Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il siringa tqassmet minn kull Ċentru tas-Saħħa rispettivament fl-2015, fl-2016 u fl-2017?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella t’hawn taħt fejn qed tindika n-numru ta’ siringi li tqassmu mic-Ċentri tas-Saħħa fis-snin mitluba minnu.
Sena
Total
2015
340,644
2016
333,135
2017
315,541
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hu n-numru ta’ LSAs mal-Gvern u kemm kien fl-2015?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ LSAs mal-Gvern fl-2015 kien 2,029 filwaqt li fil-preżent hemm 2,380. Maqsumin skont in-nomenklatura, l-informazzjoni hija kif ġej:
Grad
2015
2018
LSA
11
5
LSA I
432
405
LSA II
662
810
SLSA
924
1160
TOTAL
2029
2380
Il-figuri tal-2015 huma meħuda skont id-database fi Frar 2015.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni ta' infurzar saret mill-Awtorità tal-Artijiet kull xahar fl-2015, fl-2016 u fl-2017?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li l-Awtorità tal-Artijiet, fis-snin mitluba, għamlet azzjonijiet ta’ infurzar, xahar b’xahar hekk kif ġej:
2015
2016
2017
January
126
129
146
February
134
88
137
March
79
101
87
April
149
95
96
May
110
89
197
June
94
83
88
July
104
99
154
August
69
108
113
September
82
93
67
October
84
70
110
November
100
116
82
December
70
143
75
1201
1214
1352
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jaqbilx li l-Awtorità tal-Artijiet ikollha Freephone fejn il-pubbliku jkun jista’ jċempel 24 siegħa kuljum, u jirraporta abbużi fuq art pubblika?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Ministru jaqbel li għandu jerġa’ ikun riattivat il-Freephone fejn il-pubbliku jkun jista’ jċempel 24 siegħa kuljum, u jirraporta abbużi fuq art pubblika.
Bini tal-Berġa tal-Baviera – preżenza ta’ uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jgħid min kienu l-uffiċjali tal-Awtorità tal-Artijiet li kienu fil-bini tal-Berġa tal-Baviera fil-lejl bejn it-2 u t-3 ta' Ġunju 2017, ftit sigħat qabel l-elezzjoni ġenerali? X'kienu qed jagħmlu?
Response (BORG, IAN)
Ninforma l-Onorevoli interpellant li skond ma jiena infurmat mill-istess Awtorita’, l-uffiċjal tal-Awtorità tal-Artijiet li kien fil-bini tal-Berġa tal-Baviera fil-lejl bejn it-2 u t-3 ta' Ġunju 2017, ftit sigħat qabel l-elezzjoni ġenerali huwa persuna impjegata ta’ l-awtorita li xogħolu huwa “Security officer” liema xogħol jirrikjedi li jkun għassa ġewwa l-awtorita ma tul il-lejl.
San Pawl il-Baħar – Kunsill Lokali — Direct Orders
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm għamel direct orders il-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Baħar, matul is-sena 2016 u s-sena 2017 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jista’ jagħti lista ta' direct orders li tinkludi l-ammonti mħallsa u min tħallas? Jista’ jagħti raġuni għalfejn saret direct order għal kull ammont li jeċċedi l-€1,164 jekk applikabli?
Response (BONNICI, OWEN)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellanti li wara evalwazzjoni mid-Diparitment għall-Gvern Lokali dwar rapport li sar mill-Bord ta’ Gvernanza Lokali, kif ukoll il-parir tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, skont it-termini ta’ Regolament 5 tal-Regolamenti tal-Kunsilli Lokali dwar il-Finanzi, tlabt lill-Awditur Ġenerali sabiex jinvestiga l-allegat irregolaritajiet ksur tal-istess regolamenti finanzjarji mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar.
