Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni fuq il-konlużjoni tar-rapport
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew wara ż-żjara tagħha f’Malta f’Novembru/Diċembru 2017, fejn qalet li “Persons perceived to be implicated in serious acts of corruption and money laundering, as a result of Panama Papers revelations and FIAU reports, should not be kept in public office and must be swiftly and formally investigated and brought to justice. Keeping them in office affects the credibility of the Government, fuels the perception of impunity and may result in further damage to State interests by enabling the continuation of criminal activity.”?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li r-rapport ma jistax jittieħed f’paragrafi u sentenzi li jiġu kkwotati barra mill-kuntest.
Il-Gvern ikkopera bis-sħiħ mad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew waqt iż-żjara f’Malta f’Diċembru tal-2017. Ir-rapport fl-intier tiegħu qed jiġi eżaminat u kkunsidrat.
Ta’ min jirrimarka li hemm rakkommandazzjonijiet li l-istess delegazzjoni taf, u ntqal lilha uffiċjalment, li diġa’ ġew implimentati minn pajjiżna. Fost l-oħrajn ir-ratifika u l-implimentazzjoni tal-4th Anti-Money Laundering Directive li kienet ratifikata b’unanimita’ mill-Parlament Malti f’Diċembru tal-2017 stess.
Intenni li hemm deċiżjonijiet li f’pajjiż sovran, indipendenti, bi Gvern elett demokratikament b’maġġoranza inekwivoka, jittieħdu mill-Eżekuttiv tal-pajjiż.
Ninnota wkoll li r-rapport huwa wieħed li jaqbad partijiet kbar min-narrattiva tal-Oppożizzjoni meta kienet immexxija mill-Onorevoli Membru, u li sabet ruħha fir-rapport, li huma biss kummenti politiċi u li ma humiex ibbażat fuq l-ebda evidenza empirika. Bħal kumment li l-elezzjoni ntrebħet minħabba xi influwenza li saret fuq il-votanti fl-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Kummenti bħal dawn huma biss nuqqas ta’ fiduċja f’elettorat li għażel b’maġġoranza rekord li jagħti fiduċja lil din in-naħa tal-Kamra u li jisfiduċja lil min mexxa retorika li t-traċċi tagħha jidhru b’mod ċar f’dan id-dokument.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — azzjoni
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid jekk għandux il-ħsieb li jaġixxi fuq ir-rakkomandazzjoni tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fejn qalet li "The functions of Chairman of the MFSA and the function of promoting investments into Malta should be decoupled;”?
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – rakkomandazzjoni tar-rapport — reazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni tiegħu għar-rakkomandazzjoni tar-rapport tal-Parlament Ewropew fejn qal "Reform the Attorney General functions, to decouple the role of advisory to the government from the role of prosecution”?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu mid-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? X’qed tagħmel u x’riżultati kisbet il-Malta Enterprise biex tattira investiment lejn Malta b’konsegwenza ta’ Brexit?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Gvern qed iħejji ruħu għal Brexit billi nħolqot struttura fil-Ministeru tal-Affarijiet Ewropej li qed:
· issegwi l-preparamenti li qed iseħħu fi Brussell dwar it-tħejjijiet għar-relazzjonijiet futuri u li qed tanalizza x’qafas ta’ relazzjoni jista’ jiġi nnegozjat u offrut mill-Unjoni Ewropea;
· tikkordina konsultazzjonijiet mal-Ministeri kollha tal-Gvern biex tistudja x’jista’ jkun l-impatt ta’ kull xenarju u fl-oqsma kollha;
· tikkonsolida l-pożizzjoni tal-Gvern fid-dawl tan-negozjati li għaddejjin fi Brussell; u
· tassisti lill-Ministeri biex jiġi assigurat li Malta tkun ippreparata b’mod adekwat għall-konsegwenzi kollha ta’ Brexit.
Fl-istess ħin inħolqot task force fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, magħmula minn Trade Malta, il-Malta Gaming Authority, FinanceMalta, il-Malta Enterprise u s-settur privat li se tfassal pjan t’azzjoni sal-2019 biex tippromwovi l-kummerċ, inkluż attivitajiet industrijali, ekonomiċi u finanzjarji lejn Malta. Malta trid tippożizzjoni lilha nfisha bħala destinazzjoni għal kumpaniji bbażati fir-Renju Unit li jridu jwaqqfu bażi f’pajjiż ieħor membru tal-UE wara Brexit.
