Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3063 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm tpoġġew fondi s'issa fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi ġejjin mill-Individual Investor Programme (IIP)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li d-dħul tal-Fond sal-aħħar ta’ Deċembru, 2017, kien jammonta għal €363,245,398. Il-bilanċ kollu wara l-investiment li jkun sar huwa miżmum f’kont segregat li għandu l-NDSF mal-Bank Ċentrali ta’ Malta.
Individual Investor Programme – Użu ta’ flus mill-Fond imwaqqaf
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3064 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm flus intużaw s'issa mill-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab nfurmat li mil-fondi rċevuti sal-31 ta’ Diċembru 2017, ġew investiti b’kollox €27,818,284 u baqa bilanċ ta’ €335,427,094.
Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – Xiri ta’ ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3065 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk hux minnu li fondi assenjati fil-Fond li twaqqaf, sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP) intużaw biex jinxtraw ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? F'dak il-każ, jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw ishma, kemm kienet in-nefqa, meta nxtraw l-ishma, x'kienet ir-raġuni li nxtraw dawn l-ishma u jekk dan ix-xiri ta' ishma huwiex konformi mal-għanijiet tal-Fond u mal-funzjonijiet tal-Bord tiegħu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Kif tħabbar pubblikament fl-aħħar ġimghat, il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali (National Development and Social Fund - NDSF) akkwista l-“nil-paid rights” maħruġin lil UniCredit S.p.A bħala parti mir-“rights issue” ta’ €150,000,000 maħruġa mil-Bank of Valletta p.l.c. (BOV).
L-għan ta’ dan l-investiment fit-tul jifforma parti mill-“Long Term Directed Investment Portfolio” tal-Fond. Permezz ta’ dan l-investiment il-Fond se jkollu 15,279,218 ishma ġodda li jammontaw għal madwar 2.91% mil-ishma totali maħruġin mill-BOV. L-investiment totali jlaħħaq is-somma ta’ €27,818,284. Wieħed mill-għanijiet prinċipali tal-Fond huwa li jagħmel investimenti għaqlin sabiex jibda jiġġenera sors ta’ dħul ieħor minbarra dak li jirċievi minn Identity Malta.
L-offerta li l-Fond irċieva mil-bank UniCredit ġiet evalwata u approvata mill-Bord tal-Gvernaturi fuq il-fatt li dan l-investiment jilħaq l-obligazzjoni tal-Aġenzija.
L-għan ewlieni stabbilit fl-Investment Policy tal-Fond kif ġie artikulat mill-Bord tal-Gvernaturi, huwa l-preservazzjoni tal-kapital permezz ta’ ritorn fuq l-investiment reali u fuq medda twila ta’ żmien.
Kien għalhekk li l-Bord tal-NDSF dehrlu li investment f’ishma ta’ l-akbar istituzzjoni finanzjarja f’Malta, li tibbenifika minn investment grade rating tajjeb, kif ukoll li joffri ritorn ta’ investiment relattivament għoli fl-isfond tal-andament preżenti tas-suq, jikkontribwixxi għal dhul sostenibbli fit-tul. Dan l-ezercizzju jifforma wkoll parti ntegrali mill-istess amministrazzjoni tal-fond fl-interess pubbliku.
L-NDSF itenni li hija prassi aċċettata li sovereign wealth funds oħra jżommu fil-portafoll tal-investiment, ishma fl-istituzzjonijiet ewlenin ta’ pajjiżhom.
Fond ta' Żvilupp Ekonomiku u Soċjali Nazzjonali – Xiri ta’ ishma
Question
Jista’ l-Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3066 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Finanzi u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid b'liema mod ix-xiri ta’ ishma fil-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jikkonformi mal-għanijiet tal-Fond li twaqqaf għal skop ta’ żvilupp soċjali u ekonomiku sabiex jintużaw fondi mill-Individual Investor Programme (IIP)?
Internal Audit and Investigations Department – eżitu dwar każ ta’ canvasser
Question
B’referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 2811 u 3067, jista’ l-Prim Ministru jgħid kienx hemm eżitu tal-każ dwar l-eks canvasser tal-Ministru Evarist Bartolo li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament mill-Internal Audit and Investigations Department u x’kien l-eżitu?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ninsab infurmat li l-IAID għadda l-materjal li kellu l-Puliżija.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3074, jista’ l-Ministru għall-anqas jgħid, jekk il-prezz li bih l-Enemalta xtrat l-elettriku mill-interconnector kienx għola jew orħos mill-prezz li bih xtrat l-elettriku mill-Electrogas minn meta din bdiet taħdem sena ilu? Nispeċifika li mhux qed nitlob prezzijiet jew dettalji ta’ natura kummerċjali iżda sempliċement jekk il-prezz li bih xtrat l-elettriku l-Enemalta - li wara kollox hija entità pubblika b’kontroll maġġoritarju f’idejn il-Gvern - hux għola jew orħos mill-interconnector jew mill-Electrogas.
Response (MIZZI, JOE)
L-Onor. Interpellant għandu jkun infurmat li l-prezz tal-elettriku li l-Enemalta tixtri permezz tal-Malta-Italy Interconnector ivarja l-ħin kollu, minn siegħa għall-oħra.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3184, dwar allegazzjonijiet li dehru fil-gazzetta (online) ‘www.ilsole24ore.com’, ladarba ġie ppreżentat r-rapport jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (ABELA, CARMELO)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra il-konkluzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ l-imsemmi rapport. Ir-rapport mhux qed jiġi ppubblikat sħiħ minħabba sensittivita b’rabta mal-ħidma fi ħdan il-Ministeru.
