Legislature:
Category:
Reset
Active:

Skejjel tal-Gvern – provdituri tal-uniformijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux kuntratt jew kuntratti ma’ provdituri tal-uniformijiet tat-tfal tal-Iskejjel tal-Gvern u jekk/meta jiskadi dan il-kuntratt jew kuntratti?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. interpellant li l-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol daħal f’kuntratt ma’ fornitur tal-uniformijiet fis-sena 2014 wara sejħa pubblika sabiex jingħata proposti dwar il-bejgħ tal-uniformijiet. Dan il-kuntratt jiskadi fl-2019.

Skejjel tal-Gvern u tal-Knisja – social workers — każijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il social worker huwa ngaġġat b’każijiet fl-iskejjel tal-Gvern u fl-iskejjel tal-Knisja? Kemm-il każ qegħdin isegwu?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onorevoli interpellant li hemm 21 social worker inkluża Senior Social Worker li jaħdmu fl-iskejjel tal-Gvern. Fil-preżent dawn qed isegwu 352 student tal-primarja u 390 student tas-sekondarja. In-numru ta’ social workers li huma ingaġġati b’każijiet fl-iskejjel tal-Knisja huwa għaxra (10) u qiegħdin isegwu 208 każ.

MCAST — lecturers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il lecturer huwa impjegat biex jgħallem fl-MCAST, u kemm-il lecturer huwa impjegat fuq bażi full-time, u fuq bażi part-time fil-livelli kollha li jippermettu li l-impjieg ikun part-time?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li bħalissa l-MCAST qed jimpjega 668 lecturer li minnhom 439 huma fuq bażi full-time u 229 fuq bażi part-time.

MCAST – Board of Governers, Prinċipali, CEO u Deputat Prinċipali — pagi u salarji

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hija l-paga, is-salarju jew kwalunkwe forma ta’ ħlas u allowance li jingħataw lil kull membru tal-Board of Governors, lill-Prinċipal, lis-CEO u lil kull Deputat Prinċipal tal-MCAST?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli interpellant huwa kif se nsemmi: Designation Honoraria Salarju Allowances Total MCAST President of the Board of Governors € 13,976 - € 2,400 € 16,376 MCAST Vice President of the Board of Governors € 8,309 - - € 8,309 MCAST Principal and CEO - € 55,425 € 3,080 € 58,505 MCAST Vice Principal - € 50,091 € 4,228 € 54,319 MCAST Deputy Principal - € 41,515 € 4,228 € 45,743 MCAST Board of Governors’ Members @ € 2,795 - - € 2,795

Pembroke – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn Pembroke rċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 106 persuna, fl-2016 kien hemm 93 persuna u fl-2017 kien hemm 87 persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.

San Ġwann – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna minn San Ġwann irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 394 persuna, fl-2016 kien hemm 344 persuna u fl-2017 kien hemm 299 persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.

Naxxar – persuni li rċevew assistenza soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna min-Naxxar irċeviet assistenza soċjali fl-2015, fl-2016 u fl-2017? X’tip ta’ assistenza soċjali ngħatat?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi, n-numru ta’ persuni li kienu jirċievu l-Għajnuna Soċjali fil-lokalità indikata, fl-2015 kien ta’ 215-il persuna, fl-2016 kien hemm 185 persuna u fl-2017 kien hemm 165 persuna. L-Għajnuna Soċjali li ngħatat kienet tvarja minn Carer’s Allowance, Drug Addiction Dependants, Unemployment Assistance, Social Assistance Board, Subsidiary Unemployment Assistance, Single Unmarried Parents u Social Assistance.

Faċilità Korrettiva ta’ Kordin – prison warder

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il prison warden kien hemm impjegat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fl-2015, fl-2016 u fl-2017? Jista’ jagħti d-dettalji għall-2017, xahar b’xahar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fis-snin imsemmija n-numru ta’ uffiċċjali korrettivi impjegati kien skont kif jidher fit-tabella t’hawn taħt : Diċembru 2015 216 Diċembru 2016 208 + 54 Trainee COs 2017 Jannar 208 + 54 Trainee COs Frar 262 Marzu 259 April 257 Mejju 255 Ġunju 254 Lulju 253 Awwissu 251 Settembru 251 Ottubru 249 + 57 Trainee COs Novembru 249 + 57 Trainee COs Diċembru 249 + 57 Trainee COs