It-taskforce li ġiet imwaqqfa, tiltaqa' biex tiddiskuti azzjonijiet u approaches ġodda kif ukoll follow-ups. Dawn l-azzjonijiet jinkludu inizjattivi biex nippromwovu investiment u trade promotion bejn iż-żewġ pajjiżi bl-għan li kumpaniji li huma ibbażati ġewwa r-Renju Unit biex jistabilixxu ( co locate ) ġewwa Malta. It-taskforce ingaġġat żewg kumpaniji tar-ricerka li huma bbażati ġewwa r-Renju Unit li ħolqu pjan ta’ implimentazzjoni billi qed jiffukaw fuq setturi varji bħal manifattura b’mod partikolari l-industrija tal-farmaċewtika, l-qasam finanzjarju u tal-assikurazzjoni kif ukoll fuq it-teknoloġija digitali biex jikkonvinċu kumpaniji f'dawn id-diversi industrji biex jinvestu f'Malta.
Numru ta’ attivitajiet qed jiġu organizzati u jinkludu meetings ma kumpaniji individwali li joperaw f’setturi varji, roundtables, laqgħat ma’ assoċjazzjoniet governattivi varji, promozzjoni f’gazzetti tar-Renju Unit biex jiġu spjegati il-vantaġġi li Malta toffri lil kumpaniji li jixtiequ jiġu Co located mir-Renju Unit.
Rapreżentanti tat-task force ltaqgħu wkoll mal-Kap tal-Oppozizzjoni biex jispjegawlu aktar fid-dettall il-ħidma li għaddejja biex niġbdu lejn Malta investiment ( fuq bażi ta’ Co Location ) ibbażżat bħalissa fir-Renju Unit.
Jista’ l-Ministru jgħid x’preparazzjonijiet tħejjew dwar l-impatt u x’rimedji se jittieħdu mid-Dipartiment jekk Brexit fil-fatt iseħħ? Il-fatt li Malta hi parti mill-Commonwealth u wara Brexit, Malta se tkun l-unika pajjiż tal-Commonwealth fl-Unjoni Ewropea, x’vantaġġi għandu d-Dipartiment f’dan ir-rigward?
Response (ABELA, CARMELO)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija 2944. Minbarra hekk, nixtieq niġbed l-attenzjoni li, minbarra Malta, Ċipru wkoll imsieħba fl-Unjoni Ewropea u anke membru tal-Commonwealth.
B’referenza għar-riċetti l-bojod li bis-saħħa tagħhom, tabib jista’ jippreskrivi mediċina li tinsab fil-formolarju u li tingħata b’xejn mill-ispiżerija tal-għażla tal-pazjent, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid x’inhi r-raġuni għalfejn lit-tobba tal-privat qed jingħatalhom erba’ kotba biss ta’ dawn it-tip ta’ riċetti meta sa ftit xhur ilu kienu jingħataw għaxra? Ma jaħsibx li qed joħloq inkonvenjent lit-tobba jew lil min ikollu jintbagħat f’isimhom biex ikollhom kull darba jġibu dawn ir-riċetti? Ma jaħsibx li l-ħinijiet ta’ ġbir u d-dewmien fit-traffiku m’humiex doctor-friendly? Ma jaħsibx li d-Dipartiment qed jiddiskrimina bejn tabib tal-familja li jaħdem fil-privat biss, tabib li jaħdem mal-Gvern biss u tabib li jaħdem mal-Gvern u jaħdem privat bħala part-time? Ma jaħsibx li din il-miżura tad-Dipartiment tmur kontra l-policy tal-Gvern biex ikollna aktar simplifikazzjoni? Meta d-Dipartiment se jirritorna għas-sistema li kien jippratika qabel ma ttieħdet din il-miżura burokratika?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-miżuri msemmija minnu huma ta’ natura temporanja wara li s-supplier li miegħu għandu kuntratt id-Dipartiment tal-Kura Primarja waqaf mill-operat. Id-dipartiment qiegħed jieħu passi biex jagħmel arranġament ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti l-Lifelong Inclusion Unit fi ħdan l-Aġenżija Sapport u x’għandhom jagħmlu l-persuni b’diżabilità biex jibbenefikaw minn dan is-servizz?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-Lifelong Inclusion Unit, hija parti minn proġett illi tħabbar fil-Baġit għall-2018. Dan il-Unit, ser ikun qed joffri servizzi individwalizzati, għat-tfal kif ukoll għall-adulti, waqt li joffri wkoll sapport lill-familjari skont il-b¿onnijiet tagħhom. Dan il-Unit fi ħdan l-Aġenzija Sapport, huwa intenzjonat illi jinkludi tim multi-dixxiplinarju, kompost minn professjonisti ġejjin minn diversi oqsma, sabiex il-persuni b’di¿abilità u l-familjari tagħhom jingħataw servizz ħolistiku, b’mod kontinwu.
