Il-Mosta — Crash Barriers fit-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija
Question
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex jara li jsiru crash barriers fuq naħa waħda tat-triq li tieħu lejn il-Biżbiżija fil-Mosta għaliex f'din il-parti ta' triq hemm perikolu li karozzi jistgħu jaqgħu l-isfel fil-livell tal-għelieqi? (Din it-triq tibda minn Ta' Żejfa, limiti tal-Mosta u twassal sa Triq Sir Temi Zammit li tieħu lejn l-Imġarr u minnha li fiha perikolu li bil-crash barriers jista' jitnaqqas, qed jgħaddu ħafna ġenituri li jkunu qed jieħdu lill-uliedhom fl-iskola San Andrea, limiti tal-Imġarr.)
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward tħaffir għall-istallazzjoni tal-lift u issa x-xogħol jidher li waqaf? Jista' jgħid meta se jitkompla dan ix-xogħol?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, x-xogħol imsemmi minnu ta' skavar qiegħed isir f'sit Arcaeologically Sensitive. Sa issa tneħħa biss il-madum u pjanat li jitkompla dan ix-xogħol fil-ġranet li ġejjin taħt is-superviżjoni obbligatorja,
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward reserved parking peress li ilu li applika erba' xhur u għadu mingħajr risposta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi s-sinjur imsemmi separatament ma jikkwalifikax għall-Parkeġġ Riservat għax ma jissodisfax il-kriterji stabbiliti mill-Policyli tirregola dawn il-parkeġġi. Din il-persuna ġiet avżata bid-deciżjoni permezz ta’ ittra datata l-1 ta’ Diċembru 2017.
Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu li d-dettajli dwaru qed jingħataw separatament, dwar bozza fi Triq San Anard, Ħal Tarxien, liema triq tinsab bla dawl u li fiha qed ikun hemm diversi inċidenti marbuta ma' serq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, rigward l-ilment imressaq mit-tali persuna u dan irriżulta li kien minħabba n-nuqqas ta’ dwal tat-toroq fiż-żona fejn din il-persuna sejra toqgħod. Il-persuna li ressqet dan l-ilment ġiet infurmata sabiex tgħaddi t-talba lill-Kunsill Loali tal-lokalita’ tagħha biex jekk tinħass il-ħtieġa li jitwaħħlu lampi fl-imsemmija triq, dan isir mill-Kunsill Lokali hekk kif inhi l-proċedura.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li waqa' xi konkos fil-komun tal-appartament u għadu ma ġie ħadd jara din il-problema?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet rapport dwar il-każ imawmmi fil- 11 ta' Jannar u għaldaqstant għandha ssir spezzjoni minn uffiċjali tekniċi fid-29 ta' Jannar. Il-persuna msemmija diġa' ġiet imfurmata bid-data tal-ispezzjoni.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' housing peress li minkejja li qalulu li se jiġi kkuntattjat, dan għadu mingħajr risposta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-ġranet li għaddew sar kuntatt mal-applikant. L-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tiġi kkunsidrata.
Il-Mosta — Triq il-Kbira - Traffic Calming Measures
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3486, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex, permezz ta' Transport Malta, jara li jsiru traffic calming measures fi Triq il-Kbira l-Mosta, min-naħa għall-oħra, jiġifieri mill-bidu tagħha minn Ta' Qali sa fejn tibda l-lokalità tan-Naxxar?
Response (BORG, IAN)
Ninforma Iill-Onorevoli Interpellant illi Transport Malta kellha erba’ talbiet fejn ġew approvati erba’ Road Humps fi Triq il-Kbira fil-Mosta, dettalji hekk kif ġej;
Date of Approval
Request
Details
Street Name
Locality
08/04/2006
Road Hump
In the vicinity of door Nos. 355, 391 and 374
Triq Il-Kbira
Mosta
07/02/2007
Road Hump
Round Topped C/W
Triq Il-Kbira
Mosta
24/10/2006
Road Hump
Round Topped as per site plan
Triq Il-Kbira
Mosta
12/07/2000
Road Hump
Round Topped road hump - no more than 75mm high - adjacent to house no. 461 - as in site plan
Triq Il-Kbira
Mosta
Transport Malta ma rċevietx aktar talbiet mill-Kunsill Lokali dwar Road Humps fi triq imsemmija.