Librerija Nazzjonali – kotba mixtrija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kotba nxtraw għal-Librerija Nazzjonali fl-2015, 2016 u 2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar tliet snin il-Librerija Nazzjonali xtrat kotba kif se nsemmi: 2015: inxtraw 208 kotba 2016: inxtraw 162 ktieb 2017: inxtraw 230 ktieb

Awtorità tal-Artijiet – digitisation ta’ files

Question

Jista’ l-Ministru dettaljatament jgħid fiex wasal il-proġett ta’ digitisation tal-Awtorità tal-Artijiet? Kemm-il file ġie digitised s’issa mill-2013 ‘l hawn, sena b’sena?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lil onorevoli interpellant li l-Awtorita’ għandha il fuq minn 250,000 file li jammontaw għal aktar min 25 milljun dokument. Intant il-proġett ta’ diġitaliżazzjoni kien ġie inkluż fil-proġett hekk imsejjah Lemis fejn is-sejha ghal l-offerti ħarget lura fl-2003 u ġiet aġġudikata fis-sena 2004 u beda il-proċess ta’ implimentazzjoni fis-sena 2010. Dan il-proċess jinkludi l-iscanning ta’ kull korrispondenza li tirċievi l-Awtorita’. Mis-sena 2017 ġie imniedi proġett ġdid ta diġitalizazzjoni tal-files bi sħab ma Malta Post u Jobs Plus, kif ukoll qed titwaqqaf sezzjoni ta’ file scanning fi ħdan l-Awtorita’ biex titħaffef din il-proċedura u tkun waħda aktar effiċjenti u produttiva. Dan kollu fid-dawl tal-kwantita kbira ta’ files li għandha l-Awtorita’.
Leg 13 PQ #2899 Sitting 74 2018-01-25 Oral · Final From: KAROL AQUILINA To: Uffiċċju tal-Prim Ministru

Uffiċċju tal-Prim Ministru – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Prim Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (MUSCAT, JOSEPH)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu ingħataw separatament, mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum.

Ministeru għas-Saħħa – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sal-lum lill-bank li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.

Ministeru għall-Ekonomija u Negozji Żgħar – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu, mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (CARDONA, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti jew pagamenti mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li la mill-Ministeru/Direttorati u lanqas mill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma saru trasferimenti u/jew pagamenti f'kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament.

Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġar tal-Ilma – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (MIZZI, JOE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru tiegħi u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti, qatt m’għamlu trasferimenti, pagamenti, inkluż ta’ pagi, f’kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament.

Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, tista' tgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?

Response (DALLI, HELENA)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru ebda trasferimenti u/jew pagamenti f’kontijiet tal-bank ikkonċernat mill-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħti fil-perjodu kkonċernat.

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet għall-bini ta’ ġwiebi u pump-rooms barra ż-żona ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar (qabel il-MEPA) għall-bini ta’ ġwiebi u pump-rooms barra ż-żona ta’ żvilupp, sena b’sena mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F’liema lokalità jinsabu? F’kull każ f’liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3095, l-Awtorità tal-Ippjanar ivvalidat jew ippublikat seba’ mija tnejn u għoxrin applikazzjoni (722) tal-Ippjanar (Planning Applications) u mija ħamsa u sittin applikazzjoni tad-DNO (Development Notification Order) għal żvilupp relatat ma’ bini jew alterazzjonijiet ta’ ġwiebi u pump rooms barra miż-żona ta’ żvilupp mill-01/01/2013 sad-data ta’ meta nġabret din l-informazzjoni. Annessi hawn tabelli li jagħtu in-numru ta’ applikazzjonijiet (PAs u DNOs) ivvalidati / ippublikati kull sena. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra listi ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. PAs 2013 67 2014 67 2015 139 2016 222 2017 226 2018 1 DNOs 2013 55 2014 37 2015 46 2016 27 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ivvalidati jew ippublikati mill-01/01/2013 fejn iż-żona hija ndikata bħala barra ż-żona tal-iżvilupp u fejn fil-proposta tal-iżvilupp tagħhom hemm xi waħda mill-kliem segwenti. · pump + room/s · reservoir/s · ġiebja/ġwiebi · pompa/i