Ninsab infurmat li mingħajr konsultazzjoni mad-Dipartiment, l-istess Kunsill waqt laqgħa li nżammet fil-11 ta’ Mejju, 2017 approva li jagħti Ordnijiet Diretti fuq kuntratti skaduti lil diversi kuntratturi u li għalihom għadu ma ħariġx jew qiegħed fil-proċess li jaġġudika s-sejħiet għall-kuntratti skaduti. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tas-sejħiet kollha tal-offerti kollha tal-Kunsill bejn l-2016 u l-2017 kif fornuta mill-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar. Dan il-każ qed jiġi mistħarreġ mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali iżda r-rapport konklussiv tal-każ għadu mhux komplut peress li d-Dipartiment għadu qed jistenna d-dokumentazzjoni neċessarja minngħand l-istess Kunsill Lokali.
Ministeru għall-Finanzi – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li ma sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament.
Ministeru għat-Turiżmu – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank imsemmi.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari,? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma saru l-ebda trasferimenti ta’ flus u/jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li qed tiġi mwieġba din il-Mistoqsija Parlamentari,
Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li ma sar l-ebda trasferiment jew pagamenti f’kontijiet li jinsabu fil-bank li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separament mill-Ministeru u/jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu ma għamlu.
Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (HERRERA, JOSÈ)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħti mis-sena 2013 sal-20 ta’ Jannar 2018.
Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ – trasferimenti/pagamenti f’kontijiet ta’ bank
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux trasferimenti u/jew pagamenti, inkluż iżda mhux biss, ta' pagi, f'kontijiet li jinsabu fil-bank li l-isem u d-dettalji tiegħu qegħdin jingħataw separatament, mill-Ministeru u/jew mill-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu mis-sena 2013 sad-data li tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista' jgħid dwar xiex kienu dawn it-trasferimenti u/jew pagi u kemm kien it-total tal-ammont li ġie trasferit?
Response (ABELA, CARMELO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ u l-Entitajiet tiegħu, ma saru l-ebda trasferimenti u/jew pagamenti, mis-sena 2013 sal-lum lejn il-bank li qed jirreferi għalih.
Għawdex — Triq iż-Żewwieqa minn Għajnsielem għal Qala – tindif u tiswijiet
Question
Peress li jien infurmat li bejn open top buses, coaches, vetturi oħra tat-turisti u turisti bil-mixi jgħaddu mijiet ta’ persuni kuljum tul it-Triq iż-Żewwieqa (minn Għajnsielem għal Qala biex jaslu sal-belvedere tal-Qala), tista’ l-Ministru tgħid meta ser isir it-tindif u t-tiswijiet neċessarji lil din it-triq, apparti li xi darba tingħata t-tarmac, peress li fil-preżent fiha ħafna ħofor fondi u l-għelieqi huma mimlija skart?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li l-parti tat-triq imsemmija hija parti mill-proġett tat-toroq tal-Ministeru għal Għawdex li ser issir din is-sena.
Għawdex — Triq l-Imġarr mix-Xewkija sal-Qala – bini ta’ ħitan tas-sejjieħ
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk hux ser jitkompla l-bini tal-ħitan tas-sejjieħ matul Triq l-Imġarr mix-Xewkija sal-Qala, liema xogħol kien beda fil-leġiżlatura preċedenti? Tista’ tgħid jekk hemmx pjanijiet sabiex iktar toroq ikollhom il-ħitan tas-sejjieħ bħal Triq l-Imġarr?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru ħejja pjan għal din is-sena sabiex jinbnew ħitan tas-sejjieħ f`diversi lokalitajiet madwar Għawdex.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk semax il-karba tas-sewwieqa tat-trakkijiet Għawdxin f’Malta li jsuqu u jgħaddu kuljum minn fuq il-pont magħruf fosthom bħala 'tal-Mistra' fil-lokalità tal-Mellieħa? Peress li dan jinsab fi stat li partijiet minnu jistgħu jiġġarrfu, jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx bl-istat ħażin ħafna ta’ dan il-pont u jekk saru xi xogħlijiet, x’kienu dawn ix-xogħlijiet u kemm ġew jiswew ? X’beħsiebu jagħmel il-Ministru dwar dan il-pont fil-futur qarib?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fix-xhur li għaddew, bħala parti minn programm ta’ analiżi u manutenzjoni tal-istruttura, li qed isir minn Transport Malta, sar xogħol ta’ tindif fuq il-pont wara li nħarġet sejħa pubblika. Il-valur tal-kuntratt ta’ dan ix-xogħol ta’ tindif huwa ta’ €10,800.00 (VAT mhux inkluża).
