San Pawl il-Baħar – Skola tal-Qawra – parkeġġ użat mir-residenti
Question
Tista’ l-Ministru tindika jekk ġiex iffirmat il-ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar jew xi entità oħra sabiex il-parkeġġ li hemm mal-iskola tal-Qawra jibda jintuża wkoll mir-residenti taż-żona?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed isir eżerċizzju komprensiv għall-iskejjel kollha ta’ pajjiżna.
Studenti li qed jippruvaw japplikaw għal Get Qualified
Question
Tista' l-Ministru tgħid għaliex studenti li qed jippruvaw japplikaw għal Get Qualified b'data ta' ċertifikazzjoni 2024 mhux jitħallew japplikaw u meta jċemplu 153 jingħaddilhom li ħadd għadu ma jaf jekk l-iskema hux se tiġi estiża wara 2023?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministeru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu l-iskop tan-nefqa ta' € 114,000 li qed jiġi propost li jiġi vvutat taħt il-Vot 5898 għar-rifuġjati fit-Turkija u kif ser jintefqu dawn il-flus?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-7 ta' Marzu 2016, it-Turkija qablet li taċċetta r-ritorn imħaffef tal-migranti kollha li ma jeħtiġux protezzjoni internazzjonali li qasmu mit-Turkija għall-Greċja u li jieħdu lura l-migranti irregolari kollha interċettati fl-ibħra Torok. It-Turkija u l-UE qablu wkoll li jkomplu jsaħħu l-miżuri kontra l-faċilitaturi ta' dħul klandestin tal-migranti u laqgħu l-istabbiliment tal-attività tan-NATO fil-Baħar Eġew. Fl-istess waqt it-Turkija u l-UE rrikonoxxew li jinħtieġu sforzi ulterjuri, rapidi u determinati. Sabiex jintlaħaq dan l-għan, qablu fuq numri ta’ azzjonijiet fosthom fuq pakkett finanzjarju ta’ 3 biljun ewro mill-Unjoni Ewropea lejn it-Turkija biex jinvestu fi proġetti konkreti għar-refuġjati, speċjalment fil-qasam tas-saħħa, l-edukazzjoni, l-infrastruttura, l-ikel u spejjeż oħra għall-għajxien tagħhom.
Intlaħaq ftehim li meta dawn ir-riżorsi jkunu waslu biex jintużaw kollha, u dment li jintlaħqu l-impennji msemmija hawn fuq, l-UE timmobilizza finanzjamenti addizzjonali għall-Faċilità ta' 3 biljun ewro aktar sa tmiem l-2018.
Fid-29 ta' Mejju 2018, it-28 stat membru tal-UE (illum jgħoddu 27) qablu dwar kif jiġu ffinanzjati €3 biljun addizzjonali għall-Faċilità tal-UE għar-Refuġjati fit-Turkija bħala appoġġ għar-refuġjati Sirjani.
Wara l-qbil politiku li ntlaħaq fil-Kunsill Ewropew, l-istati membri kkonfermaw fil-laqgħa tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti (Coreper) li €2 biljun minn dan l-ammont ser jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-UE u l-€1 biljun li jifdal mill-kontribuzzjonijiet mill-istati membri skont kif inhu kalkulat id-Dħul Gross Nazzjonali ta’ kull pajjiz.
Tajjeb li l-Onor. Interpellant ikun jaf li bħala Membru tal-UE, Malta hija marbuta li tikkontribwixxi b’mod sostenibbli biex jinqered il-faqar, jitjiebu s-saħħa u l-edukazzjoni f’pajjiżi li għal raġuni jew oħra ma rnexxilhomx igawdu mill-progress ekonomiku dinji. L-għotjiet finanzjarji li Malta tagħti lejn dan il-programm huma parti mill-għajnuna li Malta tgħaddi bħala parti mill-Assistenza għall-Iżvilupp barra l-pajjiż. Fis-sena 2021 Malta kkontribwixxiet €57,855.00 fid-19 ta’ Lulju 2021 u €57,855.00 fit-13 ta’ Settembru 2021 , total ta’ €115,710 għall-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija.
Nixtieq nikkonkludi billi nassigura lill-Onor. Interpellant li l-faċilità għar-refuġjati tipprovdi għajnuna prezzjuża lir-refuġjati Sirjani fit-Turkija b'affarijiet essenzjali, bħall-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni. Dan il-qbil jiżgura li l-appoġġ tagħna għall-proġetti differenti fuq il-post jista' jkompli mingħajr interruzzjoni, f'konformità mal-wegħda tal-Ewropa, hekk kif maqbul fl-2016.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ser jintefqu t-€8 m li qed jiġi propost li jiġu vvutati għal "Contractual Services" (Vot 30(E2330)) fl-estimi tal-2022? Kemm qed jiġi previst li ser jintefqu f'dawn il-"Contractual Services" fl-2021?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu l-Ministeru sabiex jintefqu €400,000 li qed jiġi propost li jiġu ivvutati fl-Estimi tal-2022 għall-Qrati tal-Ġustizzja (Vot 7241)?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li din is-somma hija parti mill-pjan għall-qorti l-ġdid.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21531 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern jaqbilx li l-Liġi tal-Impjiegi tiġi emendata mill-iktar fis, biex ikun illegali li jkun hemm zero hour contracts of employment, sabiex ikunu mħarsa l-ħaddiema minn abbużi?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?
Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?
Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?
Response (CARUANA, CLYDE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-awtoritajiet tat-taxxa juzaw u jirrikjedu kull mezz u informazzjoni disponibbli skont il-liġi biex jikkumbattu l-evazjoni tat-taxxa.
Talba lill-Awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż – aċċess għal data biex jiġi miġġieled l-ħasil ta’ flus u l-evażjoni tat-taxxa
Question
Jista’ l-Ministru jgħid u jiddikjara jekk il-Gvern Malti sal-lum għamilx talba lill-awtoritajiet tal-Gvern Ġermaniż sabiex ikollu aċċess għad-data li l-Gvern Ġermaniż akkwista iktar kmieni din is-sena (u li qiegħed jagħmel disponibbli lill-pajjiżi terzi li jridu jiġġieldu bis-serjetà l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) dwar ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom moħbija assi jew kontijiet jew proprjetà ta’ kull tip ġewwa Dubai, u dan bl-iskop uniku li tkun miġġielda l-evażjoni tat-taxxa, iktar u iktar peress li Malta ġiet grey listed mill-FATF u allura jeħtieġ li Malta turi li trid tiġġieled l-evażjoni tat-taxxa bil-fatti?
Talba lill-awtoritajiet Ġermaniżi – aċċess għad-data dwar kontijiet sigrieti f’Dubai
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-korrispondenza kollha li l-Gvern Malti ‘lbieraħ, il-Ħadd 25 ta’ Lulju, ġie rrapurtat li qal li huwa kiteb jew bagħat lill-awtoritajiet Ġermaniżi sabiex jitlob ikollu aċċess għad-data kollha dwar min għandu kontijiet sigrieti f’Dubai?
Response (CARUANA, CLYDE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi għat-tweġiba mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 22083.
Jista’ l-Ministru jispjega u jgħid fiex tikkonsisti t-tender li ħarġet reċentement mid-Dipartiment tal-Kuntratti 'Tender for the landscaping, embellishment and maintenance of selected areas within Malta and Gozo using Environmentally Friendly Products and Practices - Ambjent Malta' (CT2032/2021)? Jista’ jgħid minn min huma ffurmati l-erba' Consortium (isem il-kumpaniji, jew persuni) li ssottomettew (ibbidjaw) għal din l-imsemmija tender? Jista’ jgħid f'din l-aħħar sena min kien qed jipprovdi dan is-servizz, kif intgħażel u kemm kien qed jitħallas għal dan ix-xogħol?
Response (FARRUGIA, AARON)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tender li qed jirreferi għalih jipprovdi għal servizz ta’ tħaddir, tisbiħ u manutenzjoni ta’ diversi siti pubbliċi bħal ma huma roundabouts, central strips u planters f’toroq arterjali, kif ukoll ġonna pubbliċi. L-operaturi ekonomiċi li ssottomettew l-offerta tagħhom huma:
(i) GP Green li huwa ffurmat minn G&P Borg Ltd. u Callus Garden Centre;
(ii) GEB Landscaping li huwa ffurmat minn V&C Contractors, OZO Group of Companies Ltd, Derek Garden Centre u Sicilville s.r.l;
(iii) China Machinery Engineering Co-operation; u
(iv) Environmental Landscaping Consortium Ltd.
Mill-2003 sa issa s-servizz in kwistjoni kien qed jingħata minn Environmental Landscaping Consortium Ltd. li kienu ntagħżlu mill-Gvern ta’ dak iż-żmien wara sejħa ta’ espressjoni ta’ interess u li kienet ġiet estiża f’Awwissu fl-2007, Novembru 2012 u f’Diċembru 2019. Għal dan is-servizz qiegħda titħallas is-somma ta’ EUR 9.1m (VAT eskluża) fis-sena.
Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 21731 u ċjoè: b'referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 16773 li ngħatat fis-27 ta' Ottubru 2020 rigward il-Master Plan għall-Gozo Experimental Farm u l-proġett tal-Petting Farm u faċilitajiet ġodda għall-SPCA u l-Animal Welfare, fejn intqal li 'l-applikazzjoni ta’ dan il-masterplan kienet sottomessa f’Novembru tal-2019, u li l-applikazzjoni għadha fi stadju ta’ screening', jista’ l-Ministru jgħid fil-konkret x'sar f'dawn l-aħħar seba’ xhur rigward dan il-proġett ferm bżonnjuż u importanti? Jista’ jgħid jekk l-applikazzjoni għadhiex fl-istadju ta' screening?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onorevoli li ġew ippreparati l-pjanti meħtieġa għas-sottomisjoni tal-applikazzjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid f’liema xahar u sena hu ppjanat li toħroġ it-tender biex jinxtara r-raba' vapur tal-Gozo Channel u jgħid liema hu l-Vot fil-Budget għas-sena 2021 għal dan l-iskop?
Response (CAMILLERI, CLINT)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jagħmel referenza għar-risposti li kienu ngħataw għall-mistoqsijiet parlamantari 19150, 21033 u 21781.