Hekk kif il-proġett għadu fil-fa¿i inizjali tiegħu, l-Aġenzija Sapport qed taħdem fuq il-kriterji ta’ eliġibilità u proċeduri ta’ kif wieħed jista’ jibbenefika mis-servizzi, li ser ikunu qed jiġu offruti minn dan l-Unit. Aktar tagħrif dwar dan l-Unit ser ikun jista’ jingħata aktar ‘l quddiem.
Skema JESS u Sheltered Employment għall-persuni b’diżabilità
Question
Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsistu l-Job Enhancing Skills Scheme (JESS) u Sheltered Employment għall-persuni b’diżabilità u kif wieħed jista’ japplika biex jirċievi dawn is-servizzi?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, l-għan tal-Jobs Enhancing Skills Scheme (JESS) huwa li tipprovdi taħriġ u job placements lil persuni b’diżabilità, fl-etajiet bejn is-16 u l-55 sena, li l-uniku dħul tagħhom huwa l-pensjoni tad-diżabilità. Din l-iskema tinkludi siegħat ta’ taħriġ u 20 siegħa xogħol fil-ġimgħa, sa massimu ta’ sentejn, fejn il-benefiċjarji jkollhom l-opportunita` jakkwistaw esperjenza ta’ xogħol, f’dipartimenti tal-Gvern jew entitajiet non-governattivi, akkumpanjati minn job coaches li jservu ta’ gwida u sapport matul l-iskema. Fil-preżent l-applikazzjonijiet ta’ din l-iskema qed jiġu assessjati u pproċessati. Fi tmiem l-iskema, il-benefiċjarji jingħataw ċertifikat ta’ profeciency, illi juri li temmew b’suċċess it-taħriġ u x-xogħol assenjat lilhom.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, l-iskema imsemmija laħqet in-numru li kien ppjanat illi nilħqu bħala applikanti, u għalhekk mhux qed jiġu aċċettati aktar applikazzjonijiet fil-preżent.
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-iskema Sheltered Employment, mhijiex skema li taqa’ taħt il-Ministeru tiegħi, iżda hija fir-responsabilita’ ta’ Jobs Plus.
Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji – flus miġbura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa kkalkulat li d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji ġabret matul is-snin 2014 – 2016? Kemm hemm impjegati jaħdmu f’dan id-Dipartiment?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, huwa kkalkulat illi d-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji, ffranka madwar €3,832,000 fis-sena 2014, €4,228,000 fis-sena 2015 u €4,020,000 fis-sena 2016.
Ta’ min iżid li l-isem tad-Dipartiment għall-Investigazzjoni ta’ Frodi ta’ Benefiċċji issa ġie mibdul. L-isem il-ġdid huwa Direttorat għall-Osservanza ta’ Benefiċċji fi ħdan id-Diviżjoni għall-Osservanza u Investigazzjonijiet.
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi, bħalissa hemm 13-il impjegat jaħdmu f’dan id-Direttorat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn fabbriki vojta inkluż dawk taħt il-Malta Enterprise? X’qed isir biex nirkupraw dawk il-fabbriki li huma battala f’Żoni Industrijali imma taħt sidien li ma għandhomx interess li jużawhom jew ma jużawhomx għal dan l-iskop?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-Malta Industrial Parks bħalissa m’għandiex fabbriki vojta li huma fill-pussess tagħha. L-unika fabbriki vojta huma dawk li l-MIP m’għandiex pussess tagħhom minħabba li hemm proċeduri legali għaddeja sabiex l-MIP tirkuprahom lura.
Tkabbir taż-Żona Industrijali ta’ Bulebel — studju
Question
Peress li l-Awtorità tal-Ippjanar waslet għall-konklużjoni li għandha titkabbar iż-Żona Industrijali ta’ Bulebel, jista’ l-Ministru jgħid xi studju sar biex art battala bejn fabbriki f’żoni industrijali tintuża b’aktar għaqal mingħajr ma jittieħed mir-raba’?
Response (BORG, IAN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Peress li l-art li qabel kienet tintuża bħala miżbla fl-Industrial Estate ta’ Ħal Luqa, issa hi battala, jista’ l-Ministru jgħid għal liema użu utli se tintuża?
