Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kunsilli Lokali — fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 429 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali fuq inizjattivi mnedija mill-Gvern li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali, fis-snin 2015, 2016, 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Kunsilli Lokali — fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 430 u jgħid kemm kienu l-fondi speċjali minn programmi/inizjattivi/proġetti Ewropej li ħadu l-kunsilli lokali f'Malta u Għawdex b'mod individwali fis-snin 2015, 2016 u 2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li matul is-snin 2015, 2016 u 2017, kull Kunsill b’mod individwali ħa l-ammonti hawn taħt indikati: Isem tar-rahal Ammont Isem tar-rahal Ammont Isem tar-rahal Ammont Birgu: €62,840.56 Naxxar: €220,172.88 Reġjun Għawdex: €398,788.00 Floriana: €51,078.81 Paola: €334,631.33 Ghajnsielem: €85,589.55 Gharghur: €87,693.60 Pieta: €5,000.00 Gharb: €391,942.00 Isla: €103,423.00 Qormi: €307,730.70 Kercem: €605,606.41 Luqa: €14,934.90 Qrendi: €101,969.49 Munxar: €227,903.29 Marsascala: €63,673.12 Rabat (M): €474,764.99 Nadur: €208,728.66 Marsaxlokk: €98,750.00 Siggiewi: €149,998.41 Rabat (G): €1,707,149.64 Mdina: €29,093.59 Sliema: €22,686.75 Sannat: €195363.26 Mellieħa: €251,929.00 Ta’ Xbiex: €7,500.00 Xaghra : €83,823.20 Mgarr: €7,500.00 Xgħajra: €12,000.00 Xewkija: €5,000.00 Mtarfa: €249,001.99 Zabbar: €22,222.40 ¯ebbuġ(G): €210,907.00 Zurrieq: €25,176.20 Qiegħed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ukoll, tabella li fiha l-Onorevoli Interpellant jista jsib informazzjoni addizzjonali dwar kull proġett ko-finanzjat mill-Unjoni Ewropeja li bbenefikaw minnhom il-Kunsilli Lokali fis-snin imsemmija.

Il-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar – persuni li jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals-on-Wheels

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1685 u jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kienu jew għadhom jagħmlu użu mis-servizz tal-Meals-on-Wheels fil-Mellieħa, in-Naxxar u San Pawl il-Baħar, sena b'sena u lokalità b'lokalità minn Jannar 2011 sa Settembru 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi, l-informazzjoni mitluba għall-perjodu minn Jannar 2011 sa Settembru 2016 ma kinitx tinżamm mill-Maltese Cross Corps. L-informazzjoni mitluba lokalita, b’lokalita` minn Ottubru 2016 sa Settembru 2017 inkluż ukoll l-2018 sal-ġurnata li fiha qed inwieġeb din il-mistoqsija parlamentari, hija kif ġej : Sena Mellieħa Naxxar San Pawl il-Baħar 2016 \ 2 1 2017 3 10 7 2018 3 10 18

Skemi mill-Gvern li mistennija joħorġu għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2489 u jindika kemm u liema skemi mill-Gvern mistennija joħorġu għall-Kunsilli Lokali matul l-2018 u jekk hux ser ikunu kollha eleġibbli għall-Kunsilli kemm dawk f'Malta kif ukoll dawk f'Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li filwaqt li mhux ser ikun hemm tnaqqis ta' xi skema magħrufa fis-sena 2017, ta' min isemmi li diversi skemi li ġew aġġudikati fis-sena 2017 huma fuq medda ta' tlett snin. Dawn jinkludi l-Community Innovation Fund u l-Culture Fund li ġħadu qed jiġi aġġudikat.

Skemi li nħarġu mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 2490 u jgħid kemm kienu jammontaw fi flus l-iskemi li nħarġu mill-Gvern Ċentrali għall-Kunsilli Lokali, sena b'sena, bejn l-2011 u l-2017?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella bl-informazzjoni mitluba.

Korrispondenza bejn il-LESA u ħaddiema reġistrati mal-kumpanija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3419 u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kull korrispondenza li għaddiet bejn il-Local Enforcement System Agency (LESA) u l-ħaddiema reġistrati mal-kumpanija li preżentament hija responsabbli mill-gwardjani lokali f'pajjiżna?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li ma ngħaddiet l-ebda korrispondenza bejn l-Aġenzija LESA u l-ħaddiema reġistrati mall-kumpanija li preżentament tħaddem il-Gwardjani Lokali f’pajjiżna.