Awtorità tal-Ippjanar – applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm/kien hemm applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti pendenti quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Liema huma dawn l-istess applikazzjonijiet? F'liema lokalità jinsabu? F'kull każ f'liema stadju jinsabu dawn l-applikazzjonijiet quddiem l-Awtorità? Liema minn dawn l-applikazzjonijiet ħarġilhom il-permess neċessarju?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3096, l-Awtorità tal-Ippjanar irċeviet ħames t’elef u tmienja u tmenin applikazzjoni (5,088) ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti minn Awwissu 2016 sad-data ta’ meta nġabret (12/01/2018) din l-informazzjoni. Annessa hawn tabella li tagħti l-ammont xahar b’ xahar. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-kamra lista ta’ dawn l-applikazzjonijiet bl-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant. Sep 2016 35 Oct 2016 160 Nov 2016 223 Dec 2016 136 Jan 2017 235 Feb 2017 263 Mar 2017 387 Apr 2017 342 May 2017 534 Jun 2017 326 Jul 2017 434 Aug 2017 418 Sep 2017 380 Oct 2017 409 Nov 2017 353 Dec 2017 245 Jan 2018 208 Din l-informazzjoni nġabret mis-sistema tal-informatika tal-Awtorità fuq applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni li ġew aċċettati bħala kompluti mill-istess Awtorità. L-avviż legali tar-Regolarizzazzjoni nħareġ fid-19 ta 'Awwissu 2016. Sakemm l-ewwel applikazzjoni ġiet ikkumpilata, riveduta, imħallsa u aċċettata u għalhekk l-ewwel applikazzjoni kompluta kienet riċevuta uffiċjalment f'Settembru 2016.

Awtorità tal-Ippjanar – dħul ta’ flus biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta’ regolarizzazzjoni ta’ żvilupp eżistenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar bħala fees/fines biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min ser jibbenefika minn dawn il-flus?

Response (BORG, IAN)

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 3097, ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta' flus miġbura mill-Awtorità tal-Ippjanar bħala fees/fines biex jiġu pproċessati applikazzjonijiet ta' regolarizzazzjoni ta' żvilupp eżistenti, xahar b'xahar, minn Awwissu 2016 sat- 8 ta’ Jannar 2018 qiegħed jiġi provdut fit-tabella segwenti; Xahar Sena Ammont miġbur € Awwissu 2016 1,450.00 Settembru 2016 99,300.00 Ottubru 2016 384,550.00 Novembru 2016 625,800.00 Diċembru 2016 348,000.00 Jannar 2017 604,000.00 Frar 2017 632,550.00 Marzu 2017 824,730.00 April 2017 1,058,085.00 Mejju 2017 1,077,765.00 Ġunju 2017 844,256.66 Lulju 2017 981,434.92 Awwissu 2017 992,153.33 Settembru 2017 868,370.00 Ottubru 2017 955,835.83 Novembru 2017 776,661.66 Diċembru 2017 535,660.00 Jannar (sa 8 ta' Jannar) 2018 412,155.83 Dawn il-flus jitqassmu b'dan il-mod: - 70% tal-flus miġbura, sa massimu ta €8 miljuni, huma allokati għall-Iskema 'Irrestawra Darek'; - 20% tal-flus miġbura, huma allokati għall-fond tal-'Planning Gains', li minnu jibbenefikaw il-Kunsill Lokali fi proġetti ta' tisbieħ fil-lokalitajiet rispettivi; u - 10% tal-flus miġbura sakemm tintlaħaq l-allokazzjoni ta' €8 miljuni għall-Iskema 'Irrestawra Darek', jew 80% tal-flus miġbura wara li tintlaħaq l-allokazzjoni ta' €8 miljuni għall-imsemmija skema, huma dħul għall-Awtorita'.

Awtorità tal-Ippjanar – dħul ta’ flus minn applikazzjonijiet ta’ żvilupp

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar (inklużi Development Permit Fees, Drainage Contribution, Road Contribution, eċċ.) minn applikazzjonijiet ta' żvilupp, xahar b' xahar, minn Marzu 2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari hekk kif ġej: (a) f'żoni ta' żvilupp; (b) f'żoni barra miż-żona ta' żvilupp; (c) f'żoni ta' konservazzjoni urbana?

Response (BORG, IAN)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tlett tabelli li jindikaw kemm daħlet flus l-Awtorità tal-Ippjanar (inklużi Development Permit Fees, Drainage Contribution, Road Contribution, eċċ.) minn applikazzjonijiet ta' żvilupp, xahar b' xahar, minn Marzu 2013 sa llum.