Response (CARDONA, CHRIS)
Ninforma lill-Onor Interpellant li bħalissa qed jiġi pjanat kif din iż-żona tiġi rijabilitata sabiex tinkorpora żona għal użu industrijali kif ukoll faċilita għal grawnd sportiv.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ – ħlas lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hux qed jieħu xi forma ta’ ħlas mill-Ministeru tiegħu? Jekk iva, kemm ingħata fl-aħħar tliet snin?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li il-persuna ndikata fil-mistoqsija ma ħaditx ħlas mill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ fiż-żmien imsemmi.
Kunsill Lokali tal-Belt Valletta – audited accounts
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta l-Kunsill Lokali tal-Belt Valleta ppreżenta l-audited accounts tiegħu għas-snin 2013, 2014, 2015 u 2016? Jista’ jgħid meta kien id-deadline impost mid-Dipartiment għall-Kunsilli sabiex jiġu ppreżentati dawn l-accounts għall kull sena riferita?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. li l-informazzjoni mitluba hija skont is-segwenti tabella.
Sena
Dati li d-Dipartiment għall-Gvern Lokali rċieva l-
audited accounts
Dati -
Deadline
impost mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali
Dati li l-National Audit Office rċieva d-dokumenti
2013
12 ta’ Mejju 2014
21 ta’ Frar 2014
6 ta’ Mejju 2014
2014
12 ta’ Ottubru 2016
20 ta’ Frar 2015
6 ta’ Ottubru 2016
2015
8 ta’ Jannar 2018
19 ta’ Frar 2016
4 ta’ Jannar 2018
2016
għadhom ma ġewx ippre¿entati
17 ta’ Frar 2017
għadhom ma ġewx ippre¿entati
Peress li kif tħabbar, il-Gvern kellu jħallas madwar €70 miljun fis-sena lil Vitals skont il-Hospital Concession Agreement li l-Gvern għamel mal-Vitals Global Healthcare u mill-mistoqsija parlamentari 3310 jirriżulta li l-Gvern ħallas €33.5 miljun għas-sena 2017, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid kemm hu l-ammont maqbul fil-kuntratt li l-Gvern hu obbligat li jħallas fis-sena?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pagamenti li saru lill-VGH huma skont it-termini maqbula fil-kuntratti li saru bejn il-Gvern u l-VGH. Kif indikat fl-Estimi Ġenerali tal-Gvern fl-2017 dawn jammontaw għal €33.5 miljun.
Servizz ta’ Ambulanza tal-Ajru bejn Malta u Għawdex
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 3311, fejn fit-tweġiba ngħad li ġew trasferiti 44 pazjent minn Għawdex għal Malta minn meta ġie nawgurat is-servizz tal-Ambulanza tal-Ajru sal-10 ta’ Jannar 2018, jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jelenka d-dati u jgħid meta saru dawn it-trasferimenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-11 ta’ Jannar ta’din is-sena saru 53 titjira minn Għawdex lejn Malta fix-xhur indikati hawn taħt.
2017
Numru ta' titjiriet
Frar
1
Marzu
1
April
7
Mejju
3
Ġunju
4
Lulju
8
Awissu
6
Settembru
4
Ottubru
6
Diċembru
7
2018
Jannar
6
Gran Totali
53
Trasferimenti ta’ proprjetà immobbli f’Għawdex – atti pubbliċi
Question
Jista' l-Prim Ministru jgħid kemm saru atti pubbliċi dwar trasferiment ta' proprjetà immobbli f'Għawdex kull xahar minn Jannar 2016 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MUSCAT, JOSEPH)
Ġejt nfurmat li sa mill-bidu nett tal-eżistenza tar-Registru Pubbliku, jiġifieri fl-1859, qatt ma kienet tinżamm l-informazzjoni mitluba f’din il-Mistoqsija Parlamentari.
Unjoni Ewropea – miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2
Question
Peress li bħala membru fl-Unjoni Ewropea, Malta hija obbligata li kull sena tirraporta lill-Unjoni Ewropea fuq dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2; u peress li wieħed minn dawn it-targets li Malta għandha hu dak li sal-2020, 10% tal-enerġija tagħna trid tiġi minn sorsi nodfa billi nużaw teknoloġija ta' enerġija alternattiva mix-xemx jew mir-riħ, tista' l-Ministru tgħid xi strateġija qed timplimenta Malta biex tilħaq din il-mira?
