Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ bricks
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw bricks mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Fuq liema proġetti ntużaw u kemm intużaw bricks fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat il-bricks u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Għawdex — Construction and Maintenance Unit u Directorate for Projects and Development – użu ta’ soft tone
Question
Tista’ l-Ministru tgħid kemm intużaw soft stone (kantun) mill-Construction and Maintenance Unit u mid-Directorate for Projects and Development mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data ta’ meta ġiet intavolata din il-mistoqsija parlamentari? Tista' tgħid fuq liema proġetti intużaw u kemm intuża fuq kull proġett? Tista' tgħid fuq kull proġett min kienet il-persuna li ordnat is-soft stone (kantun) u min kienet il-persuna li ċċertifikat li ntuża dan l-ammont?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Tista’ l-Ministru tgħid jekk dwar il-proġett li kellu jsir fl-Għar ta’ Calypso, fix-Xagħra, ħarġux il-permessi, ħarġux it-tenders, ġewx awarded, meta hu ppjanat li jinbeda u jitlesta dan il-proġett u kemm hu ppjanat li jiġi jiswa? Tista’ tgħid, jekk hemm ħaddiema kemm tal-kuntrattur kif ukoll tal-Ministeru jaħdmu f’dan il-post, x’inhu l-grad tagħhom, x’inhu x-xogħol li qed jagħmlu u kemm ilhom stazzjonati f’dan il-post?
Response (CARUANA, JUSTYNE)
Ninsab infurmata li bħalissa qed isir studju preparatorju relatat mat-tħejjija tat-tenders. Preżentement hemm żewġ security officers tal-kuntrattur u ilhom stazzjonati mill-1 ta’ Mejju 2017 u ħaddiem tal-Ministeru għal Għawdex li jaħdem bħala ġardinar.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: “The Maltese Government should start an action programme against corruption and financial crime and increase the number of investigations and prosecutions. This should include special units in police and judiciary with sufficient and highly qualified staff”?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 3548.
Delegazzjoni tal-Parlament Ewropew – reazzjoni dwar ir-rapport
Question
Jista’ l-Prim Ministru jgħid x’inhi r-reazzjoni uffiċjali tiegħu għar-rakkomandazzjoni segwenti tar-rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew: "An investigation is needed over the alleged influence of elections through increased hirings in the public sector, issuance of construction permits and regularisations of irregular constructions, as well as pay increases and promotions in the military.”?
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ttieħdu fil-konfront tal-uffiċjal tal-Pulizija li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, issa li għaddew aktar minn tliet xhur mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninsab infurmat illi l-każ kontra l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament għadhom pendenti u l-aħħar seduta tal-Bord Dixxiplinarju saret fis-17 ta' Jannar, 2018.
Jista’ l-Ministru jispjega għaliex il-bank li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ma bagħat l-ebda rapport magħruf bħala Suspicious Transaction Reporting (STR) matul is-sena sħiħa 2016, meta matul din is-sena (2016) saru numru ta’ transazzjonijiet suspettużi, inkluż transazzjoni ta’ dħul ta’ mitt elf ewro fil-kont taċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru fl-imsemmi bank, hekk kif żvelat f’wieħed mir-rapporti tal-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU)?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-ispjegazzjoni mitluba tista’ tingħata biss mill-Bank.
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 3289, jista’ d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa jgħid saritx valutazzjoni tal-apparat kollu tat-tliet sptarijiet u ċjoè; l-Isptar t’Għawdex, l-Isptar San Luqa u l-Isptar Karin Grech, qabel ma’ dan għadda għand il-Vitals Global Healthcare (VGH) u eventwalment għand il-kumpanija privata Amerikana li se tieħu f’idejha l-istess sptarijiet pubbliċi? Jekk saret valutazzjoni, jista’ jpoġġiha fuq il-Mejda tal-Kamra? Jekk ma saritx, jista’ jgħid għaliex ma saritx?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-apparat ġie mgħoddi lill-konċessjonarji tale quale, mingħajr ebda garanzija inkluż għad-difetti li ma jidhrux (latent defects) u huwa filfatt previst li l-maġġoranza ta’ dan l-apparat jinbidel matul il-perjodu tal-koncessjoni.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li qed jattendu xi kors ġewwa l-MCAST? Jista’ jgħid kemm minn dawn huma studenti full-time u kemm huma part-time?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li bħalissa fl-MCAST hemm 6,491 student li qed jattendu għal kors full-time filwaqt li 1,049 qed jattendu kors part-time.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati studenti ġodda sabiex jattendu l-MCAST matul is-sena 2017?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ studenti ġodda li ġew reġistrati fl-2017 (għas-sena akkademika 2017-18) kien ta’ 2,150 student ġdid minn total ta’ 6,638 student (Ottubru 2017).