MCAST – kariga ta’ CEO u principal

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ġie infurmat bir-riżenja jew bid-deċiżjoni li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma jkomplix fil-kariga ta’ Principal u CEO tal-MCAST, u jgħid liema raġuni ngħatat għal din id-deċiżjoni, jekk inħarġitx sejħa għal Principal jew CEO u jekk iż-żewġ karigi humiex se jibqgħu jiġu moqdija minn persuna waħda jew le?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-kuntratt tal-Principal u CEO tal-MCAST skada f’Ottubru 2017. Inħarġet sejħa interna u esterna biex jimtela l-post vakanti ta’ Principal u CEO nhar l-10 ta’ Dicembru 2017.

Skema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-iskema tal-frott u l-ħaxix fl-iskejjel inbdietx għal din is-sena akkademika? Jekk bdiet jista’ jgħid jekk ingħatax kuntratt għal dan il-għan, jekk inbidlitx l-iskema u fiex tikkonsisti; u jekk ma nbdietx jista’ jgħid għalfejn u meta se tibda?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi li l-iskema msemmija għadha ma nbdietx fl-iskejjel kollha. Infakkar lill-Onor. interpellant illi ż-żewġ skemi li kien hemm sas-sena skolastika l-oħra (l-iSchool Fruit and Vegetable Scheme u l-iSchool Milk Scheme) jingħaqdu biex jiffurmaw in-'New School Scheme'. Għalkemm din l-iskema l-ġdida ma taqax taħt id-dekasteru tiegħi, infurmat li hemm koperazzjoni bejn iż-żewġ Ministeri kkonċernati biex kollox isir taħt ir-regoli stabbiliti inkluż dawk tal-UE.

MCAST — studenti

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm inkitbu studenti fl-MCAST għal kull sena akkademika u kemm minnhom għaddew mill-istudji tagħhom bejn Ottubru tal-2012 u Lulju tal-2017?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tul tal-korsijiet offruti full-time fl-MCAST ivarjaw minn sena sa erba’ snin. Għalhekk il-figuri tal-gradwazzjonijiet murija fit-tabella hawn taħt m'għandhomx jiġu relatati direttament mas-sena akkademika rispettiva. Sena Akkademika Numru ta' studenti full-time 2012-13 6244 2013-14 6417 2014-15 6505 2015-16 6659 2016-17 6725 Is-Sena tal-Gradwazzjoni Numru ta' studenti li temmew il-kors tagħhom b'suċċess 2013 2820 2014 2662 2015 2750 2016 2937 2017 2946

MCAST — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jindika, kemm kien jimpjega ħaddiema l-MCAST fil-klassi akkademika fl-2012 u kemm jimpjega akkademiċi full-time llum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninsab infurmat li fl-2012 l-MCAST kellu complement ta’ 375 ħaddiem fil-klassi akkademika full-time filwaqt li fl-2018 l-MCAST għandu complement ta’ 439 ħaddiem fil-klassi akkademika full-time.

Diretturi – persuni li jokkupaw il-kariga

Question

Jista’ l-Ministru jgħid sa mis-sena 2012 min kien jokkupa l-kariga ta’ Director General Curriculum, Research, Innovation and Lifelong; Director General Educational Services; Director General Quality and Standards in Education, u Director General Strategy & Support? Jista’ jindika għal kull tibdil jekk inħarġitx sejħa għal post li jkun sar vakanti, u jekk kien hemm bdil, kemm dam sabiex jimtela l-post bil-persuna magħżula?

Response (BARTOLO, EVARIST)

B'risposta għal din il-mistoqsija, ninsab infurmat kif ġej: · Director General Curriculum, Research, Innovation and Lifelong Learning Fis-sena 2012 din il-pożizzjoni ma kinitx teżisti. Fl-4 t’April 2017, Dr Frank Fabri beda jokkupa din il-pożizzjoni permezz ta’ lateral move mill-kariga li kien jokkupa, dik ta’ Director General (Operations) u baqa’ fil-kariga sa Ġunju 2017. Is-sejħa għall-post vakanti ħarġet fl-1 ta’ Settembru 2017 u nħatar is-Sur Stephen Cachia b’effett mit-12 ta’ Jannar 2018. Bejn Ġunju 2017 u Jannar 2018 ħadd ma kien fil-kariga · Director General Educational Services Fis-sena 2012 din il-kariga kienet okkupata minn Ms Micheline Sciberras u baqgħet fil-kariga sa Diċembru 2013. Is-sejħa għall-post vakanti ħarġet fis-26 ta’ Lulju 2013 u fis-16 ta’ Diċembru 2013 inħatar is-Sur George Borg bħala Direttur Ġenerali (Educational Services) u dam fil-kariga sad-19 t’April 2017. Is-sejħa għall-post vakanti reġgħet ħarġet fit-28 ta’ Jannar 2016 u fl-20 t’April 2017 inħatret Ms M. Mc Namara u għadha sal-lum tokkupa din il-kariga. · Director General Quality and Standards in Education Fis-sena 2012 din il-kariga kienet okkupata mis-sinjura Grace Grima u baqgħet fil-kariga sa Diċembru 2013. Is-sejħa għall-post vakanti ħarġet fis-26 ta’ Lulju 2013 u fit-8 ta’ Mejju 2017 inħatar is-Sur Ian Mifsud bħala Direttur Ġenerali (Quality and Standards). Bejn Diċembru 2013 u s-7 ta’ Mejju 2014 ħadd ma kien fil-kariga. · Director General Strategy and Support Fis-sena 2012 din il-pożizzjoni ma kinitx teżisti. Is-sejħa ħarġet fit-3 ta’ Frar 2017 u nħatret fil-kariga Ms Maria Galea b’effett mit-18 t’April 2017.