Response (DALLI, HELENA)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Gvern Malti qed jibda jipprepara proġett ambizzjuż ta’ Mass Rapid Transport System. Dan se jkun l-akbar impenn serju li qatt sar favur investiment modern fl-infrastruttura u t-trasport u li għandu l-għan biex, b’mod tanġibbli, inaqqas il-konġestjoni tat-traffiku, filwaqt li jwassal biex jitnaqqsu drastikament l-emissjonijiet ta’ dħaħen u titjieb il-kwalità tal-arja. Nafu wkoll kemm it-traffiku huwa wieħed mis-sorsi prinċipali ta’ emissjonijiet velenużi fl-arja, bil-konsegwenza li f’Malta għandna rata għolja ħafna ta’ mard respiratorju.
Għaldaqstant, wieħed mill-prijoritajiet tal-Gvern huwa li jnaqqas l-emissjonijiet tat-traffiku wara li, b’suċċess, rajna l-qalba tal-gass flok il-
heavy fuel oil
fil-qasam tal-ġenerezzjoni tal-enerġija. Fil-fatt, l-Istrateġija tal-Gvern dwar l-Enerġija qed tiġi implementata b’tali mod li nassiguraw li ma jibqax jintuża żejt li jniġġes għall-ġenerazzjoni tal-elettriku; intejbu u nsiru iktar effiċjenti fl-użu tal-elettriku u nżidu l-kapaċità madwar Malta u Għawdex fl-enerġija solari – fejn sal-aħħar tal-2016 rajna żieda ta’ installazjoni ta’ iktar minn 90MW ta’ kapaċità solari. Malta se tkompli tmexxi ’l quddiem il-proġett biex tingħaqad mal-
European Gas Grid
– proġett li f’Novembru li għadda l-Kummissjoni Ewropea rrikonixxitu bħala wieħed mill-Proġetti ta’ interess komuni. Il-Gvern qed janalizza l-possibilità ta’ marine LNG bunkering services f’Malta. Il-Gvern bi ħsiebu jisfrutta iktar l-enerġija solari,
heat pumps
u
biofuels
– fost oħrajn, biex jilħaq il-miri li kommess sas-sena 2020.
L-Istrateġija tal-
Low Carbon Development
tindirizza, b’viżjoni fit-tul, setturi li jipproduċu emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Din l-Istrateġija se nkunu qegħdin nisimghu iktar dwarha matul ix-xhur li ġejjin.
Unjoni Ewropea – miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta’ CO2
Question
Peress li bħala membru tal-Unjoni Ewropea, Malta hija obbligata li kull sena tirraporta lill-Unjoni Ewropea dwar dak li Malta tkun qed tagħmel biex tilħaq miri stabbiliti dwar tnaqqis tal-livell ta' CO2, u peress li dawn il-miri jirrigwardaw setturi tat-trasport, jista' l-Ministru jgħid xi strateġija qed timplimenta Malta dwar kif tista' tnaqqas b'mod konkret l-emissjonijiet tal-gassijiet serra f'dan is-settur?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Istrateġija Nazzjonali dwar it-Trasport (National Transport Strategy 2050), li ġiet approvata mill-Kummissjoni Ewropea f’Jannar 2017, tistabbilixxi viżjoni għal tnaqqis ta’ emissjoniijet CO2 ġenerati mit-trasport bejn l-2015 u l-2050. Din l-istrateġija tipproponi numru ta’ linji gwida f’dan ir-rigward li jinkludu:
- Użu iktar effiċjenti tas-sistema preżenti tat-trasport, permezz ta’ mmaniġġjar tat-traffiku, ippjanar loġistiku u infurzar;
- Promozzjoni ta’
modal shift
;
- Ippjanar u ddisinjar ta’ proġetti tat-trasport b’mod iktar integrat;
- Promozzjoni u inċentivi favur tipi ta’
fuel
u vetturi favur l-ambjent (
green fuel & vehicles)
It-Transport Master Plan 2025 tinkludu numru ta’ miżuri fattwali li jwasslu sabiex l-inizjattivi msemmija jiġu mwettqa.
Link to National Transport Strategy & Master Plan on TM website:
http://www.transport.gov.mt/transport-strategies/strategies-policies-actions/national-transport-strategy-and-master-plan
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew organizzati konferenzi ta' daqs medju f'Għawdex fl-aħħar ħames snin u sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Conventions Malta ġabru nformazzjoni mingħand l-Assoċjazzjoni Għawdxija tat-Turiżmu u kif ukoll permezz ta' nformazzjoni miġbura minghand diversi stakeholders, u jirriżulta li saru bejn ħamsin u ħamsa u sebgħin konferenza minn żgħira sa medja. Ta' min isemmi wkoll li s-sena l-oħra saru wkoll madwar 12-il konferenza b’relazzjoni mal-Presidenza tal-EU 2017.