Ħal Tarxien – Triq iż-Żejtun – rapport tekniku tal-ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Triq il-Kbira – rapport tekniku tal-ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq il-Kbira, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Ħal Tarxien – Triq Santa Maria – rapport tekniku tal-ħsarat
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk sarx rapport tekniku tal-ħsarat li hemm f’Triq Santa Maria, Ħal Tarxien, u fil-każ jista’ jpoġġi dan ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
FIAU – rapporti lill-Pulizija ta’ money laundering
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 2735, jista’ l-Ministru jgħid kemm huma dawk ir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) li ġew mgħoddija lill-pulizija, ġew fil-fatt investigati mill-pulizija u kemm minn dawk investigati ġew konklużi u mressqa l-Qorti għas-snin 2013, 2014, 2015, 2016 u 2017?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se jiġu affettwati studenti Maltin li jistudjaw fir-Renju Unit?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed:
· issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea;
· tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;
· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u
· tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit.
Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
Rigward il-Ministeru li għalih jien responsabbli politikament, saru għadd ta' eżerċizzji ta' konsultazzjoni ma' diversi entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol, bħala parti minn valutazzjoni dwar kif Brexit se jkollha impatt fuq kwistjonijiet li jirrelataw ma’ l-edukazzjoni u x-xogħol. Fil-proċess għat-tħejjija ta' Malta għat-tieni fażi ta' negozjati, ġew identifikati għadd ta' kwistjonijiet li jeħtieġu prijorità matul in-negozjati. Dawn jinkludu boroż ta' studju, mobilità ta' studenti u miżati ta' skambju u tagħlim għaċ-ċittadini Maltin jekk jagħżlu li jistudjaw fir-Renju Unit.
Tista’ l-Ministru tgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se taffettwa lill-Malta fl-allokazzjoni li hi tagħti lill-Unjoni Ewropea? Kif se taffettwa lill-Malta fil-fondi li tieħu mill-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, HELENA)
Il-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed :
· issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea;
· tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;
· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u
· tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit.
Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
Hu diffiċli li f’dan l-istadju tittratta dwar fondi u l-allokazzjoni tagħhom, ladarba d-diskussjonijiet għadhom fi stadju inizjali u xejn mhu konkretizzat.
Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed:
· issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea;
· tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u
· tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit.
Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
Bħala Ministeru jien mgħarraf li, mill-informazzjoni li kisbet Malta s’issa, l-oqsma li jirrigwardaw xi tip ta’ ftehim bilaterali mar-Renju Unit u li mhumiex koperti minn kompetenza Ewropea, m’għandhomx għax jiġu affettwati min-negozjati ta’ Brexit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jieħu d-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? X’inhi l-fehma tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta' Malta (MFSA)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern waqqaf task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, li se jfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
Għat-tieni parti tal-mistoqsija ngħarraf lill-Onorevoli interpellant biex jirriferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Kif se jaffettwa lill-Malta fl-egaming?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Il-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi inħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed :
· issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea;
· tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;
· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u
· tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit.
Fl-istess hin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluz attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanżjarji lejn Malta. Malta trid tippozizzjoni lilha innifisha bhala destinazzjoni ghal kumpaniji bbazati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bazi f’pajjiz membru tal-UE wara Brexit.
Fir-rigward tal-egaming permezz ta’ Brexit jistgħu jiġu ppreżentati opportunitajiet għal Malta minħabba l-fatt li kumpaniji reġistrati u stabbiliti fl-Ingilterra u territorji tagħha jistgħu jirrilokaw Malta bħala l-‘gateway’ għal Ewropa. Minn naħa tal-Gvern, flimkien ma’ l-Awtorità tal-Loghob, wara konsultazzjoni pubblika, qed isiru l-aħħar thejjijiet sabiex dalwaqt jiġi ppreżentat abbozz ta’ liġi fil-Parlament b’riformi ġodda fis-settur tal-logħob. Permezz ta’ dan l-abbozz se tiġi ffaċilitata d-deċizjoni ta’ dawn l-istess kumpanji, sabiex Malta tkun minn ta’ quddiem fid-deċiżjoni tagħhom bħala ġurisdizzjoni ta’ stabbiliment prinċiparju, f’każ ta’ Brexit.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet il-konsultazzjoni fuq l-uniformijiet tat-tfal tal-iskola tal-Gvern u jekk/meta hux se tibda tintuża l-uniformi sportiva minflok dik formali bil-blazer?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li konsultazzjoni bdiet fuq livell tal-Education Leaders Council, li huwa magħmul mill-Prinċipali tal-Kulleġġi, Diretturi Ġenerali u Diretturi. Ser tkun qed issir konsultazzjoni mal-ġenituri u mal-istudenti wkoll biex id-deċiżjoni li tittieħed tkun waħda rappreżentattiva.
Santa Luċija – persuni li rċevew assistenza soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Santa Luċija rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 149 persuna, fl-2016 kien hemm 141 persuna u fl-2017 kien hemm 126 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Tas-Sliema rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 299 persuna, fl-2016 kien hemm 270 persuna u fl-2017 kien hemm 240 persuna.