Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 13 PQ #22330 Sitting 497 2021-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Spiża fuq konsulenzi u pariri legali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ammont minfuq fuq konsulenza u pariri mogħtija minn konsulenti jew avukati għar-rigward xogħol u pariri legali mis-sena 2019 sal-lum, maqsuma sena b'sena? Lil min tħallsu dawn l-ammonti sena b'sena?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22331 Sitting 497 2021-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għal Għawdex

Ministeru għal Għawdex – Vot Kapitali – Services Gozo Directorate — nefqa

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21112 u jgħid kemm intefqu flus sena b'sena li kienu vvutati għas-'Services Gozo Directorate' taħt il-Vot Kapitali għas-sena 2018, 2019 u 2020 tal-Ministeru għal Għawdex? Jista' jelenka l-inizjattivi u l-ammont ta’ finanzi li ntefqu fuq kull proġett u inizjattiva?

Response (CAMILLERI, CLINT)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 13 PQ #22332 Sitting 497 2021-10-18 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol

Negotiated Procedures

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu tenders permezz ta' ‘Negotiated Procedures’ ġodda mil-1 ta' Jannar 2021 sal-lum, u x'tip ta’‘Negotiated Procedures’ kienu? F’kull każ, min ħa d-deċiżjoni u x' kienu r-raġuni li ħarġu b’dan il-mod? Kemm kien il-valur ta' kull tender? Jista' jgħid taħt liema Ministeru, entità, aġenzija, awtorità ħarġu dawn it-tenders u fiex kienu jikkonsistu dawn it-tenders?

Response (CARUANA, CLYDE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sistema proposta ta’ metropolitana — konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istudji li saru mill-konsulenti li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament fir-rigward tas-sistema proposta ta' metropolitana?

Response (BORG, IAN)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 22399 tas-Seduta 494.

Tuneżija – ritorn tad-demokrazija

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu Malta sabiex tinkoraġġixxi r-ritorn tad-demokrazija fil-ġar tagħna, it-Tuneżija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta, flimkien mal-Unjoni Ewropeja, qed tkompli tisħaq fuq il-bżonn li t-Tuneżija tippreserva d-demokrazija filwaqt li jkun iżgurat l-istat tad-dritt fil-pajjiż, speċjalment wara l-adozzjoni tad-Digriet Presidenzjali tat-22 ta’ Settembru 2021. Filwaqt li nkomplu nsegwu s-sitwazzjoni mill-qrib fit-Tuneżija huwa importanti li naddottaw approċċ prudenti fl-impenji ma’ dan il-pajjiż ġar tagħna filwaqt li nemfassizaw il-ħtieġa ta’ adozzjoni ta' pjan direzzjonali li jippermetti r-restawr tal-istabbiltà istituzzjonali u r-ritorn għad-demokrazija parlamentari fit-Tuneżija.

Operazzjoni Eurnavfor Med Irini – pożizzjoni ta’ Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-pożizzjoni ta' Malta fir-rigward tal-Operazzjoni Eurnavfor Med Irini? Għala Malta mhix tieħu sehem f'din l-operazzjoni?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġiet mwieġba Mistoqsija Parlamentari *20524 (16/04/2021), filwaqt li Malta temmen bis-sħiħ li l-embargo tal-Ġnus Magħquda kontra t-traffikar tal-armi lejn il-Libja għandu jigi nfurżat sabiex ikun hemm il-paċi u s-sigurtà f'dan il-pajjiż, Malta esprimiet riżervi dwar l-Operazzjoni Irini minħabba: (i) il-kriżi tal-immigrazzjoni, primarjament minħabba n-nuqqas ta’ solidarjetà rigward ir-rilokazzjoni ta’ immigranti irregolari; (ii) kif ukoll minħabba dubji serji dwar l-effettività u l-imparzjalità ta’ din l-Operazzjoni, u l-fatt li l-infurzar ma jindirizzax it-traffikar tal-armi li jasal il-Libja meta jgħaddi minn bejn il-fruntieri kif ukoll permezz tar-rotot tal-ajru.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – ilmenti u suġġerimenti mill-priġunieri

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm ilmenti u suġġerimenti bil-miktub jew verbalment mill-priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’din il-Leġiżlatura? Fuq xiex kienu jikkonsistu dawn l-ilmenti/suġġerimenti?

Response (CAMILLERI, BYRON)

Nitlob l-Onorevoli Interpellant jispeċifika hux qed jirreferi għal Bord ta' Moniteraġġ.

Djar tal-Anzjani: Involviment tar-Residenti

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22366, jista’ l-Ministru jindika liema huma dawk id-Djar Residenti tal-Privat li m’għandhomx Kunsill magħmul mir-residenti stess, fejn huma jkunu jistgħu jagħtu l-kontribut u s-suġġerimenti tagħhom fir-rigward tat-tmexxija tad-Dar fejn huma qed jgħixu?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingbabar

Spezzjonijiet fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani

Question

B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 22367, jista’ l-Ministru jindika jekk sarux spezzjonijiet mill-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali f’dawn id-Djar Residenzjali: a. Residenza San Ġużepp; u b. St. Thomas Community Living? X’rakkomandazzjonijiet saru f’kull waħda minn dawn id-Djar u meta saru dawn l-ispezzjonijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Djar Residenzjali tal-Anzjani — Spezzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jindika fid-dettall fiex jikkonsistu l-ispezzjonijiet li jsiru fid-Djar Residenzjali tal-Anzjani?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ghadha qed tingabar

Pazjenti b’morbid obesity – stennija għal kura kirurġika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jikkonferma li pazjenti b' "morbid obesity" li jiġu riferuti Mater Dei, qegħdin jistennew snin twal biex jingħataw kura kirurġika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi sal-aħħar ta’ Settembru kien hemm 105 persuni b’morbid obesity jistennew biex isirilhom intervent.