Bħalissa għadha għaddejja l-analiżi fuq l-istruttura, hekk kif il-post qed jiġi spezzjonat minn esperti strutturali u tar-restawr, li ngħataw il-konsulenza wara li nħarġet sejħa pubblika. Il-valur tal-kuntratt ta’ dawn l-esperti huwa ta’ €18,675.90 (VAT mhux inkluża).
L-esperti strutturali u tar-restawr ser ikunu qegħdin jippreparaw rapport dettaljat li jindika fost l-oħrajn l-integrità tal-istruttura, u rikomandazzjonijiet fuq kif din tista’ tiġi mtejba.
Direttorati u dipartimenti tal-Gvern trasferiti minn Malta għal Għawdex
Question
Tista’ l-Ministru tgħid jekk sarx l-eżerċizzju sabiex tara liema Direttorati u Dipartimenti tal-Gvern f’Malta jistgħu jinġabu Għawdex u kemm ħaddiema Għawdxin jistgħu jibbenefikaw minn dan il-pass?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lil Onor. Interpellant li fil-fatt fil-Manifest Elettorali hemm il-proposta li noħolqu xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin stess u dan il-Ministeru qed jagħmel eżerċizzju għal dan il-għan ma diversi Ministeru u entitajiet. Għal dan il-għan ukoll, ħarġet espressjoni ta' interess biex ikolna ċentru modern u attrezzat biex ikun jista' jilqa' l-ħaddiema ġodda.
Tibdil fil-ħin ta’ tluq tal-vapur ta’ Għawdex mill-Imġarr
Question
Peress li numru mhux żgħir ta’ ħaddiema u negozjanti Għawdxin li jaħdmu Malta jibdew xogħol f’shifts li jibdew fis-6.00 am jew fis-6.30 am, , tista’ l-Ministru tgħid jekk semgħetx it-talba ta’ dawn l-Għawdxin biex il-vapur jibqa' jitlaq fil-4:45am flok fil-5am? F’dan l-aħħar xahar, minnħabba li l-vapur Gaudos kien għat-tiswija, il-vapur kien jitlaq fil-4:45am.
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-kumpanija Gozo Channel (Operations) Ltd dejjem timxi skont l-esiġenzi tas-servizz f’dik li hi skeda ta’ traġitti bejn Malta u Għawdex.
F’każ li jkun hemm maltemp tali li l-vapur ta’ Għawdex ma jkunx jista’ jittrakka fil-port taċ-Ċirkewwa, jista’ l-Ministru jgħidilna bil-preċiż fejn il-vapur jista’ jittrakka fil-Port il-Kbir ladarba ma jistax jittrakka Sa Maison ?
Response (BORG, IAN)
Ninforma lil-Onor. Interpellant li fiċ-Ċirkewwa hemm ukoll is South Quay. F’każ remot fejn il-vapur ma jkunx jista’ jitrakka mal-ebda moll fiċ-Ċirkewwa jsiru arranġamenti biex il-vapur jitrakka ma’ moll fil-Port il-Kbir fejn hemm faċilitajiet Ro-Ro.
Għawdex: petrol u diesel użat għall-karozzi tal-Ministru
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intuża petrol u diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti, għall-karozza li tuża l-istess Ministru, minn Marzu 2013 sal-aħħar ta’ Diċembru 2017? Tista’ tgħid ukoll kemm intuża petrol u/jew diesel kull ġimgħa u kemm ġie jiswa fi flus kontanti għat-tieni karozza u karozzi oħra li juża l-istess Ministru, jew xi ħadd awtorizzat minnu, minn Marzu 2013 sa Diċembru 2017?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba hija kif murija fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Attachments:Copy of PQ 3222 Petrol u Diesel uzat ghall-karozza tal-Ministru.pdf