Università ta’ Malta – ħatra ta’ persuni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid lil min ħatar hu jew ippropona għal ħatra għal kwalunkwe pożizzjoni fl-Università ta’ Malta sa mis-sena 2013, x’kienet il-ħatra, kemm kien iż-żmien ta’ kull ħatra, jekk dawn il-ħatriet sarux wara sejħa pubblika jew interna, u x’inhu l-introjtu fi kwalunkwe forma marbut ma’ kull ħatra?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Qiegħed ngħaddi l-informazzjoni mitluba direttament lill-Onor. Interpellant.

Berġa tal-Fgura — rilokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa tal-Fgura hijiex se tiġi rilokata u jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi diġa kienu saru laqgħat mal-Kunsill Lokali tal-Fgura bil-għan li la darba titlesta l-binja l-ġdida għall-Kunsill Lokali, issir id-devoluzzjoni u l-Berġa timxi għal din il-binja ukoll. Ninfurmah ukoll illi matul is-sena 2017 kien hemm 2,105 persuni li użaw is-servizz ta’ tabib u 2,049 persuna li użat is-servizz tal-infermiera minn din l-istess berġa.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali tal-Fgura — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa l-Fgura u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ta’ Raħal Ġdid — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni jaħdmu fl-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali ġewwa Raħal Ġdid u jista’ jindika kemm persuni użaw is-servizz tal-post tul is-sena 2017?

Response (FALZON, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.

Ħal Tarxien – Tempji Neolitiċi — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru t-Tempji Neolitiċi ta’ Ħal Tarxien tul is-sena 2017? Jista’ jgħid ukoll kemm ittieħdu studenti tal-primarja jżuruh? Jista’ l-Ministru jgħid ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Berġa ta’ Ħal Tarxien — rilokazzjoni

Question

Jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid jekk il-Berġa tas-Saħħa ta’ Ħal Tarxien hijiex se tiġi rilokata u jista’ jgħid ukoll kemm persuni użaw is-servizzi tal-istess Berġa tul is-sena li għaddiet (2017)?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Berġa ta’ Ħal Tarxien diġà hija devoluta lill-Kunsill Lokali ta’ dan l-istess raħal. Matul is-sena 2017 kien hemm 3,159 persuna li użat is-servizz ta’ tabib u 3,181 persuna li użat is-servizz tal-infermiera minn din il-berġa.

Ħal Saflieni – L-Ipoġew — żjarat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm persuni żaru l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni tul is-sena 2017? Jista’ jgħid kemm ittieħdu studenti tal-primarja iżuruh, kif ukoll xi spejjeż saru fil-post u xi dħul kien hemm mill-istess?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lil-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

San Ġwann – Ġnien Karin Grech — proġett

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta u jekk hux se jsir il-proġett ta’ Ġnien Karin Grech f’San Ġwann? Huwa konxju l-Ministru li dan il-ġnien qiegħed fi stat ħażin u huwa ta’ periklu għar-residenti u għat-tfal li jagħmlu użu minn dan il-ġnien?

Response (BORG, IAN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett għadu maħsub li jsir. Filwaqt li l-ħtieġa ta’ dan il-proġett hija rikonoxxuta, jeħtieġ ikun assigurat li jkunu koperti l-aspetti kollha, u huwa proprju għalhekk li t-taħditiet qed jinvolvu wkoll Ministeri oħra.

Raħal Ġdid – Pace Grassu – Health Hub – timelines u programme of works

Question

Jista’ l-Ministru jagħti timelines dettaljati u programme of works għall-proġett tal-Health Hub f’Pace Grasso, Raħal Ġdid?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-aġġudikazzjoni tal-offerta tad-Disinn u tal-Bini, għandha tkun kompluta sax-xahar ta' Marzu.