Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-aħħar żviluppi fir-riforma tas-sistema tal-gwardjani lokali u x’bidliet mistennija ġġib magħha? Jista’ jgħid kif se jkunu affettwati ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin bir-riforma?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jaħdem dwar ir-riforma tal-kunsilli lokali u għaliex inħasset il-ħtieġa għaliha? X’jista’ jistenna ċ-ċittadin komuni minn tali bidliet li jaffettwawlu pożittivament l-għixien tiegħu? Jista’ jgħid ukoll kif se jissaħħu r-reġjuni b’din ir-riforma fil-lokalitajiet?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega x’inhi l-kampanja edukattiva li se ssir biex jiżdied l-għarfien dwar l-indafa fil-lokalitajiet? Jista’ jispjega xi proġetti hemm ippjanati fil-qasam tal-Gvern Lokali biex tiżdied l-indafa fil-lokalitajiet? F’dan ir-rigward ukoll, jista’ l-Ministru jagħti dettalji dwar dak li tħabbar fil-baġit biex ikompli jiżdied l-inforzar kontra min iħammeġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jispjega kif il-miżura mħabbra mill-Gvern Ċentrali li jagħmel it-toroq kollha tal-pajjiż se tolqot lill-kunsilli lokali? Qed jiġi assigurat li l-fondi għat-toroq lill-Kunsilli Lokali jibqgħu jingħataw xorta waħda?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Ħal Qormi rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 742 persuna, fl-2016 kien hemm 680 persuna u fl-2017 kien hemm 611-il persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna mill-Marsa rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 509 persuni, fl-2016 kien hemm 493 persuna u fl-2017 kien hemm 452 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Birkirkara rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 1012-il persuna, fl-2016 kien hemm 937 persuna u fl-2017 kien hemm 847 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Ħad-Dingli rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 42 persuna, fl-2016 kien hemm 42 persuna u fl-2017 kien hemm 34 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
San Pawl il-Baħar – persuni li rċevew assistenza soċjali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn San Pawl il-Baħar irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 1011-il persuna, fl-2016 kien hemm 998 persuna u fl-2017 kien hemm 899 persuna.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna miż-Żejtun irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 429 persuna, fl-2016 kien hemm 374 persuna u fl-2017 kien hemm 310 persuni.
L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment Negozji Żgħar — sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, tawx sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex kienu dawn l-isponsorships u x’kienet l-ispiża involuta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma taw sponsorships lill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar — talbiet pendenti għall-sponsorships minn persuna u/jew kumpaniji
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji ż-Żgħar u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, għandhomx talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew mill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, jista’ jgħid dwar xiex inhuma dawn it-talbiet għal sponsorships u x’inhi l-ispiża involuta?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ebda entita’ taħt id-dekasteru tiegħi ma għandha talbiet pendenti għal sponsorships mill-persuna u/jew lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament.
Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali – ilmenti jew talbiet għall-investigazzjoni dwar pagi mhux imħallsa fir-rigward ta’ persuna u kumpaniji
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jgħid jekk id-Dipartiment għall-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) irċeviex ilmenti u/jew talbiet għall-investigazzjoni dwar pagi mhux imħallsa fir-rigward tal-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qegħdin jingħataw separatament? Jekk iva, tista’ l-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta’ lmenti u talbiet għal investigazzjoni u f’liema stadju waslu?
Response (DALLI, HELENA)
Infurmata li d-Dipartiment għall-Impjiegi u Relazzjonijiet Industrijali (DIER) irċieva erba’ talbiet għal investigazzjoni rigward tal-persuna u l-kumpaniji li d-dettalji tagħhom ingħataw separatament.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fi tlett każijiet minnhom, l-investigazzjoni intemmet u l-każ se jintbagħat lill-pulizija sabiex tipproċedi bil-Qorti. Il-każ l-ieħor ġie solvut mid-Dipartiment hekk kif l-ammont dovut tħallas fl-intier tiegħu.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li skont stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2017, permezz tagħha l-Qorti f'Ġunju 2017 ordnat li jsiru xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'San Ġiljan u/jew Tas-Sliema?
Response (BORG, IAN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza tal-Qorti, li l-Planning Authority irreferit għaliha fil-konferenza stampa fl-4 ta’ Diċembru 2017.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza li skont stqarrija maħruġa mill-Awtorità tal-Ippjanar nhar it-Tnejn 4 ta' Diċembru 2017, permezz tagħha l-Qorti f'Ġunju 2017 ordnat li jsiru xogħlijiet fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament f'San Ġiljan u/jew Tas-Sliema?
Response (BONNICI, OWEN)
Minn informazzjoni miksuba mill-Awtorità tal-Ippjanar, is-sentenza tal-Qorti li qed issir referenza għaliha hija l-kawża Numru 986/2012 AF Christianne Attard nee Debattista vs Emanuel Spiteri u martu Angela Spiteri. Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tas-sentenza.
B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2561, jista' l-Ministru jgħid kemm-il paġna fih il-kuntratt, inkluż kwalunkwe appendiċi, li ġie ffirmat nhar it-Tnejn 10 ta' Lulju 2017 bejn id-Dipartiment tal-Kuntratti u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament dwar l-implimentazzjoni tal-Corporate Financial Management Solution (CFMS)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-kuntratt fih 2,291 paġna b'appendiċi kollha.
Awtorità tal-Ippjanar – akkomodazzjoni ta’ agrituriżmu – applikazzjonijiet pendenti
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-iżvilupp ta' akkomodazzjoni ta' agrituriżmu, sena b'sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3013 (PQ 2853), l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat sitt applikazzjonijiet għal żvilupp relatat ma’ agrituriżmu mill-01/01/2013 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2015
1
2016
3
2017
2
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Agro + tourism
·
Agri + tourism
· Agri + turiżmu
Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għal retail outlets
Question
B'referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 2858, jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għal retail outlets tal-bdiewa (a bażi tal-Rural Policy & Design Guidelines 2014), sena b'sena mill-2014 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?
Response (BORG, IAN)
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3090, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat tlett applikazzjonijiet (3) għal żvilupp relatat ma’ farm retail outlets mill-01/01/2014 sal-lum. Annessa hawn tabella li tagħti n-numru ta’ applikazzjonijiet ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant.
2016
1
2017
2
Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2014 fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm il-kelmiet segwenti.
·
Farm + retail + outlet
kif msemmija fir-
Rural Policy & Design Guidelines,
2014.