Lista ta’ stennija għal kura kirurġika

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hi twila l-lista ta' stennija għal kura kirurġika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi pazjenti li qed jistennew għal-operazzjoni fl-iSpeċjalità tal-Kirurġija Ġenerali, iktar minn dak stipulat fil-Patient Charter huma 2210.

Gender Wellbeing Clinic

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm individwi resqu ‘l quddiem biex jagħmlu assessment inizjali għand il-Gender Wellbeing Clinic (Imtarfa)? Jista’ n-numri jingħataw sena b'sena minn meta bdiet topera din il-klinika?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta’ persuni li ġew irreferuti sena b’sena għal Gender Wellbeing Clinic biex jagħmlu assessment inizjali bejn Novembru tal-2018 minn meta nfetħet il-klinika sa Settembru ta’ din is-sena huma: Sena Numru ta’ persuni 2018 (Minn Novembru 2018) 26 2019 100 2020 64 2021 68 Total 258

Assistenza

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid matul is-snin kemm kien hemm referuti rigward: a) Assistenza psikoloġika; b) Assistenza rigward bżonnijiet fil-familji (family support); c) Hormone prescription u follow ups; d) Terapija tal-vuċi; e) Għajnuna psikjatrika; f) Gynaecological support; g) Interventi kirurġiki; u h) Prevention of gametes (skont l-età u l-ġeneru)? X'inhuma t-timeframes li jintużaw fil-proċess ta' "realignment"? Kemm kien hemm nies li waqfu sena b'sena, l-età u l-ġeneru? Kemm kien hemm min staqsa biex ireġġa’ lura l-intervent, sena b'sena, l-età u l-ġeneru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mill ftuħ tas-servizz tal-Gender Wellbeing Clinic, iġifieri minn Novembru 2018 kien hemm dawn ir-referti għal dawn is-servizzi speċifiċi: Referti : Numru ta’ persuni: Assistenza psikoloġika 68 Assistenza rigwardbżonnijiet fil-familji (family support); 36 Hormone prescription u follow ups ; 114 Terapija tal-vuċi 58 Għajnuna psikjatrika 126 Gynaecological support 18 Interventi kirurġiki 7 Preservation of gametes 43 M’hemmx timeframes fissi li jintużaw waqt il-proċess ta’ gender affirming treatment. Kull klijent huwa meqjus b’mod individwali b’care plan imfassal mit-tim multidixxiplinarju bl-għan li intejbu il-benesseri fiżiku u psikoloġiku tal-individwu. Mill-bidu tal-klinika kien hemm total ta’ 26 persuna li kienu discharged minn dan is-servizz għal raġunijiet varji, b’10 persuni li riedu jwaqqfu il-proċess ta’ transizzjoni tal-ġeneru.

Wasteserve — kontenituri tal-plastik

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm jinġabru kontenituri tal-plastik mill-Wasteserv kull sena u kemm inġabru fis-snin 2019, 2020 u 2021? Jista’ jgħid ta’ liema prodotti kienu dawn il-kontenituri, jekk humiex tal-flixken tal-ilma, tal-luminuta, taż-żejt tal-karozzi jew xi prodotti oħrajn? Jista’ jgħid kemm huwa l-piż miġbur fi plastik kull sena mill-Wasteserv magħmul minn dawn il-kontenituri?

Response (FARRUGIA, AARON)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-data li żżomm il-kumpanija Wasteserv tirrigwardja l-ammont ta’ kontenituri tal-plastik li jkun ġew ipproċessati u t-tip ta’ materjal li jkunu komposti minnu t-tali kontenituri. F’dan il-kuntest, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi titjib sinifikanti ħafna fit-tunellaġġ ta’ plastik li ntbagħat għar-riċiklaġġ. It-tabella tindika kif it-tunnellaġġ li ġie pproċessat fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena jiżboq it-total tas-sentejn preċedenti bi kważi sittin fil-mija.

Pazjenti morda bil-kanċer – sick leave – għajnuna mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 22411 li oriġinarjament saret lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk fil-każijiet ta’ pazjenti morda bil-kanċer, hijiex tingħata l-għajnuna li kienet imwiegħda fil-budget tal-2019 lill-pazjenti tal-kanċer f’każ li minħabba l-kura li jkunu qed jieħdu fit-tul, bħalma hi l-chemo, dawn il-pazjenti jispiċċalhom is-sick leave? Il-wegħda tal-2019 kienet tgħid li l-Gvern ser jagħmel tajjeb għas-sick leave hu, għal ħaddiema li jispiċċalhom is-sick leave.

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, il-miżura imsemmija minnu, imwiegħda fil-baġit tas-sena 2020 daħlet fis-seħħ minn Jannar 2020 u sallum ibbenefikaw minna 27 persuna fis-sena 2020 u 14 matul l-2021, sax-xahar li qed tkun imwieġba din l-interpellanza. Nirrimarka ukoll li, fl-istess baġit tal-2020, issemmiet ukoll miżura oħra simili, immirata għal persuni li jbatu bil-kundizzjoni tal-fibromyalgia. B’din l-miżura, sal-lum ibbenefikaw 11 il-persuna fis-sena 2020 u 7 persuni fis-sena matul l-2021 sad-data li qed tkun imwieġba din l-interpellanza.