Il-Mosta — Triq il-Kungress Ewkaristiku - xogħol ta' għoti ta' tarmak
Question
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li jibda x-xogħol ta' għoti ta' tarmak mill-ġdid fi Triq il-Kungress Ewkaristiku fil-Mosta peress li din it-triq kienet imwegħda li jsir mill-Gvern kważi sena u nofs ilu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif għadu qed jinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma t-toroq fil-Mosta, li l-Gvern qed jippjana li jerġa' jagħti tarmak mill-ġdid biex b'hekk it-toroq kollha fil-Mosta jkunu ta' kwalità tajba?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jibda x-xogħol ta' għoti ta' tarmak fit-toroq ta' Triq il-Farinal u Triq is-Sgħajtar fil-Mosta?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta qed taħdem fuq lista ta’ interventi f'diversi lokalitajiet liema lista qed issir skont il-prijoritajiet li jirriżultaw.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras — xogħlijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk xogħol li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras hux qed isir skont il-permessi approvati mill-awtoritajiet konċernati kollha?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li x-xogħlijiet qed isiru skont il-permess tal-Awtorità tal-Ippjanar PA 02572/15.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras – permessi approvati
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-permessi kif approvati mill-awtoritajiet konċernati tal-proġett li qed isir mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsill Lokali tal-Mellieħa – Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras – ħajt mwaqqa’
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol fuq proġett tal-Kunsill Lokali tal-Mellieħa li għaddej bħalissa bejn Triq il-Marfa u Triq Dun Franġisk Sciberras hux miexi kif ippjanat u x’ kien il-kaġun li parti mill-ħajt tal-istess proġett deher ‘imwaqqa’’ kmieni filgħodu tal-Erbgħa 24 ta’ Jannar 2018?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa illi wara li saret evalwazzjoni teknika waqt li kienu għaddejin ix-xogħlijiet, inħass li l-ħajt kellu jinħatt biex jerġa’ jinbena, minħabba li ma kienx strutturalment stabbli. Il-ġebel oriġinali ġie konservat fuq il-post u ser jerġa’ jiġi wżat fil-bini tal-istess ħajt, liema xogħol inbeda minnufiħ.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3309, jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-kunsilli lokali li qed jagħmel referenza għalihom u jgħid x’qed jipproponu? Jista’ jgħid ukoll jekk ir-residenti ta’ din it-triq ġewx ikkonsultati?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi mid-data tas-seduta fejn ġiet imwieġba il-mistoqsija parlamentari numru 3309, ġew ikkuntatjati il-Kunsill Lokali ta’ San Ġwann u tal-Msida u dawn infurmaw lil Transport Malta li jixtiequ li t-toroq jerġgħu jirritornaw għall-istat li kienu.
Wara li l-Ministru kien stqarr li l-inkjesta li kienet sar referenza għaliha fil-mistoqsijiet parlamentari 2279 u 1674 dwar l-Advisory Board tal-Fostering fil-fatt kienet tlestiet u li qiegħda fi stadju li jiġi kkompilat ir-rapport tal-istess inkjesta, jista’ l-Ministru jpoġġi dan l-istess rapport fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni ser tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma jew le, jekk l-Aġenzija Appoġġ kenitx infurmata minn jiem/ġimgħat qabel li t-tifla Niġerjana li mietet fl-aħħar jiem, ma kenitx qed tattendi l-iskola?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li billi, kif jaf hu, din il-materja hija suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali mhux prudenti li f’dan l-istadju tinghata informazzjoni li ghad trid tigi evalwata fl-istess Inkjesta Magisterjali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’ħidma saret fl-aħħar ġimgħat/xhur mill-Aġenzija Appoġġ mal-familja tat-tifla Niġerjana inkwistjoni u x’tip ta’ pjan kien tħejja fl-interess tal-ulied ta’ din il-familja mill-istess Aġenzija Appoġġ?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li billi, kif jaf hu, din il-materja hija suġġett ta’ Inkjesta Maġisterjali mhux prudenti li f’dan l-istadju tinghata informazzjoni li ghad trid tigi evalwata fl-istess Inkjesta Magisterjali.