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li jwasslu għal
Masters
offruti ġewwa l-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. interpellant li l-korsijiet li jwasslu għal Masters offruti ġewwa l-MCAST huma :
- MCAST MBA for the Small Business
- MCAST-Haaga Helia Master of Business Informatics
- Masters by Research
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' korsijiet li jwasslu għal Higher Diploma offruti ġewwa l-MCAST?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-korsijiet li jwasslu għal Higher Diploma offruti ġewwa l-MCAST huma:
MCAST Higher Diploma for Accounting Technicians (offrut ukoll fl-MCAST Gozo Campus)
MCAST Higher Diploma in Advanced Studies in the Early Years
MCAST Higher Diploma in Facilitating Inclusive Education (offrut ukoll fl-MCAST Gozo Campus)
MCAST Higher Diploma in Masonry Heritage Skills (Kapumastru)
MCAST Higher Diploma in Restoration of Wooden Artefacts
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward xogħol ta' katusi fil-flat, peress li ma sarx ix-xogħol fuq apramorta?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, kif diġà ġie infurmat dwar l-istess każ f'mistoqsija parlamentari 3553, ix-xogħol mitlub huwa kkunsidrat bħala manutenzjoni ordinarja. Ir-residenti ġew infurmati li huma responsabbli biex jagħmlu tali manutenzjoni regolarment u ma jħallux il-propjeta' taqa' fi stat ta' negliġenza.
Spezzjoni fuq gallarija perikoluża – każ ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq gallarija perikoluża?
Response (FALZON, MICHAEL)
Nifnorma lill-Onor. Interpellant li, l-Awtorità tad-Djar għandha ppjanat li jsir proġett li jinkludi tiswijiet, manutenzjoni u tisbieħ ġenerali fil-blokk imsemmi kif ukoll blokki oħra tal-madwar. Diġà saret spezzjoni fuq il-każ imsemmi u t-tiswijiet meħtieġa għandhom isiru f'dan l-istess proġett li mistenni jingħata bidu f'qasir żmien. Madanakollu l-Awtorità tad-Djar ser tieħu passi mmedjati biex, f'każ li hemm xi periklu, dan ser jitneħħa immedjatament.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward spezzjoni fuq flat peress li mix-xaft dieħel ħafna ilma u minkejja li saru diversi talbiet, ma tieħdet l-ebda azzjoni?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, wara li saret spezzjoni minn uffiċjali tekniċi tal-Awtorità tad-Djar, instab li l-ħsara msemmija ta' leakage ta' ilma kienet issewwiet. Ix-xogħol mitlub mill-inkwilin jikkonsisti f'manutenzjoni ordinarja fix-xaft li taqa' taħt ir-responsabbilità tal-inkwilin stess.
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha dħul ta’ €1,400 u jixtiequ li japplikaw għal għajnuna biex tiġi rranġata d-dar fejn jgħixu mill-Awtorità tad-Djar?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, l-persuna li għaliha qiegħda ssir referenza m'għanda l-ebda applikazzjoni pendenti mal-Awtorità tad-Djar, għalhekk hija mitluba biex tiġi fit-taqsima tal-Customer Care tal-Awtorità tad-Djar sabiex tara hijiex eleġibbli li tibbenefika taħt l-iskema Irranġar u Titjieb,
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament li għamlet xogħol fid-dar minn skema tal-housing, u minkejja li għaddiet l-irċevuti, il-ħlas għadu ma sarx?
Response (FALZON, MICHAEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sar kuntatt mas-sinjuri li għalihom qed issir referenza, fejn dawn ġew infurmati li ser issir spezzjoni llum sabiex jiġi kkonfermat ix-xogħol li sar u li b'hekk wara jkun jista' jinħareġ il-pagament.