultura bl-għan li jingħata nifs ġdid lill-mekkaniżmi kulturali tal-Unjoni u ġġenerata l-integrazzjoni soċjo-ekonomika. Diversi inizjativi proposti minn Malta ġew milqugħa mill-pajjiżi membri. Fuq talba tal-organizzaturi tal-Orkestra tan-Nazzjonijiet Uniti f’Ġinevra, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin iddendifika l-vjolinista Maltija, Nadine Galea sabiex idoqq mal-istess orkestra f’kunċert li ttella’ f’Jum l-Ewropa f’Ġinevra stess. Din l-iniżjativa saret f’Mejju 2017 u ġiet ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali. Bejn is-6 u l-15 ta’ Ottubru 2017, sar il- ħames edizzjoni tal- Piano Duo Festival f’Amsterdam fl- Olanda fejn Malta kienet rrapreżentata mill-pjanista Gabi Sultana. Din l-iniżjativa ġiet ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali Dr. Immauel Mifsud ħa sehem fl-International Festival of Authors li sar bejn id-19 u d-29 ta’ Ottubru 2017. Din l-iniżjativa ġiet ukoll ffinanzjata mill-Fond tad-Diplomażija Kulturali.

Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – kuntatt mal- International Centre for Migration Policy Development

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kuntatti kellu l-Ministeru mal-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) mit-twaqqif tiegħu f'Malta?

Response (ABELA, CARMELO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mit-twaqqif tal-Uffiċju Reġjonali għall-Mediterran tal-International Centre for Migration Policy Development (ICMPD) f’Malta f’Mejju 2016, il-Ministeru żamm kuntatt frekwenti ma’ din l-organizzazzjoni internazzjonali. Id-Direttur Ġenerali tal-ICMPD Michael Spindelegger zar Malta fl-10 u 11 t’Otturbru 2016 fejn iltaqa mal-Ministru George W Vella u fost l-oħrajn ġie diskuss kif il-ko-operazzjoni bejn Malta u l-ICMPD tista’ tissaħħaħ. Il-Ministru Vella kien ukoll mistieden minn ICMPD sabiex jipparteċipa fil-panel tal-Konferenza Annwali dwar il-Migrazzjoni fi Vienna fil-10-11 ta’ Novembru 2016, li ddiskuta il-politika dwar il-migrazzjoni u l-ażil fl-Ewropa. Il-Ministeru żamm kuntatt frekwenti mal-ICMPD fil-preparazzjonijiet għall-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (UE), biex l-organizzazzjoni tiparteċipa fil-laqgħat tal-Grupp ta' Ħidma ta’ Livell Għoli dwar l-Azil u l-Migrazzjoni li kien presedut mill-Presidenza Maltija tal-Kunsill ta’ l-Ewropa, u tinforma l-Istati Membri fuq il-proġett i-Map li se immexxi mill-Uffiċju tal-ICMPD f’Malta. Flimkien mal-Ministeru għall-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, dan il-Ministeru jilqa grupp ta’ trainees minn ICMPD li jaħdmu fuq l-i-Map sabiex l-uffiċjali miż-żewġ ministeri jinfurmawhom dwar programmi u azzjoni li qed jieħu l-Gvern Malti fuq l-immigrazzjoni, kif ukoll dwar l-aġenda tal-Unjoni Ewropea. Dan il-Ministeru ħadem mill-viċin ma’ l-ICMPD fost oħrajn sabiex ġiet varata l-inizjattiva tal-Migration Media Award f’Jannar 2017. 35-il ġurnalist minn 16-il pajjiż differenti, ġew premjati fuq bażi ta’ artikli u rapporti li trattaw it-tema kumplessa tal-migrazzjoni b’mod fatwali u imparzjali. Din l-inizjattiva imnehda matul il-Presidenza kienet l-ewwel sessjoni ta’ dan il-Premju, li mistenni jingħata fuq bazi anwali. Il-Ministru ikkollabora ma’ ICMPD sabiex delegazzjoni min-Niġerja izzur Malta fil-25-29 ta’ Settembru taħt l-inizjattiva konġunta bejn l-UE u l-ICMPD, “MIgration EU eXpertise” (MIEUX). Uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u dak ta’ l-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, iddeskutew kif Malta u n-Niġerja jistaw isaħħu l-ko-operazzjoni bejniethom fuq il-migrazzjoni. Dan il-Ministeru jemmen li huwa fl-interess ta’ Malta li l-pajjiż isir membru ta’ din l-organizzazzjoni internazzjonali prestiġjuża, li matul is-snin kiżbet reputazzjoni ferm tajba fil-komunita’ internazzjonali fid-diskussjoni fuq il-migrazzjoni, u ħadet rwol attiv fl-implementazzjoni ta’ proġetti tal-Unjoni Ewropea. Il-proċess sabiex Malta issir membru ta’ din l-organizzazzjoni diġa ġie mniedi u fil-ġimgħat li ġejjin ser nippreżenta għad-diskussjoni r-raġunijiet għalfejn Malta għanda tissieħeb f’din l-organizzazjoni. Il-Ministeru attenda ukoll bħala osservatur fit-tmienja u sittin laqgħa tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-ICMPD fir-Republika Ċeka fit-23-24 ta’ Mejju 2017, kif ukoll id-disa’ u sittin laqgħa ta’ l-istess kumitat li seħħet fi Vjenna fid-19 ta’ Diċembru 2017.